Neħemija 7:1-73

7  U ġara li, malli s-​sur kien inbena mill-​ġdid,+ jien minnufih waħħalt il-​bibien.+ Imbagħad inħatru l-​għassiesa tal-​bibien+ u l-​għannejja+ u l-​Leviti.+  U biex imexxu f’Ġerusalemm jien inkarigajt lil ħija Ħanani+ u lil Ħananija l-​prinċep tal-​Kastell,+ għax tassew kien bniedem li tistaʼ tafdah+ u kien jibżaʼ+ mill-​Alla l-​veru iktar minn ħafna oħrajn.  Għalhekk, jien għedtilhom: “Il-​bibien+ taʼ Ġerusalemm m’għandhomx jinfetħu qabel ix-​xemx tkun taħraq; u waqt li l-​għassiesa tal-​bibien ikunu weqfin fil-​qrib għandhom jagħlqu l-​bibien u jsakkruhom bil-​firrolli.+ U ħa jitqiegħdu għassiesa għall-​abitanti taʼ Ġerusalemm, kull wieħed fil-​post taʼ l-​għassa tiegħu u kull wieħed quddiem daru.”+  Issa l-​belt kienet wiesgħa u kbira, u ftit kien hemm nies fiha,+ u ma kienx hemm djar mibnijin.  Imma Alla tiegħi qegħedli f’qalbi+ li niġbor flimkien lin-​nobbli u lill-​ħakkiema deputati u lin-​nies biex jirreġistraw ruħhom fil-​linja ġenealoġika.+ Imbagħad sibt il-​ktieb tar-​reġistrazzjoni+ tal-​linja ġenealoġika taʼ dawk li telgħu l-​ewwel darba, u sibt miktub fih:  Dawn huma wlied il-​provinċja+ li telgħu mill-​jasar tal-​poplu eżiljat,+ li Nebukadnessar,+ is-​sultan taʼ Babilonja, kien ħa fl-​eżilju+ u li iktar tard marru lura lejn Ġerusalemm u Ġuda, kull wieħed lejn beltu;+  dawk li ġew maʼ Żerubbabel,+ Ġeswa,+ Neħemija, Għażarija,* Ragħmija,* Naħamani, Mordekaj,+ Bilsan, Misferet,* Bigwaj, Neħum,* Bagħnah. L-għadd taʼ l-​irġiel tal-​poplu taʼ Israel:  Ulied Pargħos,+ elfejn, mija u tnejn u sebgħin;  ulied Sefatija,+ tliet mija u tnejn u sebgħin; 10  ulied Araħ,+ sitt mija u tnejn u ħamsin; 11  ulied Paħat-mowab,+ minn ulied Ġeswa u Ġowab,+ elfejn, tmien mija u tmintax; 12  ulied Għelam,+ elf, mitejn u erbgħa u ħamsin; 13  ulied Żattu,+ tmien mija u ħamsa u erbgħin; 14  ulied Żakkaj,+ sebaʼ mija u sittin; 15  ulied Binnuwi,+ sitt mija u tmienja u erbgħin; 16  ulied Bebaj,+ sitt mija u tmienja u għoxrin; 17  ulied Għażgad,+ elfejn, tliet mija u tnejn u għoxrin; 18  ulied Adonikam,+ sitt mija u sebgħa u sittin; 19  ulied Bigwaj,+ elfejn u sebgħa u sittin; 20  ulied Għadin,+ sitt mija u ħamsa u ħamsin; 21  ulied Ater,+ minn dar Ħeżekija, tmienja u disgħin; 22  ulied Ħasum,+ tliet mija u tmienja u għoxrin; 23  ulied Bezaj,+ tliet mija u erbgħa u għoxrin; 24  ulied Ħarif,+ mija u tnax; 25  ulied Gibegħon,+ ħamsa u disgħin; 26  l-irġiel taʼ Betlehem+ u Netofa,+ mija u tmienja u tmenin; 27  l-irġiel t’Għanatot,+ mija u tmienja u għoxrin; 28  l-irġiel taʼ Bet-għażmawet,+ tnejn u erbgħin; 29  l-irġiel taʼ Kirjat-ġegħarim,+ Kefira,+ u Birot,+ sebaʼ mija u tlieta u erbgħin; 30  l-irġiel taʼ Rama+ u Geba,+ sitt mija u wieħed u għoxrin; 31  l-irġiel taʼ Mikmas,+ mija u tnejn u għoxrin; 32  l-irġiel taʼ Betel+ u Għaj,+ mija u tlieta u għoxrin; 33  l-irġiel taʼ Nebo+ l-​oħra, tnejn u ħamsin; 34  ulied Għelam l-​ieħor,+ elf, mitejn u erbgħa u ħamsin; 35  ulied Ħarim,+ tliet mija u għoxrin; 36  ulied Ġeriko,+ tliet mija u ħamsa u erbgħin; 37  ulied Lod,+ Ħadid,+ u Ono,+ sebaʼ mija u wieħed u għoxrin; 38  ulied Senagħa,+ tlett elef, disaʼ mija u tletin. 39  Il-qassisin: Ulied Ġedaja+ minn dar Ġeswa, disaʼ mija u tlieta u sebgħin; 40  ulied Immer,+ elf u tnejn u ħamsin; 41  ulied Pasħur,+ elf, mitejn u sebgħa u erbgħin; 42  ulied Ħarim,+ elf u sbatax. 43  Il-Leviti: Ulied Ġeswa, minn dar Kadmijel,+ minn ulied Ħodewa,+ erbgħa u sebgħin. 