Neħemija 13:1-31

13  Dakinhar sar qari+ mill-​ktieb+ taʼ Mosè f’widnejn il-​poplu; u nstab miktub fih li l-​Għammoni+ u l-​Mowabi+ qatt* ma kellhom jidħlu fil-​kongregazzjoni taʼ l-​Alla l-​veru,+  għax ma kinux iltaqgħu maʼ Israel bil-​ħobż+ u l-​ilma,+ imma qabbdu kontrihom lil Balgħam+ biex jisħithom.+ Madankollu, Alla tagħna bidel is-​saħta f’barka.+  U ġara li, malli semgħu l-​liġi,+ bdew jifirdu+ l-​kotra mħallta kollha minn maʼ Israel.  Issa qabel dan, Eljasib,+ il-​qassis inkarigat mis-​sala taʼ l-​ikel+ tad-​dar t’Alla tagħna, kien qarib taʼ Tobija;+  u lil dan għamillu sala taʼ l-​ikel kbira ħafna,+ fejn qabel kienu jqiegħdu regolarment l-​offerta tal-​qmuħ,+ l-​inċens abjad u l-​għodod u l-​wieħed minn kull għaxra tal-​qmuħ, taʼ l-​inbid ġdid+ u taż-​żejt,+ li hu sehem il-​Leviti+ u l-​għannejja u l-​għassiesa tal-​bibien, u l-​kontribuzzjonijiet għall-​qassisin.  U matul dan iż-​żmien kollu jien ma kontx Ġerusalemm, għax wasalt għand is-​sultan fis-​sena tnejn u tletin+ t’Artaserse,+ is-​sultan taʼ Babilonja, u xi żmien wara tlabt lis-​sultan iħallini nwarrab għal ftit.+  Imbagħad wasalt Ġerusalemm u nnotajt il-​ħażen li wettaq Eljasib+ għal Tobija+ billi għamillu sala fil-​bitħa tad-​dar+ taʼ l-​Alla l-​veru.  U deherli li din kienet ħaġa ħażina ħafna.+ Għalhekk, irmejt+ l-​għamara kollha tad-​dar taʼ Tobija barra mis-​sala taʼ l-​ikel.  Imbagħad jien tajt l-​ordni u s-​swali taʼ l-​ikel+ ġew imnaddfin;+ u rġajt qegħedt fihom l-​għodod+ tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru, maʼ l-​offerta tal-​qmuħ u l-​inċens abjad.+ 10  U skoprejt li l-​porzjonijiet+ tal-​Leviti ma kinux ngħatawlhom, u b’hekk il-​Leviti u l-​għannejja li kienu jagħmlu x-​xogħol kienu telqu, kull wieħed lejn l-​għalqa tiegħu.+ 11  U lill-​ħakkiema deputati+ bdejt ngħidilhom bi ħtijiethom+ u għedtilhom: “Għalfejn ġiet traskurata d-​dar taʼ l-​Alla l-​veru?”+ Għaldaqstant ġbart lil-​Leviti flimkien u qegħedthom f’posthom. 12  U Ġuda kollu ġab il-​wieħed minn kull għaxra+ tal-​qmuħ+ u taʼ l-​inbid ġdid+ u taż-​żejt+ lejn l-​imħażen.+ 13  Imbagħad inkarigajt lil Selemija l-​qassis u Sadok il-​kopista u Pedaja mil-​Leviti fuq l-​imħażen; u Ħanan, bin Żakkur, bin Mattanija,+ kien taħthom għax kienu meqjusin leali;+ u kien dmirhom li jqassmu+ lil ħuthom. 14  Ftakar fija,+ O Alla tiegħi, għal dan, u tħassarx+ l-​atti tiegħi taʼ qalb tajba bl-​imħabba li wettaqt għad-​dar+ t’Alla tiegħi u s-​servizz li jsir fiha. 15  F’dawk il-​jiem rajt f’Ġuda nies jgħaffġu fl-​imgħasar taʼ l-​inbid fis-​Sabat+ u jdaħħlu l-​munzelli tal-​qmuħ u jgħabbuhom+ fuq il-​ħmir,+ kif ukoll inbid, għeneb u tin+ u kull xorta taʼ tagħbija, u jdaħħluhom f’Ġerusalemm f’jum is-​Sabat;+ u jien xhedt kontrihom dakinhar li kienu qed ibigħu l-​provvisti. 16  U t-​Tirin+ kienu jgħammru fil-​belt, u jdaħħlu l-​ħut u kull xorta taʼ merkanzija+ u jbigħuhom fis-​Sabat lil ulied Ġuda f’Ġerusalemm. 