Atti 19:1-41

19  Issa ġara li waqt li Apollo+ kien Korintu, Pawlu għadda min-​naħa taʼ ġewwa u niżel Efesu,+ u sab xi dixxipli;  u qalilhom: “Irċivejtuh l-​ispirtu qaddis+ meta emmintu?” Qalulu: “Aħna qatt ma smajna jekk hemmx spirtu qaddis jew le.”+  U qalilhom: “Allura b’liema magħmudija tgħammidtu?” Qalulu: “Bil-​magħmudija taʼ Ġwanni.”+  Pawlu qalilhom: “Ġwanni għammed bil-​magħmudija b’simbolu taʼ l-​indiema+ u qal lin-​nies biex jemmnu f’dak li kien ġej warajh,+ jiġifieri, f’Ġesù.”  Malli semgħu dan, tgħammdu f’isem il-​Mulej Ġesù.+  U meta Pawlu qiegħed idejh+ fuqhom, l-​ispirtu qaddis ġie fuqhom, u bdew jitkellmu bl-​ilsna u jipprofetizzaw.+  B’kollox kien hemm madwar tnax-il raġel.  Kien imur fis-​sinagoga+ u għamel tliet xhur jitkellem bil-​qlubija, billi jagħti taħditiet u jipprova jipperswadihom dwar is-​saltna+ t’Alla.  Imma meta xi wħud webbsu rashom u m’emmnux+ u bdew imaqdru t-​Triq+ quddiem il-​kotra, telaq minn fosthom,+ fired lid-​dixxipli minn magħhom,+ u kuljum kien jagħti taħditiet fis-​sala taʼ l-​iskola taʼ Tirannu. 10  Dan seħħ għal sentejn sħaħ,+ u b’hekk dawk kollha li kienu joqogħdu fid-​distrett taʼ l-​Asja,+ Lhud u Griegi, semgħu l-​kelma tal-​Mulej. 11  U Alla baqaʼ jwettaq għemejjel setgħanin u straordinarji minn idejn Pawlu,+ 12  tant li ċ-​ċraret u l-​fradal tiegħu kienu jittieħdu lill-​morda,+ u l-​mard kien jitlaqhom, u l-​ispirti mill-​agħar kienu joħorġu minnhom.+ 13  U xi wħud mil-​Lhud li kienu jivvjaġġaw u jipprattikaw it-​tkeċċija tad-​demonji+ wkoll bdew isejħu isem il-​Mulej Ġesù+ fuq dawk li kellhom l-​ispirti mill-​agħar, u kienu jgħidu: “Nordnalek+ solennement b’Ġesù li dwaru jippriedka Pawlu.” 14  Issa kien hemm sebaʼ wlied subien taʼ ċertu Xeva, qassis ewlieni Lhudi, li kienu qed jagħmlu dan. 15  Għaldaqstant, l-​ispirtu mill-​agħar qalilhom: “Lil Ġesù nafu,+ u taʼ Pawlu midħla wkoll;+ imma intom min intom?” 16  B’dan il-​kliem, ir-​raġel li kellu fih l-​ispirtu mill-​agħar qabeż fuqhom,+ ħakimhom wieħed wara l-​ieħor, u għelibhom, hekk li ħarbu għarwenin u feruti minn dik id-​dar. 17  Dan sar jaf bih kulħadd, kemm il-​Lhud u kemm il-​Griegi li kienu joqogħdu Efesu; u waqaʼ biżaʼ+ fuqhom ilkoll, u isem il-​Mulej Ġesù kompla jiġi mfaħħar bil-​kbir.+ 18  U ħafna minn dawk li emmnu kienu jiġu jistqarru u jgħidu+ quddiem kulħadd dak li kienu jipprattikaw. 19  Tabilħaqq, għadd ġmielu minn dawk li kienu jipprattikaw l-​arti tal-​maġija+ ġabru l-​kotba tagħhom flimkien u ħarquhom quddiem kulħadd. U kkalkulaw il-​prezz tagħhom kollha u sabu li kienu jiswew ħamsin elf biċċa tal-​fidda. 20  B’hekk, il-​kelma taʼ Ġeħova baqgħet tikber u tissaħħaħ b’qawwa kbira.+ 21  Issa, wara li seħħ dan kollu, Pawlu ddeċieda fih innifsu li wara li jgħaddi mill-​Maċedonja+ u l-​Akaja jmur Ġerusalemm,+ u qal: “Wara li nasal hemmhekk irrid nara wkoll Ruma.”