44  L-għannejja,+ ulied Asaf,+ mija u tmienja u erbgħin. 45  L-għassiesa tal-​bibien,+ ulied Sallum,+ ulied Ater, ulied Talmon,+ ulied Għakkub,+ ulied Ħatita, ulied Sobaj,+ mija u tmienja u tletin. 46  In-Netinin:*+ Ulied Siħa, ulied Ħasufa, ulied Tabbagħot,+ 47  ulied Keros, ulied Sigħa,* ulied Padon,+ 48  ulied Lebana, ulied Ħagaba,+ ulied Salmaj, 49  ulied Ħanan,+ ulied Giddel, ulied Gaħar, 50  ulied Regħaja,+ ulied Resin,+ ulied Nekoda, 51  ulied Gażżam, ulied Użża, ulied Pasegħa, 52  ulied Besaj,+ ulied Megħunim, ulied Nefusesim,*+ 53  ulied Bakbuk, ulied Ħakufa, ulied Ħarħur,+ 54  ulied Baslit,* ulied Meħida, ulied Ħarsa,+ 55  ulied Barkos, ulied Sisera, ulied Tamaħ,+ 56  ulied Nesija, ulied Ħatifa.+ 57  Ulied il-​qaddejja taʼ Salamun:+ Ulied Sotaj, ulied Soferet, ulied Perida,*+ 58  ulied Ġagħla, ulied Darkon, ulied Giddel,+ 59  ulied Sefatija, ulied Ħattil, ulied Pokeret-ħassebajim, ulied Amon.*+ 60  In-Netinin+ u wlied il-​qaddejja taʼ Salamun kollha kienu tliet mija u tnejn u disgħin. 61  U dawn kienu li telgħu minn Tel-melaħ, Tel-ħarsa, Kerub, Addon u Immer,+ u ma setgħux jgħidu liema kienet dar missirijiethom u l-​oriġini tagħhom, jekk kinux minn Israel: 62  ulied Delaja, ulied Tobija, ulied Nekoda,+ sitt mija u tnejn u erbgħin. 63  U mill-​qassisin:+ ulied Ħabaja, ulied Ħakkos,+ ulied Barżillaj,+ li ħa b’martu waħda mill-​bniet taʼ Barżillaj,+ il-​Gilegħadi, u beda jissejjaħ b’isimhom. 64  Dawn kienu li fittxew ir-​reġistru tagħhom, biex jistabbilixxu pubblikament il-​ġenealoġija tagħhom, imma ma nstabx,+ u għalhekk kienu meqjusin bħala mniġġsin u ma setgħux ikunu qassisin.+ 65  Għaldaqstant, it-​Tirsata*+ qalilhom li m’għandhomx jieklu+ mill-​affarijiet l-​iktar imqaddsin sakemm ikun hemm qassis bl-​Urim+ u t-​Tummim.+ 66  Il-kongregazzjoni kollha bħala ġemgħa kienet tgħodd tnejn u erbgħin elf, tliet mija u sittin ruħ,+ 67  minbarra l-​ilsiera tagħhom+ irġiel u nisa, li kienu sebat elef, tliet mija u sebgħa u tletin ruħ;+ u kellhom mitejn u ħamsa u erbgħin għannej, irġiel+ u nisa.+ 68  Żwiemel kellhom sebaʼ mija u sitta u tletin, u bgħula mitejn u ħamsa u erbgħin.+ 69  Iġmla kellhom erbaʼ mija u ħamsa u tletin. Ħmir+ kellhom sitt elef, sebaʼ mija u għoxrin.+ 70  U kien hemm xi wħud mill-​kapijiet+ tal-​familji min-​naħa tal-​missier+ li taw għotjiet għax-​xogħol.+ It-​Tirsata+ ta lit-​teżor elf drakma* tad-​deheb, ħamsin skutella, u ħames mija u tletin libsa twila tal-​qassisin.+ 71  U kien hemm xi wħud mill-​kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier li għax-​xogħol taw lit-​teżor għoxrin elf drakma tad-​deheb u elfejn u mitejn mina fidda.+ 72  U l-​bqija tan-​nies taw għoxrin elf drakma tad-​deheb u elfejn mina fidda u sebgħa u sittin libsa twila tal-​qassisin. 73  U l-​qassisin+ u l-​Leviti u l-​għassiesa tal-​bibien u l-​għannejja+ u xi wħud mill-​poplu u n-​Netinin+ u Israel kollu marru joqogħdu fi bliethom.+ Għalhekk, meta wasal is-​sebaʼ xahar,+ ulied Israel kienu fi bliethom.+

Noti taʼ taħt

“Seraja” f’Esd 2:2.
“Regħlaja” f’Esd 2:2.
“Mispar” f’Esd 2:2.
“Reħum” f’Esd 2:2.
Jew, “L-​ilsiera tat-​tempju.” Letteralment, “L-​uħud mogħtijin.” Qabbel Nu 3:9, in-​nota taʼ taħt.
“Sigħaħa” f’Esd 2:44.
“Nefusim” f’Esd 2:50.
“Baslut” f’Esd 2:52.
“Peruda” f’Esd 2:55.
“Ami” f’Esd 2:57.
Ara Esd 2:63, in-​nota taʼ taħt.
Ara Esd 2:69, in-​nota taʼ taħt.