Atti 10:1-48

10  Issa f’Ċesarija kien hemm wieħed raġel jismu Kornelju, fizzjal taʼ l-​armata+ taʼ dak li kienu jgħidulu l-​korp Taljan,+  raġel devot+ li kellu l-​biżaʼ+ t’Alla, hu u n-​nies kollha taʼ daru. Kien jagħti ħafna għotjiet taʼ ħniena lin-​nies+ u kien kontinwament jitlob bil-​ħerqa lil Alla.+  Madwar id-​disaʼ siegħa* tal-​jum,+ kellu viżjoni+ li fiha ra b’mod ċar anġlu+ t’Alla dieħel għandu u jsejjaħlu: “Kornelju!”  Ir-raġel ħares fiss lejh u, maħkum mill-​biżaʼ, qallu: “Dan x’inhu, Mulej?” Qallu: “It-​talb+ u l-​għotjiet taʼ ħniena tiegħek telgħu bħala tifkira quddiem Alla.+  Għalhekk issa, ibgħat xi rġiel Ġaffa biex iġibu lil ċertu Xmun li jismu wkoll Pietru.  Dan ir-​raġel qed joqgħod għand ċertu Xmun, il-​konzatur, li għandu dar ħdejn il-​baħar.”+  Malli telaq l-​anġlu li kellmu, sejjaħ tnejn mill-​qaddejja taʼ daru u suldat devot minn fost dawk li kienu dejjem għas-​servizz tiegħu,+  u rrakkontalhom kollox u bagħathom Ġaffa.+  L-għada, waqt li kienu fi triqithom resqin lejn il-​belt, Pietru telaʼ fuq il-​bejt+ madwar is-​sitt siegħa* biex jitlob.+ 10  Imma qabdu ħafna ġuħ u ried jiekol. Waqt li kienu qed iħejju l-​ikel, intilef f’estasi+ 11  u ra s-​sema miftuħ+ u xi ħaġa nieżla qisha liżar kbir taʼ l-​għażel li kien qed jitniżżel fuq l-​art mill-​erbat itruf tiegħu. 12  Fih kien hemm kull xorta taʼ ħlejjaq b’erbaʼ saqajn u annimali li jitkaxkru taʼ l-​art u għasafar tas-​sema.+ 13  U ġie leħen li qallu: “Qum, Pietru, oqtol u kul!”+ 14  Imma Pietru qal: “Żgur li le, Mulej, għax jien qatt ma kilt xi ħaġa mniġġsa u mhux nadifa.”+ 15  U l-​leħen reġaʼ kellmu għat-​tieni darba: “Tibqax issejjaħ imniġġes+ dak li naddaf Alla.” 16  Dan seħħ għat-​tielet darba, u minnufih dik il-​ħaġa qisha liżar ittieħdet ’il fuq fis-​sema.+ 17  Issa, waqt li Pietru kien imħawwad għall-​aħħar fih innifsu dwar x’setgħet tfisser il-​viżjoni li kien ra, ara, l-​irġiel mibgħutin minn Kornelju kienu staqsew għad-​dar taʼ Xmun u kienu qegħdin ħdejn il-​bieb.+ 18  U għajtu u staqsew jekk Xmun li kien jismu wkoll Pietru kienx qed joqgħod hemmhekk. 19  Hekk kif Pietru kien għadu jitħasseb dwar il-​viżjoni, l-​ispirtu+ qallu: “Ara! Tlett irġiel qed ifittxuk. 20  Għaldaqstant qum, inżel isfel, u mur magħhom, u tiddubita xejn, għax jien bgħatthom.”+ 21  Għalhekk, Pietru niżel isfel ħdejn l-​irġiel u qalilhom: “Ara! Jien hu dak li qed tfittxu. Għala qegħdin preżenti hawnhekk?” 22  Qalulu: “Kornelju, fizzjal taʼ l-​armata, raġel sewwa li jibżaʼ minn Alla+ u li l-​ġens kollu tal-​Lhud jitkellem tajjeb+ dwaru, ngħata istruzzjonijiet divini minn anġlu qaddis biex jibgħat għalik ħa tiġi f’daru u jismaʼ x’għandek x’tgħid.” 23  Għalhekk, daħħalhom ġewwa u laqagħhom. L-għada qam u telaq magħhom, u xi aħwa minn Ġaffa marru miegħu. 24  Il-jum taʼ wara daħal Ċesarija. Naturalment, Kornelju kien qed jistenniehom u kien ġabar flimkien lil qrabatu u lil xi ħbieb tal-​qalb. 25  X’ħin kien dieħel Pietru, Kornelju mar jilqgħu u nxteħet f’riġlejh. 