Neħemija 4:1-23

4  Issa ġara li, malli Sanballat+ semaʼ li konna qed nerġgħu nibnu s-​sur, hu rrabja+ u offenda ruħu bil-​kbir, u baqaʼ jiddieħaq+ bil-​Lhud.  U beda jgħid quddiem ħutu+ u l-​qawwa militari tas-​Samarija, iva, beda jgħid: “X’inhuma jagħmlu dawn il-​Lhud debboli? Se jiddependu minnhom infushom? Se joffru s-​sagrifiċċji?+ Se jispiċċaw ix-​xogħol f’jum wieħed? Jaqaw il-​ġebel li nħaraq se jqajmuh mill-​gzuz tat-​trab?”+  Issa Tobija+ l-​Għammoni+ kien maġenbu, u hu qal: “Jekk volpi+ jitlaʼ maʼ dak li qed jibnu, żgur iġarrfilhom il-​ħajt tal-​ġebel.”  Ismaʼ,+ O Alla tagħna, għax sirna oġġett taʼ disprezz;+ u agħmel li ż-​żebliħ tagħhom+ imur lura fuq rashom stess, u ġegħelhom ikunu bħal affarijiet misruqin fl-​art tal-​jasar.  U tgħattix l-​iżball tagħhom+ u d-​dnub tagħhom minn quddiemek. Ħa ma jitħassarx, għax huma offendew lill-​bennejja.  Għalhekk, komplejna nibnu s-​sur, u s-​sur kollu ngħaqad flimkien sa nofs l-​għoli tiegħu, u n-​nies kien għad għandhom qalb jaħdmu.+  Issa ġara li, malli Sanballat+ u Tobija+ u l-​Għarab+ u l-​Għammonin+ u l-​Asdodin+ semgħu li t-​tiswija tas-​swar taʼ Ġerusalemm kienet imxiet ’il quddiem, għax fejn kien hemm it-​tiċrit kien beda jingħalaq, huma rrabjaw ferm.  U lkoll kemm huma bdew jikkonfoffaw+ flimkien biex jiġu u jiġġieldu kontra Ġerusalemm u jfixkluni.  Imma aħna tlabna+ lil Alla tagħna u minħabba fihom qegħedna għassa kontrihom lejl u nhar. 10  U Ġuda beda jgħid: “Il-​qawwa taʼ min iġorr it-​tagħbija+ naqset, u hemm ħafna skart;+ u ma nistgħux nibnu s-​sur.” 11  Iktar minn hekk, l-​avversarji tagħna baqgħu jgħidu: “M’humiex se jkunu jafu+ u m’humiex se jaraw sakemm niġu fosthom, u noqtluhom u nwaqqfu x-​xogħol.” 12  U ġara li, meta kienu jiġu l-​Lhud li kienu jgħammru qrib l-​għedewwa, huma għaxar darbiet qalulna: “L-​għedewwa ġejjin jattakkaw mill-​postijiet kollha fejn ngħammru, mill-​postijiet fejn intom se terġgħu lura d-​dar għandna.” 13  Għalhekk, qegħedt irġiel wara s-​sur fil-​postijiet baxxi u miftuħin, u qegħedt lin-​nies f’posthom skond il-​familji bis-​sjuf,+ il-​lanez,+ u l-​qwas tagħhom. 14  Meta rajt il-​biżaʼ tagħhom jien minnufih qomt u għedt lin-​nobbli+ u lill-​ħakkiema deputati+ u lill-​bqija tan-​nies: “Tibżgħux+ minħabba fihom. Żommu f’moħħkom lil Ġeħova, li hu tant kbir+ u li jqanqal il-​biżaʼ;+ u ġġieldu għal ħutkom,+ għal uliedkom subien u bniet, in-​nisa tagħkom u djarkom.” 15  Issa ġara li, malli l-​għedewwa tagħna semgħu li sirna nafu b’dan u li l-​Alla l-​veru fixkel il-​pjan tagħhom+ li lkoll kemm aħna rġajna lura lejn is-​sur, kull wieħed lejn ix-​xogħol tiegħu, 16  iva, ġara li minn dakinhar ’il quddiem nofs l-​irġiel żgħażagħ tiegħi+ saru attivi fix-​xogħol u nofshom kellhom il-​lanez, it-​tarki u l-​qwas u l-​kurazzi;+ u l-​prinċpijiet+ kienu wara dar Ġuda kollha. 17  U kull wieħed minn dawk li kienu qed jibnu s-​sur u minn dawk li kienu qed iġorru tagħbijiet tqal kien attiv fix-​xogħol b’id waħda waqt li bl-​id l-​oħra+ kien iżomm il-​vleġġa.+ 18  U l-​bennejja kienu mħażżmin, kull wieħed b’sejfu fuq ġenbu,+ waqt li kienu qed jibnu;+ u dak li kellu jdoqq il-​qarn+ kien maġenbi. 19  U jien għedt lin-​nobbli u lill-​ħakkiema deputati+ u lill-​bqija tan-​nies: “Ix-​xogħol hu kbir u mifrux, u aħna mferrxin mas-​sur ’il bogħod minn xulxin. 20  Fejn tisimgħu l-​ħoss tal-​qarn, hemmhekk inġabru flimkien magħna. Alla tagħna nnifsu se jiġġieled għalina.”+ 21  Waqt li nofsna konna attivi fix-​xogħol, in-​nofs l-​ieħor kienu jżommu l-​lanez, minn meta jibda jżernaq sa meta joħorġu l-​kwiekeb. 22  Barra minn hekk, dak iż-​żmien għedt lin-​nies: “Ħalli l-​irġiel jgħaddu l-​lejl, kull wieħed mal-​qaddej tiegħu, f’nofs Ġerusalemm,+ u jkunu għassiesa għalina bil-​lejl u ħaddiema bi nhar.” 23  Inkwantu għalija+ u għal ħuti s-​subien+ u l-​qaddejja tiegħi+ u l-​irġiel taʼ l-​għassa+ li kienu warajja, ma konniex ninżgħu ħwejjiġna, u kull wieħed kellu l-​vleġġa tiegħu+ f’idu l-​leminija.

Noti taʼ taħt