Neħemija 8:1-18

8  U l-​poplu kollu nġabar bħal bniedem wieħed+ fil-​pjazza+ taʼ quddiem Bieb l-​Ilma.+ U qalu lil Esdra+ l-​kopista biex iġib il-​ktieb+ tal-​liġi taʼ Mosè,+ li Ġeħova kien ta bi kmand lil Israel.+  Għaldaqstant, Esdra l-​qassis+ ġab il-​liġi quddiem il-​kongregazzjoni+ taʼ rġiel kif ukoll nisa u dawk kollha intelliġenti biżżejjed biex jisimgħu,+ fl-​ewwel jum tas-​sebaʼ xahar.+  U hu kompla jaqra+ minnha b’leħen għoli quddiem il-​pjazza taʼ quddiem Bieb l-​Ilma, minn kif sebaħ+ sa nofsinhar, quddiem l-​irġiel u n-​nisa u l-​uħud intelliġenti l-​oħrajn; u widnejn+ il-​poplu kollu kienu attenti+ għall-​ktieb tal-​liġi.  U Esdra l-​kopista baqaʼ bil-​wieqfa fuq palk taʼ l-​injam,+ li kienu għamlu għall-​okkażjoni; u bil-​wieqfa maġenbu fuq il-​leminija tiegħu kien hemm Mattitija, Sema, Għanaja, Urija, Ħilkija, u Magħseja, u fuq ix-​xellugija tiegħu Pedaja, Misael, Malkija,+ Ħasum,+ Ħas-baddana, Żakkarija, u Mesullam.  U Esdra fetaħ+ il-​ktieb quddiem għajnejn il-​poplu kollu, għax hu kien ’il fuq mill-​poplu kollu; u malli fetħu l-​poplu kollu qam bil-​wieqfa.+  Imbagħad Esdra bierek lil Ġeħova,+ l-​Alla l-​veru u l-​kbir, u l-​poplu kollu wieġeb, “Amen! Amen!”+ u kulħadd għolla idejh.+ Imbagħad mielu+ u nxteħtu fl-​art quddiem Ġeħova wiċċhom maʼ l-​art.+  U Ġeswa u Bani u Serebija,+ Ġamin, Għakkub, Sabbetaj, Ħodija, Magħseja, Kelita, Għażarija, Ġożabad,+ Ħanan, u Pelaja,+ il-​Leviti, kienu qed jispjegaw il-​liġi lill-​poplu,+ waqt li l-​poplu kien bil-​wieqfa.+  U komplew jaqraw+ b’leħen għoli mill-​ktieb, mil-​liġi taʼ l-​Alla l-​veru, u din ġiet spjegata sew, u mfissra; u komplew ifiehmu l-​qari.+  U Neħemija,+ jiġifieri, it-​Tirsata,*+ u Esdra+ l-​qassis, il-​kopista, u l-​Leviti li kienu qed jistruwixxu lill-​poplu qalu lill-​poplu kollu: “Dan il-​jum hu qaddis għal Ġeħova Alla tagħkom.+ Tkunux imnikktin jew tibku.”+ Għax in-​nies kollha bdew jibku waqt li kienu qed jisimgħu l-​kliem tal-​liġi.+ 10  U qalilhom: “Morru, kulu ikel rikk u ixorbu affarijiet ħelwin, u ibagħtu porzjonijiet+ lil dak li m’għandu xejn imħejji; għax dan il-​jum hu qaddis għall-​Mulej tagħna, u tħossukomx imweġġgħin, għax il-​ferħ taʼ Ġeħova hu l-​fortizza tagħkom.” 11  U l-​Leviti kienu qed isikktu lill-​poplu kollu, u jgħidulhom: “Oqogħdu kwieti! Għax dan il-​jum hu qaddis; u tħossukomx imweġġgħin.” 12  Għalhekk, il-​poplu kollu telaq jiekol u jixrob u bagħat il-​porzjonijiet+ u baqaʼ jifraħ bil-​kbir,+ għax kien fehem il-​kliem li ġie mgħarraf lilu.+ 13  U fit-​tieni jum il-​kapijiet taʼ missirijiet il-​poplu kollu, il-​qassisin u l-​Leviti, inġabru ħdejn Esdra l-​kopista, biex jiksbu d-​dehen fi kliem il-​liġi.+ 14  Imbagħad sabu miktub fil-​liġi li Ġeħova kien ikkmanda permezz taʼ Mosè+ illi wlied Israel għandhom jgħammru fl-​għerejjex+ matul il-​festa fis-​sebaʼ xahar,+ 15  u li għandhom jagħmlu proklamazzjoni+ u jxandru fil-​bliet kollha tagħhom u f’Ġerusalemm,+ billi jgħidu: “Oħorġu lejn ir-​reġjun muntanjuż+ u ġibu l-​weraq taż-​żebbuġ+ u l-​weraq tas-​siġar taż-​żejt u l-​weraq tar-​riħan u l-​weraq tal-​palm u l-​weraq taʼ siġar bil-​friegħi biex tagħmlu l-​għerejjex, skond ma hu miktub.” 16  U n-​nies ħarġu u ġabuhom u għamlu l-​għerejjex għalihom, kull wieħed fuq il-​bejt tiegħu+ u fil-​btieħi tagħhom u fil-​btieħi+ tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru u fil-​pjazza+ taʼ Bieb l-​Ilma+ u fil-​pjazza taʼ Bieb Efrajm.+ 17  B’hekk, il-​kongregazzjoni kollha taʼ dawk li kienu ġew lura mill-​jasar għamlet għerejjex u bdiet tgħammar fl-​għerejjex; għax ulied Israel ma kinux għamlu l-​festa b’dan il-​mod minn żmien Ġożwè bin Nun+ sa dakinhar, u għalhekk kien hemm ferħ kbir ħafna.+ 18  U kien hemm qari b’leħen għoli tal-​ktieb tal-​liġi taʼ l-​Alla l-​veru jum wara jum,+ mill-​ewwel jum sa l-​aħħar jum; u huma baqgħu jiċċelebraw il-​festa sebat ijiem, u fit-​tmien jum kien hemm assemblea solenni, skond ir-​regola.+

Noti taʼ taħt

Ara Esd 2:63, in-​nota taʼ taħt.