Atti 14:1-28

14  Issa f’Ikonju+ daħlu flimkien fis-​sinagoga+ tal-​Lhud u tkellmu b’tali mod li emmnet kotra kbira, kemm taʼ Lhud kif ukoll taʼ Griegi.+  Imma l-​Lhud li m’emmnux xewxu+ u għawew lin-​nies tal-​ġnus kontra l-​aħwa.+  Għalhekk, qattgħu ħafna ħin jitkellmu bil-​qlubija permezz taʼ l-​awtorità li tahom Ġeħova, li xehed għall-​kelma tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu b’sinjali u għeġubijiet li ppermetta li jseħħu minn idejhom.+  Madankollu, il-​kotra tan-​nies fil-​belt kienet maqsuma, xi wħud kienu favur il-​Lhud u oħrajn favur l-​appostli.  Issa, meta kien hemm attentat vjolenti min-​naħa tan-​nies tal-​ġnus u min-​naħa tal-​Lhud mal-​ħakkiema tagħhom biex jinsultawhom u jħaġġruhom,+  huma ġew mgħarrfin b’dan u ħarbu+ lejn il-​bliet taʼ Listra u Derbe, fil-​Likaonja, u l-​art taʼ madwar;  u hemmhekk komplew ixandru l-​aħbar tajba.+  Issa f’Listra kien hemm wieħed raġel bil-​qiegħda b’diżabilità f’saqajh, zopp minn ġuf ommu,+ u li qatt ma kien mexa.  Hu kien qed jismaʼ lil Pawlu jitkellem, u dan, meta ħares fiss lejh u ra li kellu l-​fidi+ li jiġi mfejjaq, 10  qallu b’leħen għoli: “Qum u ieqaf fuq saqajk.” U dak qam b’qabża u beda jimxi.+ 11  Meta raw x’kien għamel Pawlu, il-​folol għollew leħinhom u qalu bl-​ilsien tal-​Likaonja: “L-​allat+ saru bħal bnedmin u niżlu għandna!” 12  U lil Barnaba bdew jgħidulu Żews, imma lil Pawlu Erme, għax hu kien il-​kelliemi ewlieni. 13  U l-​qassis taʼ Żews, li t-​tempju tiegħu kien quddiem il-​belt, ġab barrin u girlandi fil-​bieb u ried joffri sagrifiċċji+ mal-​folol. 14  Madankollu, meta semgħu b’dan, l-​appostli Barnaba u Pawlu ċarrtu lbieshom u qabżu f’nofs il-​folla jgħajtu 15  u jgħidu: “Irġiel, għala qed tagħmlu dan? Aħna wkoll bnedmin+ bl-​istess dgħjufijiet+ bħal tagħkom, u qed inxandrulkom l-​aħbar tajba, biex tħallu dawn il-​frugħat+ u dduru lejn l-​Alla l-​ħaj,+ li għamel is-​sema+ u l-​art u l-​baħar u kulma fihom. 16  Fil-ġenerazzjonijiet li għaddew hu ppermetta lill-​ġnus kollha jkomplu mexjin fi triqathom,+ 17  għalkemm, fil-​fatt, ma ħalliex lilu nnifsu mingħajr xiehda billi għamel it-​tajjeb+ u takom ix-​xita+ mis-​sema u l-​istaġuni tal-​frott u mlielkom qlubkom għalkollox bl-​ikel u bil-​ferħ.”+ 18  Imma minkejja li qalulhom dan, bilkemm setgħu jżommu lill-​folol milli jissagrifikawlhom. 19  Imbagħad waslu xi Lhud minn Antjokja u Ikonju u pperswadew lill-​folol,+ u dawn ħaġġru lil Pawlu u kaxkruh barra l-​belt, għax ħasbu li kien mejjet.+ 20  Madankollu, meta daru miegħu d-​dixxipli, qam u daħal il-​belt. U l-​għada telaq maʼ Barnaba lejn Derbe.+ 21  U wara li xandru l-​aħbar tajba lil dik il-​belt u għamlu ftit dixxipli mhux ħażin,+ reġgħu marru Listra u Ikonju u Antjokja, 22  isaħħu lid-​dixxipli+ u jinkuraġġuhom biex jibqgħu fil-​fidi u jgħidulhom: “Jeħtieġ li fis-​saltna t’Alla nidħlu permezz taʼ ħafna tribulazzjonijiet.”+ 23  Barra minn hekk, ħatrulhom anzjani+ f’kull kongregazzjoni u, wara li talbu u samu,+ irħewhom f’idejn Ġeħova+ li kienu saru jemmnu fih. 24  U għaddew mill-​Pisidja u ġew il-​Pamfilja,+ 25  u, wara li xandru l-​kelma f’Perga, niżlu Attalija. 26  U minn hemmhekk salpaw lejn Antjokja,+ fejn kienu ġew fdati f’idejn Alla u l-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu għax-​xogħol li wettqu bis-​sħiħ.+ 27  Meta waslu u laqqgħu ’l-kongregazzjoni, bdew jirrakkontaw+ kemm Alla kien għamel affarijiet permezz tagħhom, u li kien fetaħ il-​bieb tal-​fidi lill-​ġnus.+ 28  U hemmhekk għamlu ftit taż-​żmien mhux ħażin mad-​dixxipli.

Noti taʼ taħt