+ 22  Imbagħad bagħat lejn il-​Maċedonja tnejn minn dawk li kienu jgħinuh, Timotju+ u Erastu,+ imma hu baqaʼ għal xi żmien fid-​distrett taʼ l-​Asja. 23  Dik il-​ħabta nqalaʼ ħafna inkwiet+ dwar It-​Triq.+ 24  Għax kien hemm wieħed arġentier jismu Demetriju li kien jagħmel niċeċ tal-​fidda t’Artemi u li bihom kien iqallaʼ ħafna flus lin-​nies tas-​sengħa.+ 25  Lil dawn ġabarhom flimkien maʼ dawk li kienu jaħdmu f’dawn l-​affarijiet+ u qalilhom: “Irġiel, tafu tajjeb li b’dan in-​negozju sejrin tajjeb ħafna.+ 26  Ukoll, qed taraw u tisimgħu kif mhux biss f’Efesu,+ imma kważi fid-​distrett kollu taʼ l-​Asja, dan Pawlu pperswada lil ħafna nies u dawwarhom għal opinjoni oħra, għax qed jgħid li dawk li huma magħmulin bl-​idejn+ m’humiex allat. 27  Iktar minn hekk, hemm il-​periklu li mhux biss xogħolna jaqaʼ fl-​għajb, imma wkoll li t-​tempju tal-​kbira u d-​divina Artemi+ ma jibqax stmat u saħansitra l-​kobor u l-​ġmiel tagħha, meqjumin fid-​distrett kollu taʼ l-​Asja u fl-​art abitata, ma jdumux ma jispiċċaw fix-​xejn.” 28  Meta semgħu dan, l-​irġiel irrabjaw ħafna u bdew jgħajtu u jgħidu: “Kbira Artemi taʼ l-​Efesin!” 29  Għalhekk, fil-​belt qamet konfużjoni sħiħa, u b’fehma waħda ġrew għal ġot-​teatru, u kaxkru magħhom lil Gaju u lil Aristarku,+ Maċedonin li kienu jivvjaġġaw maʼ Pawlu. 30  Min-naħa tiegħu, Pawlu ried jidħol qalb in-​nies, imma d-​dixxipli ma ħallewhx. 31  Saħansitra xi wħud mill-​amministraturi tal-​festi u l-​logħob, li kienu ħbieb tiegħu, bagħtulu messaġġ u bdew jitolbuh bil-​ħniena biex ma jissograx ħajtu fit-​teatru. 32  Sadanittant, min kien qed jgħajjat ħaġa u min oħra;+ għax fost il-​ġemgħa kien hemm konfużjoni sħiħa, u l-​maġġuranza ma kinux jafu għala nġabru. 33  Imbagħad kollha f’daqqa ħarġu lil Alessandru mill-​folla, u l-​Lhud tefgħuh fuq quddiem; u Alessandru għamel sinjal b’idu biex juri li ried jagħmel id-​difiża tiegħu quddiem il-​poplu. 34  Imma meta indunaw li kien Lhudi, damu madwar sagħtejn jgħajtu lkoll b’għajta waħda: “Kbira+ Artemi taʼ l-​Efesin!” 35  Fl-aħħar, wara li kien sikket+ lill-​folla, ir-​reġistratur tal-​belt qal: “Irġiel t’Efesu, min hemm fost il-​bnedmin li ma jafx li l-​belt taʼ l-​Efesin hi l-​gwardjana tat-​tempju tal-​kbira Artemi u tax-​xbieha tagħha li waqgħet mis-​sema? 36  Għalhekk, ladarba dan ma jistaʼ jmerih ħadd, hu xieraq li tibqgħu kalmi u ma taġixxux bl-​addoċċ.+ 37  Għax ġibtu lil dawn l-​irġiel li la huma ħallelin tat-​tempji u lanqas midgħija taʼ din l-​alla tagħna. 38  Għalhekk, jekk Demetriju+ u n-​nies tas-​sengħa li huma miegħu għandhom każ kontra xi ħadd, hemm il-​ġranet tal-​qorti+ u l-​prokonsli;+ ħa jġibu l-​akkużi kontra xulxin. 39  Iżda, jekk qed tfittxu xi ħaġa oħra minbarra dan, din trid tiġi deċiża f’assemblea regulari. 40  Għax qegħdin tassew f’periklu li niġu akkużati bi rvell minħabba l-​kwistjoni taʼ llum, għax m’għandna l-​ebda bażi fuqiex nistgħu nagħtu raġuni għal din il-​marmalja bla ordni.” 41  U x’ħin qal dan,+ bagħat lil kulħadd ’il barra.+

Noti taʼ taħt