Atti 24:1-27

24  Ħamest ijiem wara, niżel il-​qassis il-​kbir Ananija+ maʼ xi xjuħ u maʼ kelliemi pubbliku, ċertu Tertullu, u dawn taw lill-​gvernatur+ xi tagħrif+ kontra Pawlu.  Meta ssejjaħ, Tertullu beda jakkużah u jgħid: “Aħna qed ingawdu paċi+ kbira permezz tiegħek u bil-​ħsieb tiegħek qed iseħħu riformi f’dan il-​ġens,  u aħna, il-​ħin kollu u kullimkien, nilqgħuhom bl-​akbar ringrazzjament, Wisq Eċċellenti+ Feliċ.  Imma biex ma ntellfekx iktar, nitolbok tismagħna ftit bil-​qalb tajba tiegħek.  Għax sibna li dan ir-​raġel hu bħall-​pesta+ u jqajjem ir-​rewwixti+ fost il-​Lhud kollha fl-​art abitata u hu mexxej ewlieni tas-​setta tan-​Nazzareni.+  Ipprova wkoll jipprofana t-​tempju+ u aħna ħtafnieh taħt idejna.  *——  Int tistaʼ tinterrogah u ssir taf mingħandu dak kollu li qed nakkużawh dwaru.”  Għal dan il-​kliem, il-​Lhud ngħaqdu wkoll fl-​attakk u bdew isostnu li dan kien minnu. 10  Meta l-​gvernatur għamel sinjal lil Pawlu biex jitkellem, dan wieġeb: “Naf tajjeb li dan il-​ġens kellu lilek bħala mħallef għal bosta snin, u għalhekk nitkellem bla diffikultà fid-​difiża tiegħi+ dwar dak li jinvolvi lili. 11  Għax int qiegħed f’pożizzjoni li ssir taf li m’ilix iktar minn tnax-il jum li tlajt inqim+ f’Ġerusalemm; 12  u la sabuni fit-​tempju+ nargumenta maʼ xi ħadd u lanqas fis-​sinagogi jew fil-​belt niġmaʼ xi marmalja.+ 13  Lanqas ma jistgħu jagħtuk prova+ taʼ dak li qed jakkużawni bih issa. 14  Imma nammetti dan miegħek li, skond dik it-​triq li huma jsejħulha ‘setta,’ b’dan il-​mod qed nagħti servizz sagru lill-​Alla taʼ missirijieti,+ għax nemmen dak kollu li hemm imniżżel fil-​Liġi+ u miktub fil-​Profeti; 15  u għandi tama+ f’Alla, bħalma għandhom huma wkoll, li se jkun hemm irxoxt+ kemm tan-​nies sewwa+ u kemm taʼ dawk li m’humiex sewwa.+ 16  Iva, minħabba f’hekk, qed nitħarreġ kontinwament biex inkun konxju+ li la noffendi lil Alla u lanqas lill-​bnedmin. 17  Għaldaqstant, wara għadd ġmielu taʼ snin, ġejt inġib għotjiet taʼ ħniena lil ġensi kif ukoll xi offerti.+ 18  Waqt li kont qed nagħmel dan, ma sabunix f’xi folla jew f’xi rewwixta, imma mnaddaf b’mod ċerimonjali fit-​tempju.+ Iżda hemm xi Lhud mid-​distrett taʼ l-​Asja 19  li jmisshom qegħdin preżenti quddiemek biex jakkużawni jekk għandhom xi ħaġa kontrija.+ 20  Inkella, ħa jgħidu l-​irġiel stess li qegħdin hawnhekk x’ħażen sabu fija x’ħin kont quddiem is-​Sinedriju, 21  ħlief rigward dan il-​kliem li jien għajjatt waqt li kont wieqaf f’nofshom, ‘Minħabba l-​irxoxt tal-​mejtin qed niġi ġudikat quddiemkom illum!’”+ 22  Madankollu, Feliċ,+ billi kien jaf tajjeb dwar din it-​Triq,+ ħalla l-​każ tagħhom għal darb’oħra u qalilhom: “Meta jinżel Lisja,+ il-​kmandant militari, niddeċiedi dwar dawn il-​kwistjonijiet li jinvolvu lilkom.” 23  U ordna lill-​fizzjal taʼ l-​armata biex iżomm lir-​raġel arrestat, imma jagħtih ftit iktar libertà u ma jżomm lil ħadd minn niesu milli jdur bih.+ 24  Xi jiem wara, ġie Feliċ+ maʼ martu Drusilla, li kienet Lhudija,+ u bagħat għal Pawlu u qagħad jisimgħu jitkellem dwar it-​twemmin fi Kristu Ġesù.+ 25  Imma meta tkellem dwar is-​sewwa+ u r-​rażna+ u l-​ġudizzju+ li ġej, Feliċ beżaʼ u qallu: “Għalissa mur, imma meta jkolli ċ-​ċans nerġaʼ nibgħat għalik.” 26  Iżda, fl-​istess ħin kien qed jittama li Pawlu jagħtih xi flus.+ Għalhekk, kien jibgħat għalih iktar taʼ spiss u kien joqgħod jitkellem miegħu.+ 27  Imbagħad, meta kienu għaddew sentejn, Porċju Festu laħaq flok Feliċ; u peress li Feliċ xtaq jingħoġob+ mil-​Lhud, ħalla lil Pawlu marbut.

Noti taʼ taħt

Ara Mt 17:21, in-​nota taʼ taħt.