Atti 2:1-47

2  Issa, f’jum il-​festa taʼ Pentekoste,+ kienu lkoll flimkien fl-​istess post,  u f’daqqa waħda ġie mis-​sema ħoss bħal kurrent taʼ riħ qawwi, u mela d-​dar kollha fejn kienu qegħdin.+  U dehrulhom ilsna qishom tan-​nar+ li tqassmu u qagħdu fuq kull wieħed minnhom,  u lkoll imtlew bl-​ispirtu qaddis+ u bdew jitkellmu b’ilsna differenti,+ bħalma l-​ispirtu kien qed jagħtihom li jitkellmu.  Issa inzerta li f’Ġerusalemm kien hemm joqogħdu xi Lhud,+ irġiel li kellhom il-​biżaʼ t’Alla,+ minn kull ġens taħt is-​sema.  Għalhekk, meta ġie dan il-​ħoss, inġabret kotra nies, u kulħadd tħawwad għax kull wieħed beda jismagħhom jitkellmu bil-​lingwa tiegħu stess.  Tabilħaqq, baqgħu mbellhin u bdew jistagħġbu u jgħidu: “Ara! Dawn li qed jitkellmu mhux kollha Galilin?+  Mela kif inhu li kull wieħed minna qed jismaʼ l-​lingwa t’art twelidu?  Partin u Medin+ u Għelamin,+ u l-​abitanti tal-​Mesopotamja, u l-​Lhudija+ u l-​Kappadoċja,+ il-​Pontu+ u d-​distrett taʼ l-​Asja,+ 10  u l-​Friġja+ u l-​Pamfilja,+ l-​Eġittu u l-​partijiet mil-​Libja, li qegħdin lejn Ċirene, u viżitaturi minn Ruma, kemm Lhud u kemm proseliti,*+ 11  Kretin+ u Għarab,+ nisimgħuhom jitkellmu bl-​ilsna tagħna dwar l-​affarijiet grandjużi t’Alla.” 12  Iva, kollha mbellhin u mħawdin bdew jgħidu wieħed lill-​ieħor: “Dan xi jfisser?” 13  Iżda oħrajn bdew jiżżuffjettaw bihom u jgħidu: “Mimlijin inbid ħelu.”+ 14  Imma Pietru, flimkien mal-​ħdax,+ qam bil-​wieqfa u għolla leħnu u qalilhom: “Irġiel tal-​Lhudija u intom l-​abitanti kollha taʼ Ġerusalemm,+ ħa jkun dan mgħarraf lilkom u agħtu widen għal dak li se ngħid. 15  Fil-fatt, dawn in-​nies m’humiex fis-​sakra,+ kif qed taħsbu intom, għax għadha t-​tielet siegħa* tal-​jum. 16  Għall-kuntrarju, dan hu li ntqal permezz tal-​profeta Ġoel, 17  ‘“U fl-​aħħar jiem,” jgħid Alla, “inferraʼ ftit mill-​ispirtu tiegħi+ fuq kull xorta taʼ bnedmin, u wliedkom subien u bniet jipprofetizzaw u ż-​żgħażagħ tagħkom jaraw viżjonijiet u x-​xjuħ tagħkom joħolmu ħolm;+ 18  u saħansitra fuq l-​ilsiera tiegħi, irġiel u nisa, inferraʼ ftit mill-​ispirtu tiegħi f’dawk il-​jiem, u huma jipprofetizzaw.+ 19  U nagħmel għeġubijiet fuq fis-​sema u sinjali isfel fuq l-​art, demm u nar u ċpar tad-​duħħan;+ 20  ix-xemx+ tinbidel fi dlam u l-​qamar f’demm qabel ma jasal il-​jum il-​kbir+ u glorjuż taʼ Ġeħova. 21  U kulmin isejjaħ isem Ġeħova jkun salvat.”’+ 22  “Irġiel taʼ Israel, isimgħu dan il-​kliem: Ġesù n-​Nazzarenu,+ raġel li Alla wriekom pubblikament permezz t’għemejjel setgħanin+ u għeġubijiet u sinjali li Alla għamel fostkom+ permezz tiegħu, bħalma tafu intom stess, 23  lil dan ir-​raġel, li ngħata f’idejkom skond l-​għarfien minn qabel u l-​iskop determinat minn Alla,+ intom sammartuh maʼ zokk permezz taʼ nies bla liġi u ħlistu minnu.+ 24  Imma Alla rxoxtah+ billi ħall l-​irbit tal-​mewt,+ għax ma kienx possibbli li jibqaʼ miżmum sod minnha.+ 25  Għax David jgħid dwaru, ‘Kelli lil Ġeħova l-​ħin kollu quddiem għajnejja; għax hu qiegħed fuq leminti biex qatt ma nitħarrek.