Neħemija 6:1-19

6  Issa ġara li, malli ntqal lil Sanballat+ u Tobija+ u lil Gesem+ l-​Għarbi+ u lill-​bqija taʼ l-​għedewwa tagħna li jien kont bnejt is-​sur mill-​ġdid+ u ma kinitx tħalliet tiċrita waħda fih (għalkemm sa dak iż-​żmien kont għadni ma waħħaltx il-​bibien+ fid-​daħliet),+  Sanballat u Gesem minnufih bagħtu jgħiduli: “Ejja, ħa niftiehmu u niltaqgħu+ flimkien fl-​irħula tal-​pjanura fil-​wied t’Ono.”+ Imma huma kienu qed ifasslu li jagħmluli l-​ħsara.+  Għalhekk, bgħattilhom il-​messaġġiera,+ u għedtilhom: “Qed nagħmel xogħol kbir,+ u ma nistax ninżel. Għax għandu jieqaf ix-​xogħol waqt li jien inħallih biex ninżel għandkom?”+  Madankollu, bagħtuli l-​istess kelma erbaʼ darbiet, u jien bqajt inwiġibhom l-​istess.  Fl-aħħar, Sanballat+ bagħat lill-​qaddej tiegħu għandi bl-​istess kelma l-​ħames darba, b’ittra miftuħa f’idu.  Fiha kien hemm miktub: “Fost il-​ġnus qed jingħad, u Gesem+ qed jgħidu dan, li int u l-​Lhud qed tfasslu pjan biex tirribellaw.+ Huwa għalhekk li qed tibnu s-​sur; u int se ssir sultan tagħhom,+ skond dan il-​kliem.  U saħansitra ħtart profeti biex jgħajtu dwarek maʼ Ġerusalemm kollha, u jgħidu, ‘Hemm sultan f’Ġuda!’ U issa affarijiet bħal dawn se jingħadu lis-​sultan. Għalhekk, issa ejja nikkonsultaw flimkien.”+  Madankollu, jien bgħatt ngħidlu: “Affarijiet bħal dawk li qed tgħid ma ġrawx,+ imma qed tivvintahom int skond qalbek.”+  Għax ilkoll kemm huma kienu qed jipprovaw ibeżżgħuna, billi jgħidu: “Idejhom+ se jintelqu mix-​xogħol, u b’hekk ma jsirx.” Imma issa, nitolbok, saħħaħli idejja.+ 10  U jien dħalt fid-​dar taʼ Semajja, bin Delaja, bin Meħetabel, waqt li hu kien magħluq hemmhekk.+ U hu qalli: “Ejja niftiehmu biex niltaqgħu+ fid-​dar taʼ l-​Alla l-​veru, ġewwa t-​tempju,+ u ħa nagħlqu l-​bibien tat-​tempju; għax ġejjin joqtluk, iva, bil-​lejl+ ġejjin joqtluk.” 11  Imma jien għedt: “Għandu bniedem bħali jaħrab?+ U min hemm bħali li jistaʼ jidħol fit-​tempju u jgħix?+ M’iniex se nidħol!” 12  Għalhekk, jien stħarriġt, u, ara, ma kienx Alla+ li bagħtu, imma kien tkellem+ din il-​profezija kontrija għax kienu krewh+ Tobija u Sanballat+ stess. 13  Għal din ir-​raġuni kien ġie mikri,+ sabiex nibda nibżaʼ+ u nagħmel hekk, u nidneb+ u r-​reputazzjoni ħażina+ tiġi f’idejhom, sabiex ikunu jistgħu jżebilħuni.+ 14  Ftakar,+ O Alla tiegħi, f’Tobija+ u Sanballat, għal dawn l-​għemejjel tagħhom, kif ukoll f’Nogħadija l-​profetessa+ u fil-​bqija tal-​profeti li l-​ħin kollu qagħdu jipprovaw ibeżżgħuni. 15  Sa fl-​aħħar, is-​sur+ tlesta fil-​ħamsa u għoxrin jum t’Elul, fi tnejn u ħamsin jum. 16  U ġara li, malli l-​għedewwa kollha tagħna+ semgħu u l-​ġnus kollha taʼ madwarna raw dan, huma minnufih tbaxxew ferm f’għajnejhom stess, u saru jafu li kien minn Alla tagħna+ li sar dan ix-​xogħol. 17  U wkoll, f’dawk il-​jiem in-​nobbli+ taʼ Ġuda kienu qed jibagħtu ħafna ittri lil Tobija+ u kienu qed jaslulhom ħafna ittri mingħand Tobija. 18  Għax ħafna f’Ġuda kienu għamlulu ħalfa, billi kien ir-​raġel taʼ bint Sekanija bin Araħ;+ u ibnu Ġeħoħanan kien ħa t-​tifla taʼ Mesullam+ bin Berekija. 19  U wkoll, kienu l-​ħin kollu jgħidu quddiemi affarijiet tajbin dwaru.+ U lilu kienu l-​ħin kollu jwasslulu kliemi. U Tobija bagħatli ittri biex ibeżżagħni.+

Noti taʼ taħt