Atti 16:1-40

16  U wasal Derbe u mbagħad Listra.+ U, ara! Kien hemm dixxiplu jismu Timotju,+ bin mara Lhudija li kienet temmen, imma li missieru kien Grieg,  u l-​aħwa f’Listra u Ikonju kienu jitkellmu tajjeb dwaru.  Pawlu esprima x-​xewqa li dan ir-​raġel imur miegħu, u ħadu u għamillu ċ-​ċirkonċiżjoni+ minħabba l-​Lhud taʼ dawk l-​inħawi, għax kulħadd kien jaf li missieru kien Grieg.  Issa fil-​bliet li kienu jgħaddu minnhom kienu jagħtu lil dawk t’hemmhekk id-​digrieti li kienu ġew deċiżi mill-​appostli u l-​anzjani f’Ġerusalemm biex josservawhom.+  Għalhekk, tabilħaqq, il-​kongregazzjonijiet komplew jissodaw fil-​fidi+ u jiżdiedu fl-​għadd minn jum għall-​ieħor.  Imbagħad għaddew mill-​Friġja u mill-​art tal-​Galazja,+ għax l-​ispirtu qaddis ma ħallihomx ixandru l-​kelma fid-​distrett taʼ l-​Asja.  Ukoll, meta niżlu l-​Misja pprovaw imorru l-​Bitinja,+ imma l-​ispirtu taʼ Ġesù ma ppermettilhomx.  Għalhekk, qabżu l-​Misja u niżlu Troas.+  U matul il-​lejl Pawlu kellu viżjoni:+ ra raġel mill-​Maċedonja* bil-​wieqfa, jitolbu bil-​ħrara u jgħidlu: “Għaddi l-​Maċedonja u għinna.” 10  U malli ra l-​viżjoni, fittixna mmorru l-​Maċedonja,+ għax ikkonkludejna li Alla kien sejħilna biex inxandrulhom l-​aħbar tajba. 11  Għalhekk, tlaqna bil-​baħar minn Troas u ġejna dritt lejn Samotraċja, u l-​għada wasalna Neapoli, 12  u minn hemmhekk morna Filippi,+ li hi kolonja u l-​belt prinċipali tad-​distrett tal-​Maċedonja.+ Bqajna f’din il-​belt, u qattajna xi jiem hemmhekk. 13  U f’jum is-​Sabat ħriġna mill-​bieb tal-​belt u morna ħdejn xmara, fejn ħsibna li kien hemm post tat-​talb; u qgħadna bil-​qiegħda u bdejna nkellmu lin-​nisa li kienu nġemgħu. 14  U waħda mara jisimha Lidja, bejjiegħa tal-​porpra mill-​belt taʼ Tjatira+ u aduratriċi t’Alla, kienet qed tismaʼ, u Ġeħova fetħilha qalbha+ beraħ biex taċċetta dak li kien qed jgħid Pawlu. 15  Imbagħad, meta tgħammdu+ hi u n-​nies taʼ darha, hi qaltilna bil-​ħrara: “Jekk tqisuni leali lejn Ġeħova, idħlu u oqogħdu f’dari.”+ U ġegħlitna noqogħdu għandha.+ 16  U ġara li aħna u sejrin lejn il-​post tat-​talb, iltaqgħet magħna waħda qaddejja li kellha spirtu,+ demonju tat-​teħbir.+ Lis-​sidien tagħha kienet tipprovdilhom ħafna qligħ+ billi tipprattika l-​arti tat-​tbassir. 17  Din it-​tfajla baqgħet ġejja wara Pawlu u warajna, tgħajjat+ u tgħid: “Dawn l-​irġiel huma lsiera t’Alla l-​Iktar Għoli, li qed ixandrulkom it-​triq tas-​salvazzjoni.” 18  U baqgħet sejra hekk għal bosta jiem. Fl-​aħħar, Pawlu ddejjaq+ u dar u qal lill-​ispirtu: “Nordnalek f’isem Ġesù Kristu li toħroġ minnha.”+ U ħareġ dak il-​ħin stess.