Atti 23:1-35

23  Pawlu ħares fiss lejn is-​Sinedriju u qal: “Irġiel, aħwa, jien sa llum ġibt ruħi quddiem Alla b’kuxjenza+ safja għalkollox.”  Għal dan il-​kliem, il-​qassis il-​kbir Ananija ordna lil dawk li kienu weqfin ħdejh biex jagħtuh daqqa+ fuq ħalqu.  Imbagħad Pawlu qallu: “Alla għad jagħti daqqa lilek, ja ħajt imbajjad.+ Int toqgħod bil-​qiegħda biex tiġġudikani skond il-​Liġi+ u fl-​istess ħin tikser il-​Liġi+ billi tordna li jagħtuni daqqa?”  Dawk li kienu weqfin ħdejh qalulu: “Qed iżżeblaħ il-​qassis il-​kbir t’Alla?”  U Pawlu qal: “L-​aħwa, ma kontx naf li hu l-​qassis il-​kbir. Għax hemm miktub, ‘Titkellimx ħażin fuq ħakkiem tal-​poplu tiegħek.’”+  Issa meta Pawlu induna li parti mis-​Sinedriju kienet Sadduċej+ imma l-​oħra Fariżej, għajjat u qalilhom: “Irġiel, aħwa, jien Fariżew,+ bin il-​Fariżej, u qed niġi ġudikat+ minħabba t-​tama taʼ l-​irxoxt+ tal-​mejtin.”  Għax qal dan, qamet tilwima+ bejn il-​Fariżej u s-​Sadduċej, u l-​kotra nqasmet.  Għax is-​Sadduċej+ jgħidu li la hemm irxoxt,+ la anġli u lanqas spirti, imma l-​Fariżej dawn kollha jistqarruhom bil-​miftuħ.  Għalhekk, qam storbju kbir,+ u xi wħud mill-​iskribi tal-​partit tal-​Fariżej qamu, bdew jargumentaw bl-​aħrax, u jgħidu: “Aħna ma nsibu xejn ħażin f’dan ir-​raġel;+ imma jekk kellmu xi spirtu jew xi anġlu,+—.” 10  Issa meta t-​tilwima saħnet sew, il-​kmandant militari beżaʼ li lil Pawlu se jqattgħuh biċċiet, u ordna lill-​korp tas-​suldati+ biex jinżlu u jaħtfuh minn ġo nofshom u jġibuh fil-​kwartieri tas-​suldati.+ 11  Imma dak il-​lejl il-​Mulej qagħad ħdejh+ u qallu: “Agħmel kuraġġ!+ Għax bħalma tajt xiehda+ bir-​reqqa dwari f’Ġerusalemm, hekk ukoll trid tagħti xiehda f’Ruma.”+ 12  Issa meta sebaħ, il-​Lhud għamlu konfoffa+ u ntrabtu b’ħalfa+ u qalu li la kienu se jieklu u lanqas jixorbu qabel ma jkunu qatlu lil Pawlu.+ 13  Kien hemm iktar minn erbgħin raġel li għamlu din il-​konfoffa marbuta b’ħalfa; 14  u marru għand il-​qassisin ewlenin+ u x-​xjuħ u qalulhom: “Aħna ntrabatna solennement b’ħalfa li ma nduqux ikel qabel ma nkunu qtilna lil Pawlu. 15  Għalhekk, intom flimkien mas-​Sinedriju agħmluha ċara lill-​kmandant militari li hu għandu jniżżlu għandkom bħallikieku għandkom il-​ħsieb li tridu taraw iktar bir-​reqqa l-​każ tiegħu.+ Imma qabel ma jasal qrib aħna nkunu lesti biex noqtluh.”+ 16  Madankollu, it-​tifel t’oħt Pawlu semaʼ bin-​nasba tagħhom,+ u ġie u daħal fil-​kwartieri tas-​suldati u rrapporta dan lil Pawlu. 