Neħemija 9:1-38

9  U fl-​erbgħa u għoxrin jum taʼ dan ix-​xahar+ ulied Israel inġabru flimkien biex isumu,+ lebsin ilbies taʼ l-​ixkora+ u bit-​trab+ fuq rashom.  U dawk taʼ nisel Israel infirdu+ minn mal-​barranin kollha,+ u qagħdu bil-​wieqfa u stqarrew+ dnubiethom+ u l-​iżbalji taʼ missirijiethom.+  Imbagħad qagħdu weqfin+ fejn kienu u qraw b’leħen għoli mill-​ktieb tal-​liġi+ taʼ Ġeħova Alla tagħhom għal kwart tal-​ġurnata;+ u għal kwart minnha stqarrew+ u mielu quddiem Ġeħova Alla tagħhom.+  U Ġeswa u Bani, Kadmijel, Sebanija, Bunni, Serebija,+ Bani, u Kenani qamu fuq il-​pjattaforma+ tal-​Leviti u għajtu b’leħen għoli+ lil Ġeħova Alla tagħhom.  U l-​Leviti Ġeswa u Kadmijel, Bani, Ħasabneja, Serebija, Ħodija, Sebanija, u Petaħija qalu: “Qumu, bierku+ lil Ġeħova Alla tagħkom minn dejjem għal dejjem.+ U ħa jbierku l-​isem glorjuż tiegħek,+ li hu ogħla minn kull barka u tifħir.  “Int biss Ġeħova;+ int innifsek għamilt is-​smewwiet,+ iva, is-​sema tas-​smewwiet, u l-​armata kollha tagħhom,+ l-​art+ u kulma hemm fuqha,+ l-​ibħra+ u kulma fihom;+ u int qed iżżommhom kollha ħajjin; u l-​armata+ tas-​smewwiet qed tmil quddiemek.  Int Ġeħova l-​Alla l-​veru, li għażilt lil Abram+ u ħriġtu minn Ur tal-​Kaldin+ u semmejtu Abraham.+  U f’qalbu int sibt il-​fedeltà lejk;+ u għalhekk intrabatt b’patt+ miegħu biex tagħtih l-​art tal-​Kangħanin, il-​Ħittin, l-​Amurrin u l-​Pereżin u l-​Ġebusin u l-​Girgasin, biex tagħtiha lil nislu;+ u wettaqt kliemek, għaliex int ġust.+  “U int rajt+ is-​sofferenza taʼ missirijietna fl-​Eġittu, u smajt l-​għajta tagħhom ħdejn il-​Baħar l-​Aħmar.+ 10  Imbagħad tajt sinjali u mirakli kontra l-​Fargħun u l-​qaddejja kollha tiegħu u n-​nies kollha t’artu,+ għax int kont taf li huma aġixxew bil-​prużunzjoni+ kontrihom; u għamilt isem+ għalik bħalma hu llum. 11  U l-​baħar fraqtu+ quddiemhom, u b’hekk huma qasmu għan-​naħa l-​oħra minn nofs il-​baħar fuq art niexfa;+ u lil dawk li ġrew warajhom xħetthom fil-​fond+ bħal ġebla+ fl-​ilmijiet qawwijin.+ 12  U bi nhar mexxejthom permezz taʼ kolonna tas-​sħab,+ u bil-​lejl permezz taʼ kolonna tan-​nar,+ biex iddawlilhom+ it-​triq minfejn kellhom jgħaddu. 13  U nżilt fuq il-​Muntanja Sinaj+ u kellimthom mis-​sema+ u tajthom deċiżjonijiet ġudizzjarji retti+ u liġijiet taʼ verità,+ regolamenti+ u kmandamenti tajbin.+ 14  U għarrafthom is-​Sabat*+ qaddis tiegħek, u kkmandajthom kmandamenti u regolamenti u liġi permezz taʼ Mosè l-​qaddej tiegħek.+ 15  U tajthom ħobż mis-​sema biex ma jkunux bil-​ġuħ,+ u ħriġtilhom ilmijiet mill-​blat biex ma jkunux bil-​għatx,+ u għedtilhom jidħlu+ u jieħdu f’idejhom l-​art li int kont għollejt idek b’ħalfa li tagħtihielhom.