26  Imma Pietru qajmu u qallu: “Qum; jien bniedem ukoll.”+ 27  Hu u jitkellem miegħu daħal u sab ħafna nies miġburin, 28  u qalilhom: “Tafu tajjeb kemm hu kontra l-​liġi li Lhudi jissieħeb maʼ xi ħadd taʼ razza oħra+ jew jersaq lejh; iżda Alla wrieni li m’għandi nsejjaħ lil ebda bniedem imniġġes jew mhux nadif.+ 29  Għalhekk ġejt bla tlaqliq meta talbuni niġi. Issa nixtieq inkun naf għala bgħattu għalija.” 30  Imbagħad Kornelju qallu: “Erbat ijiem ilu, jekk tgħodd minn din is-​siegħa, kont qed nitlob f’dari fid-​disaʼ siegħa,+ meta, ara, waqaf quddiemi raġel bi lbies jiddi+ 31  u qalli, ‘Kornelju, it-​talba tiegħek intlaqgħet u Alla ftakar fl-​għotjiet tiegħek taʼ ħniena.+ 32  Għalhekk, ibgħat lil xi ħadd Ġaffa biex iġib lil Xmun, li jismu wkoll Pietru.+ Dan ir-​raġel qed joqgħod fid-​dar taʼ Xmun, il-​konzatur, ħdejn il-​baħar.’+ 33  Għaldaqstant, jien mill-​ewwel bgħatt għalik, u int għamilt sew li ġejt. U b’hekk issa ninsabu lkoll preżenti quddiem Alla biex nisimgħu kulma ordnalek tgħid Ġeħova.”+ 34  Għal dan, Pietru fetaħ fommu u qal: “Tassew qed nifhem li Alla mhux parzjali,+ 35  imma f’kull ġens min jibżaʼ minnu u jagħmel is-​sewwa hu aċċettat minnu.+ 36  Hu bagħat il-​kelma+ lil ulied Israel biex ixandrilhom l-​aħbar tajba tal-​paċi+ permezz taʼ Ġesù Kristu: Dan hu l-​Mulej taʼ kulħadd.+ 37  Intom tafu fuqiex kienu qed jitkellmu fil-​Lhudija kollha, ibda mill-​Galilija wara l-​magħmudija li ppriedka Ġwanni;+ 38  kif Alla dilek bl-​ispirtu qaddis+ u bil-​qawwa lil Ġesù, li kien minn Nazaret, u dan dar il-​pajjiż kollu jagħmel il-​ġid u jfejjaq lil dawk kollha maħqurin mix-​Xitan,+ għax Alla kien miegħu.+ 39  U aħna xhieda taʼ kulma għamel kemm fil-​pajjiż tal-​Lhud u kemm f’Ġerusalemm; imma huma qatluh billi dendluh maʼ zokk.+ 40  Lil Dan, Alla qajmu fit-​tielet jum u ma ppermettilux jidher+ 41  lil kulħadd, imma lil xhieda li Alla ħatar minn qabel,+ lilna li kilna u xrobna miegħu+ wara l-​qawmien tiegħu mill-​imwiet. 42  Ukoll, ordnalna nippridkaw+ lin-​nies u nagħtu xiehda bir-​reqqa li kien Hu li nħatar minn Alla biex ikun imħallef tal-​ħajjin u tal-​mejtin.+ 43  Dwaru jixhdu l-​profeti kollha,+ li kulmin ipoġġi l-​fidi fih jaqlaʼ l-​maħfra taʼ dnubietu permezz taʼ ismu.”+ 44  Waqt li Pietru kien għadu qed jgħid dan, niżel l-​ispirtu qaddis fuq dawk kollha li kienu qed jisimgħu l-​kelma.+ 45  U stagħġbu l-​irġiel leali li kienu ġew maʼ Pietru u li kienu miċ-​ċirkonċiżi, għax l-​ispirtu qaddis, l-​għotja b’xejn, kien qed jitferraʼ wkoll fuq in-​nies tal-​ġnus.+ 46  Għax semgħuhom jitkellmu bl-​ilsna u jfaħħru lil Alla bil-​kbir.+ Imbagħad Pietru qal: 47  “Jistaʼ xi ħadd iċaħħad lil dawn milli jitgħammdu bl-​ilma+ la rċivew l-​ispirtu qaddis saħansitra bħalna?” 48  B’dan ordnalhom jitgħammdu f’isem Ġesù Kristu.+ Imbagħad talbuh jibqaʼ magħhom għal ftit jiem.

Noti taʼ taħt

Madwar it-​3 p.m., tibda tgħodd minn tlugħ ix-​xemx. F’vers 30 ukoll.
Madwar nofsinhar, tibda tgħodd minn tlugħ ix-​xemx.