Atti 18:1-28

18  Wara dan, telaq minn Ateni u mar Korintu.  U sab wieħed Lhudi li kien jismu Akwila,+ imwieled il-​Pontu, u martu Prixilla. Dawn kienu għadhom kemm ġew mill-​Italja+ minħabba li Klawdju+ kien ordna lil-​Lhud kollha jitilqu minn Ruma. Għalhekk, mar għandhom  u peress li kellu l-​istess sengħa qagħad f’darhom, u kienu jaħdmu+ billi jagħmlu t-​tined, għax din kienet is-​sengħa tagħhom.  Madankollu, kull Sabat kien jagħti taħdita fis-​sinagoga+ u kien jipperswadi kemm Lhud u kemm Griegi.  Issa, meta Sila+ u Timotju+ niżlu mill-​Maċedonja, Pawlu beda jkun okkupat bis-​sħiħ bix-​xandir tal-​kelma, jagħti xiehda lil-​Lhud biex juri li Ġesù hu l-​Kristu.+  Imma wara li baqgħu jopponu u jmaqdru,+ farfar ħwejġu+ u qalilhom: “Ħa jkun demmkom+ fuq raskom. Jien nadif.+ Minn issa ’l quddiem immur għand in-​nies tal-​ġnus.”+  Għaldaqstant telaq minn hemmhekk u mar għand wieħed jismu Tizju Ġustu, aduratur t’Alla, li daru kienet tmiss mas-​sinagoga.  Krispu,+ l-​uffiċjal li jippresiedi fis-​sinagoga, emmen fil-​Mulej, hu u n-​nies kollha taʼ daru. U ħafna mill-​Korintin li semgħu bdew jemmnu u jitgħammdu.  Imbagħad, f’viżjoni bil-​lejl, il-​Mulej qal lil Pawlu:+ “Tibżax, imma kompli tkellem u tibqax sieket, 10  għax jien miegħek+ u ebda bniedem ma jattakkak biex jagħmillek ħsara; għax għandi ħafna nies f’din il-​belt.” 11  Għalhekk, baqaʼ hemmhekk sena u sitt xhur, jgħallem il-​kelma t’Alla fosthom. 12  Issa, meta Galljon kien prokonslu+ taʼ l-​Akaja,* il-​Lhud qamu kontra Pawlu b’fehma waħda u ħaduh quddiem it-​tron tal-​ġudizzju,+ 13  u qalu: “Dan qed jikser il-​liġi billi jipperswadi+ lin-​nies biex iqimu ’l Alla b’mod ieħor.” 14  Imma hekk kif Pawlu kien se jiftaħ fommu, Galljon qal lil-​Lhud: “Tabilħaqq, ja Lhud, kieku kien xi ħażen jew xi att vili u mill-​agħar kien ikolli għalfejn nissaportikom. 15  Imma jekk hu fuq kontroversji minħabba kliem u ismijiet+ u l-​liġi+ tagħkom, arawh intom. Ma nixtieqx inkun imħallef taʼ dan.” 16  B’dan il-​kliem keċċiehom minn quddiem it-​tron tal-​ġudizzju. 17  Għalhekk, ilkoll ħatfu taħt idejhom lil Sostene,+ l-​uffiċjal li jippresiedi fis-​sinagoga, u qabdu jsawtuh quddiem it-​tron tal-​ġudizzju. Imma Galljon ma impurtah xejn minn dan. 18  U wara li baqaʼ hemmhekk ftit jiem mhux ħażin, Pawlu sellem lill-​aħwa u salpa lejn is-​Sirja, u miegħu marru Prixilla u Akwila, wara li kien qarweż xagħru+ f’Kenkre,*+ għax kellu wegħda. 19  Imbagħad waslu Efesu, u ħalliehom hemmhekk; u daħal fis-​sinagoga+ u rraġuna mal-​Lhud. 20  Għalkemm baqgħu jitolbuh biex jibqaʼ iżjed, hu ma riedx 21  imma sellmilhom+ u qalilhom: “Nerġaʼ niġi għandkom, jekk Ġeħova jrid.”+ U telaq bil-​baħar minn Efesu 22  u niżel Ċesarija. U telaʼ* jsellem lill-​kongregazzjoni, u niżel Antjokja. 23  U wara li qattaʼ xi żmien hemmhekk telaq u mar minn post għall-​ieħor fl-​art tal-​Galazja+ u l-​Friġja,+ isaħħaħ+ lid-​dixxipli kollha. 24  Issa wasal Efesu wieħed Lhudi li kien jismu Apollo,+ imwieled Lixandra. Dan ir-​raġel kien jinqalaʼ biex jitkellem u kien midħla sew taʼ l-​Iskrittura.+ 25  Kien ġie mgħallem bil-​fomm fit-​triq taʼ Ġeħova u, billi kien imħeġġeġ bl-​ispirtu,+ beda jitkellem u jgħallem b’eżattezza dwar Ġesù, imma kien jaf biss bil-​magħmudija+ taʼ Ġwanni. 26  U beda jitkellem bil-​qlubija fis-​sinagoga. Meta semgħuh Prixilla u Akwila,+ ħaduh magħhom u fissrulu t-​triq t’Alla iktar eżatt. 27  Ukoll, peress li xtaq jaqsam għal ġo l-​Akaja, l-​aħwa kitbu lid-​dixxipli u ħeġġewhom biex jilqgħuh b’qalb tajba. Għalhekk, meta wasal hemmhekk, kien t’għajnuna kbira+ għal dawk li kienu emmnu minħabba l-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla;+ 28  għax b’ħeġġa kbira kien jagħti prova bis-​sħiħ quddiem kulħadd li l-​Lhud kienu żbaljati, waqt li kien juri mill-​Iskrittura+ li Ġesù kien il-​Kristu.+

Noti taʼ taħt

Il-provinċja Rumana tan-​nofsinhar tal-​Greċja bil-​belt kapitali tagħha f’Korintu.
Il-port taʼ Korintu għar-​reġjuni tal-​lvant.
Mid-dehra, lejn Ġerusalemm.