+ 26  Minħabba dan, qalbi ferħet u lsieni thenna bil-​kbir. Barra minn hekk, anki ġismi* jgħammar fit-​tama;+ 27  għax int ma tħallix lil ruħi fil-​Qabar,* lanqas ma tħalli lil-​leali tiegħek jara t-​taħsir.+ 28  Int għarraftli t-​triqat tal-​ħajja, b’wiċċek timlieni bil-​ferħ.’+ 29  “Irġiel, aħwa, nistaʼ nkellimkom bil-​libertà tal-​kelma dwar il-​patrijarka David, li miet+ u ndifen u li qabru għadu fostna sa dan il-​jum. 30  Peress li kien profeta u kien jaf li Alla ħaliflu b’ġurament li kellu jpoġġi wieħed li kien imnissel minnu* fuq it-​tron tiegħu,+ 31  hu ra minn qabel u tkellem dwar l-​irxoxt tal-​Kristu,* li la kien abbandunat fil-​Qabar u lanqas ġismu ma ra t-​taħsir.+ 32  Lil dan Ġesù Alla rxoxtah, u taʼ dan il-​fatt aħna lkoll xhieda.+ 33  Għalhekk, peress li tgħolla għal fuq il-​lemin t’Alla+ u rċieva l-​ispirtu qaddis imwiegħed mingħand il-​Missier,+ ferraʼ dan li qed taraw u tisimgħu. 34  Fil-fatt, David ma telax fis-​smewwiet,+ imma hu stess jgħid, ‘Ġeħova qal lill-​Mulej tiegħi: “Oqgħod bil-​qiegħda fuq il-​lemin tiegħi,+ 35  sakemm inqiegħed l-​għedewwa tiegħek bħala banketta għal saqajk.”’+ 36  Għalhekk, ħa tkun taf fiċ-​ċert id-​dar kollha taʼ Israel li lil dan Ġesù, li intom sammartuh maʼ zokk,+ Alla għamlu kemm Mulej+ u kemm Kristu.” 37  Issa, dan il-​kliem li semgħu nifdilhom qalbhom+ u qalu lil Pietru u lill-​bqija taʼ l-​appostli: “Irġiel, aħwa, x’għandna nagħmlu?”+ 38  Qalilhom Pietru: “Indmu,+ u ħa jitgħammed+ kull wieħed minnkom f’isem+ Ġesù Kristu għall-​maħfra+ tad-​dnubiet, u tirċievu l-​ispirtu qaddis bħala għotja b’xejn.+ 39  Għax il-​wegħda+ hi għalikom u għal uliedkom u għal dawk kollha fil-​bogħod,+ lil kulmin Ġeħova Alla tagħna jsejjaħ lejh.”+ 40  U b’ħafna kliem ieħor xehdilhom bis-​sħiħ u baqaʼ jħeġġiġhom u jgħidilhom: “Salvaw minn din il-​ġenerazzjoni mgħawġa.”+ 41  Għalhekk, dawk li laqgħu l-​kelma tiegħu mill-​qalb tgħammdu,+ u dakinhar żdiedu madwar tlett elef ruħ.+ 42  U baqgħu jingħataw għat-​tagħlim taʼ l-​appostli u għall-​qsim taʼ kollox bejniethom,+ għall-​qsim taʼ l-​ikel+ u għat-​talb.+ 43  Tabilħaqq, beda jaqaʼ biżaʼ fuq kull ruħ, u bdew iseħħu ħafna għeġubijiet u sinjali permezz taʼ l-​appostli.+ 44  Dawk kollha li saru jemmnu kienu jaqsmu kollox bejniethom,+ 45  u kienu jbigħu l-​affarijiet+ u l-​proprjetajiet tagħhom u jaqsmu l-​flus li jdaħħlu bejn kulħadd, skond il-​bżonn taʼ dak li jkun.+ 46  U jum wara l-​ieħor kienu jqattgħu ħafna ħin fit-​tempju b’fehma waħda,+ u kienu jieklu fi djar privati b’hena kbir+ u b’qalb sinċiera, 47  waqt li kienu jfaħħru lil Alla u kienu miġjubin min-​nies kollha.+ Fl-​istess ħin, Ġeħova kompla jżid+ magħhom kuljum lil dawk li kienu qed jiġu salvati.+

Noti taʼ taħt

Jew, “dawk li kkonvertew u saru Lhud.”
Madwar id-​9 a.m., tibda tgħodd minn tlugħ ix-​xemx.
Letteralment, “laħmi.”
Bil-Grieg, “Ħades.” F’vers 31 ukoll. Ara Appendiċi 4.
Letteralment, “wieħed minn frott ġenbejh.” Ara Ġen 35:11, in-​nota taʼ taħt.
Ara Mt 2:4, in-​nota taʼ taħt.