+ 19  U x’ħin is-​sidien tagħha raw li kienet spiċċatilhom it-​tama għall-​qligħ,+ qabdu lil Pawlu u lil Sila u kaxkruhom lejn is-​suq għand il-​ħakkiema,+ 20  u ressquhom quddiem l-​amministraturi ċivili u qalulhom: “Dawn l-​irġiel qed ifixklu+ ferm lill-​belt tagħna, għax huma Lhud 21  u qed ixandru drawwiet+ li skond il-​liġi tagħna, bħala Rumani, ma nistgħux naċċettawhom jew nipprattikawhom.” 22  U l-​folla qamet għalihom; u l-​amministraturi ċivili, wara li qattgħulhom ħwejjiġhom minn fuqhom, ordnaw li jsawtuhom bil-​bsaten.+ 23  Wara li tawhom ħafna daqqiet,+ tefgħuhom il-​ħabs u ordnaw lill-​kalzrier biex jagħmlilhom għassa stretta.+ 24  Minħabba din l-​ordni, tefagħhom fil-​ħabs taʼ ġewwa+ u rabtilhom saqajhom fil-​qjud.+ 25  Għall-ħabta taʼ nofsillejl,+ Pawlu u Sila kienu qed jitolbu u jfaħħru lil Alla bil-​kant,+ u l-​ħabsin kienu qed jisimgħuhom. 26  F’daqqa waħda seħħ terremot qawwi, tant li l-​pedament tal-​ħabs theżżeż. Minnufih infetħu l-​bibien kollha, u nħall l-​irbit taʼ kulħadd.+ 27  Il-kalzrier qam u, x’ħin ra li l-​bibien tal-​ħabs kienu miftuħin, silet is-​sejf u kien se joqtol lilu nnifsu,+ għax immaġina li l-​ħabsin kienu ħarbu.+ 28  Imma Pawlu għajjat b’leħen għoli u qallu: “Tagħmilx ħsara lilek innifsek,+ għax aħna kollha qegħdin hawnhekk!” 29  Għalhekk, qal lil xi ħadd iġiblu d-​dawl u daħal jiġri ġewwa u, jitriegħed bil-​biżaʼ, inxteħet+ quddiem Pawlu u Sila. 30  U ħariġhom barra u qalilhom: “Sinjuri, x’għandi nagħmel+ biex niġi salvat?” 31  Qalulu: “Emmen fil-​Mulej Ġesù u tiġi salvat,+ int u n-​nies taʼ darek.”+ 32  U xandrulu l-​kelma taʼ Ġeħova, lilu u lil dawk kollha li kienu f’daru.+ 33  U ħadhom miegħu f’dik is-​siegħa tal-​lejl u ħaslilhom il-​feriti; imbagħad hu u n-​nies kollha taʼ daru tgħammdu+ bla dewmien. 34  U daħħalhom f’daru u ħejja mejda quddiemhom, u feraħ ħafna man-​nies kollha taʼ daru issa li kien emmen f’Alla. 35  Meta sebaħ, l-​amministraturi ċivili+ bagħtu lill-​uffiċjali biex jgħidulu: “Eħles lil dawk l-​irġiel.” 36  Għaldaqstant, il-​kalzrier qal lil Pawlu x’kienu qalulu: “L-​amministraturi ċivili bagħtu lil xi rġiel biex jeħilsukom. Għalhekk, oħorġu u morru fil-​paċi.” 37  Imma Pawlu qalilhom: “Sawtuna pubblikament mingħajr ma konna kundannati, lilna li aħna Rumani,+ u tefgħuna l-​ħabs; u jridu issa jitfgħuna ’l barra bil-​moħbi? Dażgur li le! Ħa jiġu huma stess joħorġuna.” 38  Imbagħad l-​uffiċjali qalu dan il-​kliem lill-​amministraturi ċivili. Dawn beżgħu meta semgħu li l-​irġiel kienu Rumani.+ 39  Għaldaqstant ġew u talbuhom bil-​ħrara u, wara li ħarġuhom, qalulhom biex jitilqu mill-​belt. 40  U ħarġu mill-​ħabs u marru għand Lidja, u meta raw lill-​aħwa, inkuraġġewhom+ u telqu.

Noti taʼ taħt

“Il-​Maċedonja” kien l-​isem taʼ provinċja Rumana. Il-​ġrajjiet Bibliċi konnessi mal-​Maċedonja seħħew fit-​territorju tal-​Greċja taż-​żmien modern.