Neħemija 2:1-20

2  U ġara fix-​xahar taʼ Nisan,+ fis-​sena għoxrin+ tas-​Sultan Artaserse,+ li l-​inbid kien quddiemu, u jien bħas-​soltu qbadt l-​inbid u tajtu lis-​sultan.+ Imma qatt ma kont inkun imdejjaq quddiemu.+  Għalhekk, is-​sultan qalli: “Għala jidher imdejjaq wiċċek+ la m’intix marid? Dan m’hu xejn ħlief swied il-​qalb.”+ Għal dan, jien bdejt nibżaʼ ħafna.  Imbagħad għedt lis-​sultan: “Ħa jgħix għal dejjem is-​sultan!+ Għala m’għandux jidher imdejjaq wiċċi meta l-​belt+ fejn huma midfunin missirijieti+ hi mħarbta, u l-​bibien tagħha ttieklu bin-​nar?”+  Min-naħa tiegħu, is-​sultan qalli: “Xi trid?”+ Minnufih jien tlabt+ lill-​Alla tas-​smewwiet.+  Wara dan, għedt lis-​sultan: “Jekk is-​sultan jidhirlu li hu tajjeb,+ u jekk il-​qaddej tiegħek jidher tajjeb quddiemek,+ li tibgħatni Ġuda, lejn il-​belt fejn huma midfunin missirijieti, biex inkun nistaʼ nibniha mill-​ġdid.”+  Għal dan, is-​sultan qalli, waqt li mart is-​sultan kienet bil-​qiegħda ħdejh: “Kemm se jkun twil il-​vjaġġ tiegħek u meta ġej lura?” Għalhekk, is-​sultan deherlu li hu tajjeb+ li jibgħatni, meta tajtu ż-​żmien stabbilit.+  U komplejt ngħid lis-​sultan: “Jekk is-​sultan jidhirlu li hu tajjeb, ħa jingħatawli ittri+ għall-​gvernaturi+ lil hinn mix-​Xmara,*+ biex iħalluni ngħaddi sakemm nasal Ġuda;  kif ukoll ittra lil Asaf l-​għassies tal-​foresta tas-​sultan, biex ikun jistaʼ jagħtini siġar ħalli bl-​injam nibni l-​bibien tal-​Kastell+ tad-​dar t’Alla,+ u għas-​sur+ tal-​belt u għad-​dar li rrid noqgħod fiha.” Għalhekk, is-​sultan tahomli, skond l-​id tajba t’Alla tiegħi fuqi.+  Fl-aħħar wasalt għand il-​gvernaturi+ lil hinn mix-​Xmara u tajthom l-​ittri tas-​sultan. Barra minn hekk, is-​sultan bagħat miegħi kapijiet tal-​qawwa militari u rikkieba taż-​żwiemel. 10  Meta Sanballat+ il-​Ħoroni+ u Tobija+ l-​qaddej, l-​Għammoni,+ semgħu dwar dan, dehrilhom li kienet xi ħaġa ħażina ferm+ li raġel kien ġie jfittex xi ħaġa tajba għal ulied Israel. 11  U fl-​aħħar wasalt Ġerusalemm, u bqajt hemm tlett ijiem. 12  Imbagħad qomt bil-​lejl, jien u ftit irġiel miegħi, u m’għedt lil ħadd+ b’dak li Alla tiegħi kien qed idaħħalli f’qalbi li nagħmel għal Ġerusalemm,+ u ma kien hemm ebda annimal domestiku miegħi ħlief l-​annimal domestiku li kont riekeb. 13  U ħriġt bil-​lejl minn Bieb il-​Wied+ u quddiem l-​Għajn tas-​Serp il-​Kbir* u lejn Bieb l-​Irmied,*+ u qgħadt neżamina s-​swar+ taʼ Ġerusalemm, kif kienu mġarrfin u kif il-​bibien tagħha+ kienu ttieklu bin-​nar. 14  U għaddejt lejn Bieb l-​Għajn+ u lejn l-​Għadira tas-​Sultan, u ma kienx hemm post minfejn jgħaddi l-​annimal domestiku taʼ taħti. 15  Imma bqajt tielaʼ fil-​wied*+ bil-​lejl, u bqajt neżamina s-​sur; wara dan ġejt lura u dħalt minn Bieb il-​Wied,+ u għalhekk wasalt lura. 16  U l-​ħakkiema deputati+ ma kinux jafu fejn mort u x’kont qed nagħmel; u lil-​Lhud u lill-​qassisin u lin-​nobbli u lill-​ħakkiema deputati u lill-​bqija taʼ dawk li jieħdu ħsieb ix-​xogħol kont għadni m’għedtilhom xejn. 17  Fl-aħħar għedtilhom: “Qed taraw l-​istat imwiegħer li ninsabu fih, kif Ġerusalemm hi mħarbta u l-​bibien tagħha nħarqu bin-​nar. Ejjew ħa nibnu mill-​ġdid is-​sur taʼ Ġerusalemm, biex ma nibqgħux niġu mżebilħin.”+ 18  U għedtilhom dwar id+ Alla tiegħi, kif kienet tajba fuqi,+ u wkoll dwar il-​kliem+ li kien qalli s-​sultan. Għal dan, huma qalu: “Ejjew inqumu u nibnu.” Għalhekk, saħħew idejhom għax-​xogħol tajjeb.+ 19  Issa meta Sanballat+ il-​Ħoroni u Tobija+ l-​qaddej,+ l-​Għammoni,+ u Gesem+ l-​Għarbi+ semgħu dwar dan, bdew jiddieħqu bina+ u jgħidulna bi stmerrija: “X’qed tagħmlu? Qed tirribellaw kontra s-​sultan?”+ 20  Madankollu, jien wiġibthom u għedtilhom: “Hu l-​Alla tas-​smewwiet+ li se jgħinna nirnexxu,+ u aħna nfusna, il-​qaddejja tiegħu, se nqumu u nibnu; imma intom m’għandkom ebda sehem,+ ebda jedd ġust, u lanqas tifkira+ f’Ġerusalemm.”

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, l-​Ewfrat.
X’aktarx li din u Għajn-rogel huma xorta.
“Bieb id-​Demel,” Settanta, Vulgata Latina.
Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.