17  Għalhekk, Pawlu sejjaħ lil wieħed mill-​fizzjali taʼ l-​armata u qallu: “Ħu lil dan iż-​żagħżugħ għand il-​kmandant militari, għax għandu xi ħaġa x’jirrapportalu.” 18  Għaldaqstant, dan ir-​raġel ħadu għand il-​kmandant militari u qal: “Il-​priġunier Pawlu sejjaħli u talabni nġiblek lil dan iż-​żagħżugħ għax għandu xi ħaġa x’jgħidlek.” 19  Il-kmandant militari qabdu+ minn idu u ħadu fil-​ġenb waħdu u beda jistaqsih: “Xi trid tirrapportali?” 20  Wieġbu: “Il-​Lhud ftiehmu biex għada jitolbuk tniżżel lil Pawlu għand is-​Sinedriju bħallikieku għandhom il-​ħsieb li jridu jkunu jafu xi ħaġa iktar bl-​eżatt dwaru.+ 21  Imma int tħallihomx jipperswaduk, għax għandhom iktar minn erbgħin raġel lesti+ għalih, u ntrabtu b’ħalfa li la jieklu u lanqas jixorbu qabel ma jkunu qatluh;+ u issa qegħdin għal-​lest, jistennew il-​permess mingħandek.” 22  Imbagħad, il-​kmandant militari bagħat liż-​żagħżugħ u ordnalu: “Tpaċpaċ maʼ ħadd li wrejtni b’dan.” 23  U sejjaħ tnejn mill-​fizzjali taʼ l-​armata u qalilhom: “Lestu mitejn suldat, kif ukoll sebgħin rikkieb taż-​żwiemel u mitejn suldat bil-​lanza, biex jimmarċjaw dritt lejn Ċesarija fit-​tielet siegħa* tal-​lejl. 24  Ħejjulhom ukoll bhejjem tat-​tagħbija biex irikkbu lil Pawlu u jwassluh qawwi u sħiħ għand Feliċ il-​gvernatur.” 25  U kiteb ittra b’dan il-​kliem: 26  “Klawdju Lisja lill-​eċċellenza tiegħu, il-​Gvernatur Feliċ:+ Is-​sliem għalik! 27  Dan ir-​raġel inħataf mil-​Lhud u kienu għoddhom qatluh, imma jien mort minnufih b’korp taʼ suldati u salvajtu,+ għax sirt naf li hu Ruman.+ 28  U billi xtaqt inkun naf għala kienu qed jakkużawh, niżżiltu fis-​Sinedriju tagħhom.+ 29  Sibt li kien qed jiġi akkużat fuq xi kwistjonijiet tal-​Liġi tagħhom,+ iżda ma kien mixli b’xejn li jistħoqqlu l-​mewt jew l-​irbit.+ 30  Imma peress li qaluli b’komplott+ li tfassal kontra dan ir-​raġel, qed nibgħathulek minnufih, u nordna lil dawk li akkużawh biex jgħidu quddiemek x’għandhom kontrih.”+ 31  Għaldaqstant, skond l-​ordnijiet li kellhom, dawn is-​suldati+ ħadu lil Pawlu u ġabuh Antipatri bil-​lejl. 32  L-għada ħallew lir-​rikkieba taż-​żwiemel jibqgħu sejrin miegħu, u huma marru lura lejn il-​kwartieri tas-​suldati. 33  Ir-rikkieba taż-​żwiemel daħlu Ċesarija+ u taw l-​ittra lill-​gvernatur u ressqu wkoll lil Pawlu quddiemu. 34  Għalhekk, qraha u staqsieh minn liema provinċja kien, u sar jaf+ li kien miċ-​Ċiliċja.+ 35  Qallu, “Nisimgħek bir-​reqqa meta jaslu wkoll dawk li qed jakkużawk.”+ U ordna li jinżamm mgħasses fil-​palazz pretorjan t’Erodi.

Noti taʼ taħt

Madwar id-​9 p.m., tibda tgħodd minn inżul ix-​xemx.