Atti 21:1-40

21  Issa meta rnexxielna nitilquhom u salpajna, qbadna korsa dritta u wasalna Kos, imbagħad l-​għada tlaqna lejn Rodi, u minn hemmhekk għal Patara.  U meta sibna ġifen li kien se jaqsam lejn il-​Feniċja, tlajna abbord u salpajna.  Wara li lmaħna l-​gżira taʼ Ċipru+ ħallejnieha warajna fuq ix-​xellug u bqajna sejrin lejn is-​Sirja,+ u nżilna Tir, għax hemmhekk il-​ġifen kellu jħott it-​tagħbija tiegħu.+  Fittixna u sibna lid-​dixxipli u bqajna hawnhekk sebat ijiem. Permezz taʼ l-​ispirtu+ huma qalu ripetutament lil Pawlu biex ma jmurx Ġerusalemm.  Imbagħad meta għaddew dawk il-​jiem, morna u bdejna l-​vjaġġ tagħna; u huma lkoll, flimkien man-​nisa u t-​tfal, wassluna sa barra l-​belt. Hemmhekk inżilna għarkopptejna+ fuq ix-​xatt biex ngħidu talba  u, wara li sellimna+ lil xulxin, aħna tlajna fuq il-​ġifen u huma marru lura lejn djarhom.  Imbagħad temmejna l-​vjaġġ bil-​baħar minn Tir u wasalna Ptolemajs, u sellimna lill-​aħwa u qgħadna jum magħhom.  L-għada tlaqna u wasalna Ċesarija,+ u dħalna fid-​dar taʼ Filippu l-​evanġelizzatur, li kien wieħed mis-​sebat irġiel,+ u qgħadna miegħu.  Dan ir-​raġel kellu erbat ibniet verġni li kienu jipprofetizzaw.+ 10  Wara li konna ilna hemmhekk ħafna jiem, niżel mil-​Lhudija wieħed profeta li kien jismu Agabu,+ 11  u ġie ħdejna. Dan ħa l-​ħżiem taʼ Pawlu, rabat saqajh u idejh bih, u qal: “Dan jgħid l-​ispirtu qaddis, ‘Ir-​raġel li tiegħu hu dan il-​ħżiem, hekk se jorbtuh+ il-​Lhud Ġerusalemm u jagħtuh+ f’idejn in-​nies tal-​ġnus.’” 12  Issa meta smajna dan, kemm aħna u kemm dawk taʼ dak il-​post bdejna nitolbuh bil-​ħrara biex ma jitlax+ Ġerusalemm. 13  Imbagħad Pawlu wieġeb: “Għalfejn qed tibku+ u taqsmuli qalbi?+ Serrħu raskom, jien mhux biss lest nintrabat Ġerusalemm imma wkoll immut+ għal isem il-​Mulej Ġesù.” 14  Meta ma stajniex nipperswaduh, ikkuntentajna billi għedna: “Ħa sseħħ ir-​rieda+ taʼ Ġeħova.” 15  Issa wara dawn il-​jiem ħejjejna għall-​vjaġġ u bdejna telgħin Ġerusalemm.+ 16  Xi wħud mid-​dixxipli minn Ċesarija+ ġew magħna wkoll, biex jiħduna għand ir-​raġel li konna se noqogħdu għandu, ċertu Mnason minn Ċipru, dixxiplu minn tal-​bidu. 17  Meta dħalna Ġerusalemm,+ l-​aħwa laqgħuna bil-​ferħ.+ 18  Imbagħad l-​għada Pawlu ġie magħna għand Ġakbu;+ u l-​anzjani kollha kienu preżenti. 19  U sellmilhom u beda jirrakkontalhom+ bid-​dettall x’għamel Alla fost il-​ġnus permezz tal-​ministeru tiegħu.+ 20  X’ħin semgħu dan, bdew jigglorifikaw lil Alla, u qalulu: “Ħuna, qed tara kemm hemm eluf li emmnu fost il-​Lhud; u kollha huma żelużi għal-​Liġi.+ 21  Imma semgħu xniegħa dwarek li lil-​Lhud kollha li hemm fost il-​ġnus qed tgħallimhom apostasija minn Mosè,+ u qed tgħidilhom biex la jagħmlu ċ-​ċirkonċiżjoni+ lil uliedhom u lanqas jimxu fid-​drawwiet solenni. 22  Allura, x’għandu jsir dwar dan? Għax żgur se jisimgħu li int wasalt. 23  Għalhekk, agħmel dan li se ngħidulek: Għandna erbat irġiel li għamlu wegħda. 