+ 16  “U huma, iva, missirijietna, aġixxew bil-​prużunzjoni+ u webbsu rashom,*+ u ma semgħux mill-​kmandamenti tiegħek. 17  Għalhekk, ma ridux jisimgħu,+ u ma ftakrux+ fl-​atti taʼ l-​għaġeb tiegħek li int wettaqt għalihom, imma webbsu rashom+ u ħatru kap+ biex imorru lura lejn il-​jasar tagħhom fl-​Eġittu. Imma int Alla t’atti taʼ maħfra,+ grazzjuż+ u mimli ħniena,+ bil-​mod biex tirrabja+ u għani+ fil-​qalb tajba bl-​imħabba, u ma tlaqthomx.+ 18  Iva, meta għamlu għalihom statwa t’għoġol+ minn metall imdewweb u bdew jgħidu, ‘Dan hu Alla tiegħek li tellgħek mill-​Eġittu,’+ u mbagħad wettqu atti kbar taʼ nuqqas taʼ rispett, 19  int, iva, int, fil-​ħniena abbundanti tiegħek ma rħejthomx+ fix-​xagħri. Il-​kolonna tas-​sħab ma telqitx minn fuqhom bi nhar biex tmexxihom fit-​triq,+ lanqas il-​kolonna tan-​nar bil-​lejl biex iddawlilhom it-​triq minfejn kellhom jgħaddu.+ 20  U tajthom l-​ispirtu tajjeb tiegħek+ biex tagħmilhom għaqlin, u l-​manna tiegħek ma żammejthiex lura minn ħalqhom,+ u tajthom l-​ilma biex ma jkunux bil-​għatx.+ 21  U għal erbgħin+ sena pprovdejtilhom l-​ikel fix-​xagħri. Ma kien jonqoshom xejn.+ Lanqas ilbieshom ma qdiem,+ u saqajhom ma ntefħulhomx.+ 22  “U tajthom saltniet+ u popli, u qassamthomlhom biċċa biċċa;+ u b’hekk ħadu f’idejhom l-​art taʼ Siħon,+ iva, l-​art tas-​sultan taʼ Ħesbon,+ u l-​art t’Għog+ is-​sultan tal-​Basan.+ 23  U lil uliedhom għamilthom ħafna daqs il-​kwiekeb tas-​smewwiet.+ Imbagħad daħħalthom fl-​art+ li kont wegħedt lil missirijiethom+ sabiex jidħlu u jiħduha f’idejhom. 24  Għalhekk, uliedhom+ daħlu u ħadu f’idejhom l-​art,+ u int rażżant+ quddiemhom lill-​abitanti tal-​pajjiż, il-​Kangħanin,+ u tajthomlhom f’idejhom, saħansitra lis-​slaten tagħhom+ u lin-​nies tal-​pajjiż,+ biex jagħmlu bihom li jridu.+ 25  U huma rebħu bliet fortifikati+ u ħamrija għammiela+ u ħadu f’idejhom djar mimlijin b’kull tip t’affarijiet tajbin,+ ġwiebi mħaffrin,+ għelieqi tad-​dwieli u msaġar taż-​żebbuġ+ u siġar għall-​ikel bl-​abbundanza, u bdew jieklu u jixbgħu+ u jeħxienu+ u jkunu fil-​lussu bit-​tjubija kbira tiegħek.+ 26  “Madankollu, saru diżubbidjenti+ u rribellaw kontrik+ u baqgħu jitfgħu l-​liġi tiegħek wara daharhom,+ u lill-​profeti tiegħek stess qatluhom,+ dawk li xehdu kontrihom biex ireġġgħuhom lura lejk;+ u huma baqgħu jwettqu atti taʼ nuqqas kbir taʼ rispett.+ 27  Għal dan, int tajthom f’id l-​avversarji tagħhom,+ li baqgħu jnikktuhom;+ imma fi żmien in-​niket tagħhom huma kienu jgħajtulek,+ u int kont tismaʼ mis-​smewwiet;+ u fi qbil mal-​ħniena abbundanti tiegħek+ kont tagħtihom salvaturi+ li kienu jsalvawhom minn id l-​avversarji tagħhom.