Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Atti 13:1-52

13  Issa  f’Antjokja  kien hemm xi profeti+ u għalliema fil-kongregazzjoni lokali, Barnaba kif ukoll Simgħon li kienu jgħidulu Niger, u Luċju+ minn Ċirene, u Manahen li kien tgħallem m’Erodi, il-ħakkiem tad-distrett, u Sawl.  Waqt li kienu qed jaqdu pubblikament+ lil Ġeħova u jsumu, l-ispirtu qaddis qal: “Minn dawn kollha warrbuli lil Barnaba u lil Sawl+ għax-xogħol li sejjaħtilhom għalih.”  Imbagħad samu u talbu u qiegħdu idejhom+ fuqhom u ħallewhom imorru.  Għaldaqstant, mibgħutin mill-ispirtu qaddis, dawn l-irġiel niżlu Selewkja, u minn hemmhekk salpaw lejn Ċipru.  U meta waslu Salamina bdew ixandru l-kelma t’Alla fis-sinagogi tal-Lhud. Magħhom kien hemm ukoll Ġwanni+ biex jgħinhom.  Meta kienu qasmu l-gżira kollha sa Pafos, iltaqgħu maʼ wieħed raġel, saħħâr, profeta falz,+ Lhudi li kien jismu Bar-Jesu,  u dan kien mal-prokonslu Serġju Pawlu, raġel intelliġenti. Dan sejjaħ lil Barnaba u lil Sawl lejh u, mimli ħeġġa, fittex li jismaʼ l-kelma t’Alla.  Imma Elima s-saħħâr (fil-fatt, hekk jiġi tradott ismu) beda jopponihom+ u jipprova jbiegħed lill-prokonslu mill-fidi.  Sawl, li jismu wkoll Pawlu, mimli bl-ispirtu qaddis, ħares fiss lejh 10  u qallu: “Ja bniedem mimli b’kull xorta taʼ qerq u b’kull xorta taʼ viljakkerija, ja bin ix-Xitan,+ ja għadu taʼ kulma hu sewwa, m’intix se tieqaf tgħawweġ it-triqat dritti taʼ Ġeħova? 11  Mela, ara, id Ġeħova tilħqek, u int tagħma u għal xi żmien ma tarax id-dawl tax-xemx.” Minnufih waqgħu fuqu ċpar oħxon u dlam, u beda jdur u jfittex lil min imexxih minn idu.+ 12  Imbagħad, malli ra x’kien ġara, il-prokonslu+ emmen, għax baqaʼ mgħaġġeb bit-tagħlim taʼ Ġeħova. 13  Issa, Pawlu u sħabu telqu bil-baħar minn Pafos u waslu Perga fil-Pamfilja.+ Imma Ġwanni+ telaqhom u mar lura+ Ġerusalemm. 14  Madankollu, minn Perga baqgħu sejrin u ġew Antjokja fil-Pisidja, daħlu fis-sinagoga+ f’jum is-Sabat u qagħdu bil-qiegħda. 15  Wara l-qari pubbliku tal-Liġi+ u tal-Profeti, l-uffiċjali li jippresiedu+ fis-sinagoga bagħtu jgħidulhom: “Irġiel, aħwa, jekk għandkom xi kelma taʼ inkuraġġiment għan-nies, għiduha.” 16  Għalhekk, Pawlu qam, għamel sinjal b’idu,+ u qal: “Irġiel, Israelin u intom li tibżgħu minn Alla, isimgħu.+ 17  L-Alla taʼ dan il-poplu Israel għażel lil missirijietna, u eżalta lill-poplu matul iż-żmien li qattgħu bħala residenti barranin fl-art taʼ l-Eġittu u ħariġhom minn hemmhekk bi driegħu merfugħ ’il fuq.+ 18  U għal perijodu taʼ madwar erbgħin sena+ ssaporta l-imġiba tagħhom fix-xagħri. 19  Wara li qered sebat iġnus fl-art taʼ Kangħan, qassmilhom arthom bix-xorti:+ 20  dan kollu matul xi erbaʼ mija u ħamsin sena. “U wara dan, tahom l-imħallfin sal-profeta Samwel.+ 21  Imma minn dak iż-żmien ’il quddiem riedu sultan,+ u Alla tahom lil Sawl bin Kis, raġel mit-tribù taʼ Benjamin,+ għal erbgħin sena. 22  U wara li neħħieh,+ qajmilhom bħala sultan lil David,+ li dwaru xehed u qal, ‘Sibt lil David bin Ġesse,+ raġel għal qalbi,+ li jagħmel kulma nixtieq jien.’+ 23  Minn nisel+ dan ir-raġel, Alla, skond il-wegħda tiegħu, ġab lil Israel salvatur,+ li hu Ġesù 24  u li qabel il-wasla Tiegħu,+ Ġwanni+ kien ippriedka pubblikament lin-nies kollha taʼ Israel magħmudija b’simbolu taʼ l-indiema. 25  Imma waqt li Ġwanni kien qed iwettaq il-korsa tiegħu, kien jgħid, ‘X’qed taħsbu li jien? M’iniex hu. Imma, ara! Ġej wieħed warajja li ma jistħoqqlix inħoll is-sandli taʼ saqajh.’