24  Ħu lil dawn l-​irġiel miegħek+ u tnaddaf b’mod ċerimonjali magħhom u ħallsilhom l-​ispejjeż+ sabiex iqaxxrulhom ix-​xagħar taʼ rashom.+ B’hekk, kulħadd ikun jaf li x-​xnigħat li ntqalu dwarek m’humiex minnhom, imma li qed timxi bl-​ordni u li anki int stess qed iżżomm il-​Liġi.+ 25  Dwar dawk li emmnu minn fost il-​ġnus, aħna bgħatna ngħidulhom dwar id-​deċiżjoni li ħadna: li għandhom iżommu ’l bogħod mill-​affarijiet sagrifikati lill-​idoli+ kif ukoll mid-​demm+ u mil-​laħam t’annimali fgati+ u miż-​żína.”+ 26  Imbagħad l-​għada Pawlu ħa lill-​irġiel miegħu u tnaddaf b’mod ċerimonjali magħhom+ u daħal fit-​tempju biex javża dwar il-​jiem li jridu jgħaddu+ għat-​tindif ċerimonjali, sakemm tiġi preżentata l-​offerta+ għal kull wieħed minnhom.+ 27  Issa s-​sebat+ ijiem kienu kważi għaddew, u meta l-​Lhud mill-​Asja rawh fit-​tempju bdew iqajmu konfużjoni sħiħa fost il-​folla kollha,+ u ħatfuh taħt idejhom 28  waqt li bdew jgħajtu: “Irġiel taʼ Israel, ejjew għinuna! Dan hu r-​raġel li qed jgħallem lil kulħadd kullimkien kontra l-​poplu+ u l-​Liġi u dan il-​post u, iktar minn hekk, anki ġab xi Griegi fit-​tempju u niġġes dan il-​post qaddis.”+ 29  Għax qabel kienu raw lil Trofimu+ taʼ Efesu fil-​belt miegħu, u kienu qed jimmaġinaw li Pawlu kien daħħlu fit-​tempju. 30  U l-​belt kollha qamet f’rewwixta,+ u n-​nies kollha bdew jiġru f’daqqa; u qabdu lil Pawlu u kaxkruh ’il barra mit-​tempju.+ U minnufih il-​bibien ngħalqu. 31  U waqt li kienu qed jipprovaw joqtluh, il-​kmandant tal-​korp sar jaf li Ġerusalemm kollha kienet f’konfużjoni sħiħa;+ 32  u mill-​ewwel ħa s-​suldati u l-​fizzjali taʼ l-​armata u niżel jiġri għal ħdejhom.+ Meta lemħu lill-​kmandant militari+ u lis-​suldati ma baqgħux isawtu lil Pawlu. 33  Imbagħad il-​kmandant militari resaq qrib u qabdu u ta l-​kmand biex jorbtuh b’żewġ ktajjen;+ u beda jistaqsi min kien u x’kien għamel. 34  Imma fil-​folla min beda jgħajjat ħaġa u min oħra.+ Għalhekk, billi ma setaʼ jsir jaf xejn fiċ-​ċert minħabba l-​konfużjoni, ordna li jinġieb fil-​kwartieri tas-​suldati.+ 35  Imma meta wasal fuq it-​taraġ, ġara li kellu jinġarr mis-​suldati minħabba l-​vjolenza tal-​folla; 36  għax il-​kotra tan-​nies baqgħet sejra warajhom u tgħajjat: “Eħlisna minnu!”+ 37  U kif kienu se jiħduh fil-​kwartieri tas-​suldati, Pawlu qal lill-​kmandant militari: “Tippermettili ngħidlek xi ħaġa?” Dan qallu: “Mela taf titkellem bil-​Grieg? 38  Int mhux l-​Eġizzjan li ftit jiem ilu qajjem rewwixta+ u mexxa warajh fix-​xagħri erbat elef raġel armati bis-​skieken?” 39  Imbagħad Pawlu qallu: “Fil-​fatt, jien Lhudi+ minn Tarsu+ fiċ-​Ċiliċja, ċittadin taʼ belt magħrufa. Għalhekk, nitolbok tħallini nkellem lin-​nies.” 40  Wara li tah permess, Pawlu, li kien wieqaf fuq it-​taraġ, għamel sinjal+ b’idu lin-​nies. Malli waqaʼ skiet kbir kellimhom bil-​lingwa Ebrajka+ u qalilhom:

Noti taʼ taħt