+ 28  “Imma malli jkunu straħu, kienu jerġgħu jagħmlu dak li hu ħażin quddiemek,+ u int kont titlaqhom f’idejn l-​għedewwa tagħhom, li kienu jgħaffġuhom taħt saqajhom.+ Imbagħad kienu jerġgħu lura u jgħajtulek għall-​għajnuna,+ u int kont tismaʼ mis-​smewwiet+ u teħlishom fi qbil mal-​ħniena abbundanti tiegħek, darba wara l-​oħra.+ 29  Għalkemm kont tixhed+ kontrihom biex treġġagħhom lura lejn il-​liġi tiegħek,+ huma aġixxew bil-​prużunzjoni+ u ma semgħux mill-​kmandamenti tiegħek; u dinbu+ kontra d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek,+ li jekk bniedem iħarishom jgħix permezz tagħhom.+ U huma baqgħu jagħtuk daharhom,*+ u webbsu rashom,+ u ma semgħux.+ 30  Imma int issaportejthom għal bosta snin+ u bqajt tixhed+ kontrihom bl-​ispirtu tiegħek permezz tal-​profeti tiegħek, u huma ma tawx widen.+ Fl-​aħħarnett, int tajthom f’idejn in-​nies tal-​pajjiżi.+ 31  U fil-​ħniena abbundanti tiegħek ma qridthomx għalkollox+ u ma tlaqthomx;+ għax int Alla grazzjuż+ u mimli ħniena.+ 32  “U issa, O Alla tagħna, l-​Alla kbir,+ setgħan+ u li jqanqal il-​biżaʼ,+ li jħares il-​patt+ u l-​qalb tajba bl-​imħabba,+ tħallix li t-​tbatija kollha li ġiet fuqna,+ fuq is-​slaten tagħna,+ il-​prinċpijiet tagħna+ u l-​qassisin tagħna+ u l-​profeti tagħna+ u missirijietna+ u l-​poplu kollu tiegħek minn żmien is-​slaten taʼ l-​Assirja sa llum,+ tidher żgħira quddiemek.+ 33  U int ġust+ f’dak kollu li ġie fuqna, għax aġixxejt fedelment,+ imma aħna konna li għamilna affarijiet mill-​agħar.+ 34  Inkwantu għas-​slaten tagħna, il-​prinċpijiet tagħna, il-​qassisin tagħna u missirijietna,+ huma ma wettqux il-​liġi tiegħek,+ u ma qagħdux attenti għall-​kmandamenti+ u t-​testimonjanzi* tiegħek li permezz tagħhom xhedt+ kontrihom. 35  U huma—matul saltnathom+ u fost l-​affarijiet tajbin u abbundanti+ li tajthom u fl-​art wiesgħa u għammiela+ li għamilt disponibbli għalihom, ma qdewkx+ u ma darux lura mill-​għemejjel ħżiena tagħhom.+ 36  Ara! Illum aħna lsiera;+ u l-​art li int tajt lil missirijietna biex jieklu frottha u l-​affarijiet tajbin tagħha, ara, aħna lsiera fiha,+ 37  u l-​prodott tagħha huwa kotran+ għas-​slaten+ li int qegħedtilna fuqna minħabba dnubietna,+ u qed jaħkmu fuq ġisimna u fuq l-​annimali domestiċi tagħna, kif jogħġobhom, u aħna għandna niket kbir.+ 38  “Għalhekk, wara dan kollu, aħna qed nintrabtu b’arranġament taʼ min jafdah,+ li hu kemm miktub kif ukoll affermat permezz tas-​siġill+ tal-​prinċpijiet tagħna, tal-​Leviti tagħna u tal-​qassisin tagħna.”+

Noti taʼ taħt

Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “għonqhom.”
Letteralment, “jagħtu spalla stinata.”
Jew, “it-​tfakkiriet.”