Neħemija 5:1-19

5  Madankollu, qamet għajta+ kbira taʼ lment fost il-​poplu, min-​naħa taʼ ċerti rġiel flimkien man-​nisa tagħhom, kontra ħuthom il-​Lhud.+  U kien hemm min qed jgħid: “Lil uliedna subien u bniet qed nagħtuhom bħala garanzija biex ikollna l-​qmuħ ħa nieklu u nibqgħu ħajjin.”+  U kien hemm min qed jgħid: “L-​għelieqi tagħna u l-​oqsma tad-​dwieli tagħna u djarna qed nagħtuhom bħala garanzija+ biex ikollna l-​qmuħ meta jkun hawn in-​nuqqas taʼ ikel.”  U kien hemm min qed jgħid: “Issellifna l-​flus fuq l-​għelieqi tagħna u l-​oqsma tad-​dwieli tagħna+ għall-​ħaraġ tas-​sultan.+  U issa laħamna hu bħal laħam ħutna;+ uliedna subien huma bħal uliedhom subien, imma, ara, lil uliedna subien u bniet qed nagħmluhom ilsiera,+ u xi wħud minn uliedna l-​bniet diġà spiċċaw hekk; u m’għandniex setgħa f’idejna għax l-​għelieqi tagħna u l-​oqsma tad-​dwieli tagħna issa huma taʼ ħaddieħor.”  Issa jien irrabjajt ħafna malli smajt l-​għajta tagħhom taʼ lment u dan il-​kliem.  U qgħadt nikkunsidra f’qalbi, u lill-​ħakkiema deputati u lin-​nobbli bdejt ngħidilhom bi ħtijiethom,+ u għedtilhom: “Intom qed tisilfu l-​flus bl-​imgħax esaġerat,+ kull wieħed mingħand ħuh stess.” Iktar minn hekk, organizzajt assemblea kbira minħabba fihom.+  U għedtilhom: “Aħna stess xtrajna lura+ lil ħutna l-​Lhud li kienu mibjugħin lill-​ġnus, safejn kien fis-​setgħa tagħna; u fl-​istess ħin intom se tbigħu lil ħutkom stess,+ u għandhom jinbiegħu lilna?” Għal dan, huma tbikkmu, u ma sabux x’jgħidu.+  U jien għedt: “Dak li qed tagħmlu mhux tajjeb.+ M’għandkomx intom timxu bil-​biżaʼ+ t’Alla tagħna+ minħabba ż-​żebliħ+ mill-​ġnus, l-​għedewwa tagħna?+ 10  U anki jien, ħuti u l-​qaddejja tiegħi qed nagħtu l-​flus u l-​qmuħ b’self fosthom. Ejjew, jekk jogħġobkom, nieqfu nisilfu bl-​imgħax.+ 11  Jekk jogħġobkom, agħtuhom lura llum l-​għelieqi tagħhom,+ l-​oqsma tad-​dwieli tagħhom, l-​imsaġar tagħhom taż-​żebbuġ u djarhom, u wieħed fil-​mija tal-​flus u tal-​qmuħ, taʼ l-​inbid ġdid u taż-​żejt li ħadtu bħala mgħax mingħandhom.” 12  Għal dan, qalu: “Aħna se rroddulhom kollox lura,+ u ma se nitolbuhom xejn lura.+ Se nagħmlu eżatt kif qed tgħid.”+ Għalhekk, sejjaħt lill-​qassisin u ġegħelthom jaħilfu li jagħmlu skond din il-​kelma.+ 13  U wkoll, farfart ħobb ħwejġi u għedt: “Jalla l-​Alla l-​veru jfarfar hekk lil kull bniedem li ma jwettaqx din il-​kelma minn daru u mill-​proprjetà li kiseb; u ħa jiġi mfarfar u żvojtat b’dan il-​mod.” Għal dan, il-​kongregazzjoni kollha qalet: “Amen!”+ U bdew ifaħħru lil Ġeħova.+ U n-​nies għamlu skond din il-​kelma.+ 14  Ħaġa oħra: Minn dakinhar li inkarigani bħala l-​gvernatur tagħhom+ fl-​art taʼ Ġuda, mis-​sena għoxrin+ sas-​sena tnejn u tletin+ tas-​Sultan Artaserse,+ għal tnax-il sena, jien u ħuti ma kilniex il-​ħobż dovut lill-​gvernatur.+ 15  U l-​gvernaturi taʼ qabli kienu taqqlu lin-​nies, u kuljum kienu jieħdu mingħandhom għall-​ħobż u l-​inbid erbgħin xekel fidda. Anki l-​qaddejja tagħhom iddominaw lin-​nies.+ Imma jien m’għamiltx hekk+ minħabba l-​biżaʼ t’Alla.+ 16  U, iktar minn hekk, jien tajt daqqa t’id fix-​xogħol taʼ dan is-​sur,+ u lanqas għalqa ma ħadna;+ u l-​qaddejja kollha tiegħi kienu miġburin hemmhekk għax-​xogħol. 17  U l-​Lhud u l-​ħakkiema deputati, mija u ħamsin raġel, u dawk li kienu jiġu għandna mill-​ġnus taʼ madwarna kienu jkunu mal-​mejda tiegħi.+ 18  U inkwantu għal dak li kien jitħejja kuljum, kienu jitħejjew għalija barri, sitt nagħġiet magħżulin u tjur, u darba kull għaxart ijiem kull xorta taʼ nbid+ bl-​abbundanza. U maʼ dan jien ma tlabtx il-​ħobż dovut lill-​gvernatur, għax is-​servizz fuq dan il-​poplu kien tqil. 19  Ftakar fija,+ O Alla tiegħi, b’mod tajjeb,+ għal dak kollu li għamilt għan-​nom taʼ dan il-​poplu.+

Noti taʼ taħt