Atti 20:1-38

20  Issa meta kkwitat ir-​rewwixta, Pawlu bagħat għad-​dixxipli u, wara li inkuraġġiehom u sellmilhom,+ telaq biex imur il-​Maċedonja.+  Wara li għadda minn dawk l-​inħawi u inkuraġġixxa b’ħafna kliem+ lil dawk t’hemmhekk, wasal il-​Greċja,  fejn qattaʼ tliet xhur. Kif kien wasal biex isalpa lejn is-​Sirja, iddeċieda li jmur lura minn ġol-​Maċedonja minħabba li l-​Lhud kienu fasslu komplott+ kontrih.  Miegħu kien hemm Sopater+ bin Pirru taʼ Berea, Aristarku+ u Sekundu tat-​Tessalonikin, u Gaju minn Derbe, u Timotju,+ u Tikiku+ u Trofimu+ mid-​distrett taʼ l-​Asja.  Dawn baqgħu sejrin u kienu qed jistennewna Troas;+  imma aħna tlaqna bil-​baħar minn Filippi wara l-​jiem tal-​festa tal-​ħobż bla ħmira,+ u f’ħamest ijiem wasalna ħdejhom Troas;+ u hemmhekk qattajna sebat ijiem.  Fl-ewwel jum+ tal-​ġimgħa, meta konna miġburin flimkien biex nieklu, Pawlu beda jkellimhom, għax kien se jitlaq l-​għada; u tawwal id-​diskors tiegħu sa nofsillejl.  Għalhekk, kien hemm ħafna msiebaħ fil-​kamra taʼ fuq+ fejn konna miġburin flimkien.  Wieħed żagħżugħ li kien jismu Ewtiku kien bil-​qiegħda f’ħoġor it-​tieqa u raqad fil-​fond waqt li Pawlu kien għadu jitkellem. Tant raqad fil-​fond li waqaʼ għal isfel mit-​tielet sular u refgħuh mejjet. 10  Imma Pawlu niżel isfel, intefaʼ fuqu,+ ħaddnu miegħu, u qal: “Tibqgħux tagħmlu storbju, għax ħajtu* qiegħda fih.”+ 11  Imbagħad telaʼ fuq u qasam il-​ħobż biex jibda l-​ikla u kiel, u wara li dam jitkellem sakemm sebaħ, fl-​aħħar telaq. 12  U huma ħadu lit-​tifel ħaj u tfarrġu bla qjies. 13  Issa aħna tlaqna qabel lejn il-​ġifen u salpajna lejn Assos, fejn kellna ntellgħu lil Pawlu abbord, għax kien tana istruzzjonijiet biex nagħmlu hekk, peress li hu kellu l-​ħsieb li jmur bil-​mixi. 14  Għalhekk, meta laħaqna f’Assos, tellajnieh abbord u morna Mitilene; 15  u l-​għada salpajna minn hemmhekk u wasalna quddiem Kijos, imbagħad il-​ġurnata taʼ wara għaddejna Samos, u l-​għada wasalna Miletu. 16  Għax Pawlu kien iddeċieda li ma jiqafx Efesu,+ sabiex ma jqattax ħin fid-​distrett taʼ l-​Asja, peress li kien qed jgħaġġel biex, jekk jistaʼ jkun, jasal Ġerusalemm+ f’jum il-​festa taʼ Pentekoste. 17  Madankollu, minn Miletu bagħat għall-​anzjani+ tal-​kongregazzjoni t’Efesu. 18  Meta waslu ħdejh, qalilhom: “Intom tafu tajjeb kif sa mill-​ewwel jum li rfist fid-​distrett taʼ l-​Asja+ kont magħkom il-​ħin kollu,+ 19  nitjassar+ għall-​Mulej bl-​akbar umiltà+ u bid-​dmugħ u bil-​provi li ġew fuqi minħabba l-​komplotti+ tal-​Lhud; 20  waqt li ma żammejtx lura milli ngħidilkom kulma kien taʼ benefiċċju u milli ngħallimkom+ pubblikament u minn dar+ għal dar. 21  U jien tajt xiehda+ bir-​reqqa kemm lil-​Lhud kif ukoll lill-​Griegi dwar l-​indiema+ lejn Alla u l-​fidi fil-​Mulej tagħna Ġesù. 22  Issa, ara! Imġiegħel mill-​ispirtu,+ qed nivvjaġġa lejn Ġerusalemm, għalkemm ma nafx x’se jiġrili hemmhekk, 23  ħlief li minn belt għall-​oħra l-​ispirtu qaddis+ jixhidli ripetutament u jgħidli li rbit u tribulazzjonijiet hemm jistennewni.+ 24  Minkejja dan, ma nqisx lil ruħi bħala xi ħaġa għażiża għalija,+ dment li ntemm il-​korsa tiegħi+ u l-​ministeru+ li rċivejt+ mingħand il-​Mulej Ġesù biex nagħti xiehda bir-​reqqa dwar l-​aħbar tajba tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla.+ 25  “U issa, ara! Naf li intom ilkoll, li fostkom ġejt nippriedka s-​saltna, mhux se taraw lil wiċċi iktar. 26  Għalhekk, illum irridkom tixhdu dwari li jien nadif mid-​demm+ tal-​bnedmin kollha, 27  għax ma żammejtx lura milli ngħidilkom l-​iskop+ kollu t’Alla. 28  Oqogħdu attenti+ għalikom infuskom+ u għall-​merħla kollha+ li minnha l-​ispirtu qaddis ħatarkom indokraturi+ biex tirgħu l-​kongregazzjoni t’Alla,+ li xtara bid-​demm+ taʼ Ibnu stess. 29  Jien naf li wara t-​tluq tiegħi jidħlu fostkom ilpup ħorox+ li ma jittrattawx lill-​merħla b’tenerezza, 30  u minn fostkom stess iqumu rġiel li jitkellmu affarijiet mgħawġin+ biex jiġbdu lid-​dixxipli għal warajhom.+ 31  “Għalhekk, ibqgħu mqajmin, u żommu f’moħħkom li għal tliet snin sħaħ,+ lejl u nhar, ma waqaftx inwissi+ lil kull wieħed minnkom bid-​dmugħ. 32  U issa nerħikom f’idejn Alla+ u l-​kelma tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu; din il-​kelma tistaʼ tibnikom+ u tagħtikom il-​wirt fost l-​imqaddsin kollha.+ 33  Qatt ma xxennaqt b’għira għall-​fidda jew id-​deheb jew l-​ilbies taʼ xi ħadd.+ 34  Intom stess tafu li dawn l-​idejn ħadu ħsieb il-​ħtiġijiet tiegħi+ u taʼ dawk li kienu miegħi. 35  F’kollox urejtkom kif, billi titħabtu+ b’dan il-​mod, għandkom tgħinu lid-​dgħajfin+ u żżommu f’moħħkom il-​kliem tal-​Mulej Ġesù, li qal hu stess, ‘Hemm iktar hena meta tagħti+ milli meta tirċievi.’” 36  U wara li qal dan, niżel għarkopptejh+ magħhom ilkoll u talab. 37  Imbagħad ilkoll infexxew jibku u għannqu lil+ Pawlu u bisuh+ b’tenerezza, 38  għax l-​iktar li nikkithom kien il-​kliem li qalilhom, li ma kinux se jaraw lil wiċċu+ iktar. U wassluh+ sal-​ġifen.

Noti taʼ taħt

Jew, “ruħu.”