+ 26  “Irġiel, aħwa, ulied ir-razza t’Abraham u dawk fostkom li jibżgħu minn Alla, il-kelma taʼ din is-salvazzjoni ntbagħtet lilna.+ 27  Għax l-abitanti taʼ Ġerusalemm u l-ħakkiema tagħhom lil Dan m’għarfuhx,+ imma, meta aġixxew taʼ mħallfin, wettqu dak li lissnu l-Profeti,+ dak li jinqara b’leħen għoli kull Sabat, 28  u, għalkemm ma sabu ebda raġuni għalxiex joqtluh,+ talbu lil Pilatu biex jagħtih il-mewt.+ 29  Imbagħad, meta kienu wettqu kulma nkiteb dwaru,+ niżżluh minn fuq iz-zokk+ u qegħduh f’qabar tat-tifkira.+ 30  Imma Alla qajmu mill-imwiet;+ 31  u għal ħafna jiem deher lil dawk li kienu telgħu miegħu Ġerusalemm mill-Galilija, u li issa huma x-xhieda tiegħu quddiem il-bnedmin.+ 32  “Għalhekk, qed inxandrulkom l-aħbar tajba dwar il-wegħda li saret lil missirijietna+ 33  u li Alla wettaqha għalkollox lilna, uliedhom, billi rxoxta lil Ġesù;+ bħalma hu miktub fit-tieni salm, ‘Int ibni, illum jien sirt Missierek.’+ 34  U l-fatt li hu rxoxtah mill-imwiet biex qatt iktar ma jmur lura għat-taħsir stqarru b’dan il-mod, ‘Nagħtikom provi taʼ min joqgħod fuqhom tal-qalb tajba bl-imħabba murija lil David.’+ 35  Għaldaqstant jgħid ukoll f’salm ieħor, ‘Int ma tħallix lil-leali tiegħek jara t-taħsir.’+ 36  Għax, fil-ġenerazzjoni tiegħu, David+ qeda r-rieda t’Alla li kienet dikjarata b’mod ċar u raqad fil-mewt u tqiegħed maʼ missirijietu u ra t-taħsir.+ 37  Mill-banda l-oħra, dak li ġie mqajjem minn Alla ma rax it-taħsir.+ 38  “Għalhekk,  kunu  afu, l-aħwa, li permezz Tiegħu qed tixxandrilkom il-maħfra tad-dnubiet;+ 39  u li minn dak kollu li ma stajtux tiġu dikjarati bla ħtija permezz tal-liġi taʼ Mosè,+ kulmin jemmen jiġi dikjarat bla ħtija permezz Tiegħu.+ 40  Għalhekk, qisu li ma jiġix fuqkom dak li jintqal fil-Profeti, 41  ‘Araw, ja żeblieħa, u stagħġbu, u għibu, għax fi żmienkom qed nagħmel xi ħaġa li żgur ma temmnuhiex lanqas jekk xi ħadd jgħidhielkom bid-dettall.’”+ 42  Issa, meta kienu ħerġin, in-nies bdew jitolbuhom bil-ħrara biex dawn l-affarijiet jgħiduhomlhom is-Sabat taʼ wara.+ 43  Imbagħad, meta spiċċat l-assemblea tas-sinagoga, ħafna mil-Lhud u mill-proseliti* li kienu jqimu lil Alla marru wara Pawlu u Barnaba,+ li bdew ikellmuhom u jħeġġuhom+ biex jibqgħu denji tal-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla.+ 44  Is-Sabat taʼ wara kważi l-belt kollha nġabret flimkien biex tismaʼ l-kelma taʼ Ġeħova.+ 45  Meta l-Lhud lemħu lill-folol, imtlew bl-għira+ u bdew jidgħu u jmieru dak li kien qed jgħid Pawlu.+ 46  U għalhekk, bi qlubija, Pawlu u Barnaba qalulhom: “Kien meħtieġ li l-kelma t’Alla tintqal lilkom l-ewwel.+ Imma peress li qed twarrbuha minnkom+ u m’intomx tqisu ruħkom denji tal-ħajja taʼ dejjem, ara, aħna se nduru lejn il-ġnus.+ 47  Fil-fatt, Ġeħova ordnalna b’dan il-kliem, ‘Ħtartek bħala dawl tal-ġnus,+ biex tkun salvazzjoni sa tarf l-art.’”+ 48  Meta dawk li kienu mill-ġnus semgħu dan, bdew jifirħu u jigglorifikaw il-kelma taʼ Ġeħova,+ u dawk kollha li kellhom attitudni xierqa lejn il-ħajja taʼ dejjem emmnu.+ 49  Iktar minn hekk, il-kelma taʼ Ġeħova kompliet tixtered mal-pajjiż kollu.+ 50  Imma l-Lhud+ xewxu lill-kbarat tal-belt u lin-nisa rispettabbli li kienu jqimu lil Alla, u qajmu persekuzzjoni+ kontra Pawlu u Barnaba u keċċewhom ’il barra mill-fruntieri tagħhom. 51  Dawn farfru t-trab minn maʼ saqajhom kontrihom+ u marru Ikonju. 52  U d-dixxipli komplew jimtlew bil-ferħ+ u bl-ispirtu qaddis.

Noti taʼ taħt

Jew, “dawk li kkonvertew u saru Lhud.”