17  Għalhekk, bdejt ngħid lin-​nobbli+ taʼ Ġuda bil-​ħtija tagħhom u għedtilhom: “X’inhi din il-​ħaġa ħażina li qed tagħmlu, iva, li qed tkasbru jum is-​Sabat? 18  Mhux hekk għamlu missirijietkom,+ u minħabba f’hekk Alla tagħna ġab dan il-​gwaj kollu fuqna,+ u fuq din il-​belt ukoll? Madankollu, intom qed iżżidu mar-​rabja taħraq kontra Israel billi tkasbru s-​Sabat.”+ 19  U ġara li, malli d-​dell laqat il-​bibien taʼ Ġerusalemm qabel is-​Sabat, jien mill-​ewwel tajt l-​ordni u l-​bibien bdew jingħalqu.+ U għedt ukoll li m’għandhomx jiftħuhom sa wara s-​Sabat; u qegħedt lil xi wħud mill-​qaddejja tiegħi stess fil-​bibien sabiex ebda tagħbija ma tidħol f’jum is-​Sabat.+ 20  Għaldaqstant, in-​negozjanti u l-​bejjiegħa taʼ kull xorta taʼ merkanzija qattgħu l-​lejl barra Ġerusalemm għal darba tnejn. 21  Imbagħad wissejthom+ u għedtilhom: “Għalfejn qed tqattgħu l-​lejl quddiem is-​sur? Jekk terġgħu tagħmluha, immidd idi fuqkom.”+ Minn dakinhar ’l hemm ma ġewx fis-​Sabat. 22  U komplejt ngħid lil-​Leviti+ li għandhom regolarment jippurifikaw+ lilhom infushom u jidħlu, u jibqgħu jgħassu l-​bibien+ biex iqaddsu+ jum is-​Sabat. Dan, ukoll, ftakar+ għan-​nom tiegħi, O Alla tiegħi, u tħassarni skond l-​abbundanza tal-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+ 23  U wkoll, f’dawk il-​jiem sirt naf li l-​Lhud kienu laqgħu għandhom+ nisa Asdodin,+ Għammonin, u Mowabin.+ 24  U nofs uliedhom kienu jitkellmu bl-​Asdodi, u ħadd minnhom ma kien jaf jitkellem bil-​Lhudi,+ imma bi lsien il-​popli differenti. 25  U bdejt ngħidilhom bi ħtijiethom u llissen is-​saħta kontrihom+ u nsawwat lil xi rġiel minnhom+ u naqlgħalhom xagħarhom u nġegħelhom jaħilfu b’Alla:+ “M’għandkomx tagħtu lil uliedkom bniet lil uliedhom subien, u m’għandkom taċċettaw lil ħadd minn uliedhom bniet għal uliedkom subien.+ 26  Mhux minħabba fihom dineb Salamun is-​sultan taʼ Israel?+ U fost il-​ħafna ġnus ma kienx hemm sultan bħalu;+ u kien maħbub minn Alla tiegħu,+ u għalhekk Alla għamlu sultan fuq Israel kollu. Imma anki lilu ġegħluh jidneb in-​nisa barranin li żżewweġ.+ 27  U m’hijiex din ħaġa offensiva, li tagħmlu dan il-​ħażen kbir kollu billi taġixxu b’nuqqas taʼ fedeltà kontra Alla tagħna meta tilqgħu għandkom nisa barranin?”+ 28  U wieħed minn ulied Ġojada+ bin Eljasib+ il-​qassis il-​kbir kien ir-​raġel taʼ bint Sanballat+ il-​Ħoroni.+ Għalhekk, keċċejtu ’l bogħod minni.+ 29  Ftakarhom, O Alla tiegħi, għat-​tinġis+ tas-​saċerdozju u l-​patt+ tas-​saċerdozju u tal-​Leviti.+ 30  U jien ippurifikajthom+ minn kull ħaġa barranija u tajt dmirijiet lill-​qassisin u lil-​Leviti, kull wieħed f’xogħlu,+ 31  saħansitra għall-​provvista taʼ l-​injam+ fi żminijiet stabbiliti u għall-​ewwel frott misjur. Ftakar fija,+ O Alla tiegħi, b’mod tajjeb.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “għal żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22.