Atti 1:1-26

1  Fl-ewwel rakkont, O Teofilu,+ jien ktibt dwar dak kollu li Ġesù beda jagħmel u jgħallem,+  sa dakinhar li ttieħed fis-​sema,+ wara li kien ta kmand permezz taʼ l-​ispirtu qaddis lill-​appostli li kien għażel.+  Lil dawn ukoll, permezz taʼ ħafna provi pożittivi, dehrilhom ħaj wara li kien bata;+ u matul erbgħin jum rawh u kellimhom fuq affarijiet dwar is-​saltna t’Alla.+  U fil-​laqgħat tiegħu magħhom ordnalhom: “Titilqux minn Ġerusalemm,+ imma ibqgħu stennew dak li wiegħed il-​Missier+ u li smajtu dwaru mingħandi;  għax, tabilħaqq, Ġwanni għammed bl-​ilma, imma intom titgħammdu bl-​ispirtu qaddis+ fi ftit jiem oħra.”  Issa, meta nġemgħu flimkien, bdew jistaqsuh: “Mulej, f’dan iż-​żmien se terġaʼ tistabbilixxi s-​saltna+ taʼ Israel?”  Qalilhom: “Mhux għalikom li tkunu tafu ż-​żminijiet jew l-​istaġuni+ li l-​Missier biss għandu l-​awtorità fuqhom;+  imma meta l-​ispirtu qaddis jiġi fuqkom tirċievu qawwa+ u tkunu xhieda tiegħi+ f’Ġerusalemm+ u fil-​Lhudija kollha u fis-​Samarija+ u sa l-​iktar parti mbiegħda taʼ l-​art.”+  U wara li qal dan, waqt li kienu qed iħarsu lejh, intrefaʼ ’l fuq+ u sħaba ħaditu minn quddiem għajnejhom.+ 10  U kif kienu qed iħarsu fiss lejn is-​sema waqt li kien tielaʼ,+ ara, waqfu ħdejhom żewġt irġiel lebsin l-​abjad,+ 11  u dawn qalulhom: “Irġiel tal-​Galilija, għala qegħdin weqfin tħarsu lejn is-​sema? Dan Ġesù li ttieħed mingħandkom fis-​sema hekk għad jiġi, bl-​istess mod+ bħalma rajtuh sejjer fis-​sema.” 12  Imbagħad reġgħu lura+ Ġerusalemm mill-​muntanja msejħa l-​Muntanja taż-​Żebbuġ, li hi qrib Ġerusalemm, daqs mixja taʼ jum is-​Sabat* ’il bogħod.*+ 13  U meta daħlu, telgħu fil-​kamra taʼ fuq,+ fejn kienu qed joqogħdu, Pietru kif ukoll Ġwanni u Ġakbu u Indrì, Filippu u Tumas, Bartilmew u Mattew, Ġakbu bin Alfew u Xmun iż-​żeluż, u Ġuda bin Ġakbu.+ 14  B’fehma waħda dawn kollha kienu jippersistu fit-​talb+ flimkien maʼ xi nisa+ u maʼ Marija omm Ġesù u maʼ ħutu.+ 15  Issa, matul dawn il-​jiem, qam Pietru f’nofs l-​aħwa u qal (il-folla tan-​nies b’kollox kienet madwar mija u għoxrin): 16  “Irġiel, aħwa, kien meħtieġ li titwettaq l-​iskrittura,+ li l-​ispirtu qaddis+ qal minn qabel b’fomm David dwar Ġuda,+ li kien il-​gwida taʼ dawk li arrestaw lil Ġesù,+ 17  għax hu kien magħdud magħna+ u kellu sehem f’dan il-​ministeru.+ 18  (Issa, dan ir-​raġel xtara+ għalqa mill-​qligħ inġust,+ u ntefaʼ għal rasu,+ u b’ħoss kbir infaqaʼ minn nofsu u ħarġu msarnu kollha. 19  Dan sar ukoll magħruf mill-​abitanti kollha taʼ Ġerusalemm, u b’hekk, bil-​lingwa tagħhom, din l-​għalqa bdiet tissejjaħ Akeldama, jiġifieri, Għalqa tad-​Demm.) 20  Għax fil-​ktieb tas-​Salmi hu miktub, ‘Ħa jsir ħerba l-​post fejn jgħammar, u ħalli ħadd ma jgħammar fih,’+ u, ‘Il-​kariga tiegħu taʼ indokrar ħa jiħodha ħaddieħor.’+ 21  Għalhekk, hemm bżonn li minn fost l-​irġiel li ngħaqdu magħna matul iż-​żmien kollu li fih il-​Mulej Ġesù kien jidħol u joħroġ magħna,+ 22  minn meta għammdu Ġwanni+ sa dakinhar li ttieħed minn magħna fis-​sema,+ wieħed minn dawn l-​irġiel isir xhud magħna taʼ l-​irxoxt tiegħu.”+ 23  Għalhekk, ressqu tnejn, Ġużeppi li jgħidulu Barsabba, li kien jismu wkoll Ġustu, u Mattija. 24  U talbu u qalu: “O Ġeħova, int li taf qalb kulħadd,+ urina lil min għażilt minn dawn iż-​żewġt irġiel, 25  biex jieħu l-​post taʼ dan il-​ministeru u l-​appostolat+ li Ġuda warrab minnu biex imur f’postu.” 26  Għalhekk, tefgħu x-​xorti,+ u x-​xorti waqgħet fuq Mattija; u kien meqjus mal-​ħdax-il appostlu.+

Noti taʼ taħt

Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.
Din id-​distanza kienet taʼ madwar 2,000 kubitu (890 metru). Qabbel Ġoż 3:4.