Neħemija 12:1-47

12  U dawn kienu l-​qassisin u l-​Leviti li telgħu maʼ Żerubbabel+ bin Saltijel+ u Ġeswa:+ Seraja, Ġeremija, Esdra,  Amarija,+ Malluk, Ħattus,  Sekanija, Reħum, Meremot,  Iddo, Ginnetoj, Abija,  Mijamin, Magħdija, Bilga,  Semajja,+ u Ġojarib, Ġedaja,+  Sallu,* Għamok,+ Ħilkija, u Ġedaja.+ Dawn kienu l-​kapijiet tal-​qassisin u ħuthom fi żmien Ġeswa.+  U l-​Leviti kienu Ġeswa,+ Binnuwi,+ Kadmijel,+ Serebija, Ġuda, u Mattanija,+ li flimkien maʼ ħutu, kien jieħu ħsieb ir-​radd il-​ħajr.  U ħuthom Bakbukija u Unni kienu faċċata tagħhom għad-​dmirijiet taʼ l-​għassa. 10  Ġeswa nissel lil Ġojakim,+ u Ġojakim nissel lil Eljasib,+ u Eljasib lil Ġojada.+ 11  U Ġojada nissel lil Ġonatan, u Ġonatan nissel lil Ġaddugħa.+ 12  U fi żmien Ġojakim kien hemm qassisin, kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier:+ għal Seraja,+ Meraja; għal Ġeremija, Ħananija; 13  għal Esdra,+ Mesullam; għal Amarija, Ġeħoħanan; 14  għal Meliki, Ġonatan; għal Sebanija,+ Ġużeppi; 15  għal Ħarim,+ Għadna; għal Merajot, Ħelkaj; 16  għal Iddo, Żakkarija; għal Ginneton, Mesullam; 17  għal Abija,+ Żikri; għal Minjamin, ——;* għal Mogħadija, Piltaj; 18  għal Bilga,+ Sammugħa; għal Semajja, Ġeħonatan; 19  u għal Ġojarib, Mattenaj; għal Ġedaja,+ Użżi; 20  għal Sallaj, Kallaj; għal Għamok, Għeber; 21  għal Ħilkija, Ħasabija; għal Ġedaja,+ Netanel. 22  Il-Leviti fi żmien Eljasib,+ Ġojada+ u Ġoħanan u Ġaddugħa+ kienu reġistrati bħala kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier, u hekk ukoll il-​qassisin, sas-​saltna taʼ Darju l-​Persjan. 23  Ulied Levi bħala kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier+ kienu reġistrati fi ktieb il-​ġrajjiet taż-​żminijiet, iva, sa żmien Ġoħanan bin Eljasib. 24  U l-​kapijiet tal-​Leviti kienu Ħasabija, Serebija+ u Ġeswa bin Kadmijel+ u ħuthom faċċata tagħhom biex joffru tifħir u jroddu ħajr skond il-​kmand+ taʼ David il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru, iż-​żewġ gruppi t’għassiesa maġenb xulxin. 25  Mattanija+ u Bakbukija, Għobadija, Mesullam, Talmon, u Għakkub+ kienu joqogħdu għassa bħala għassiesa tal-​bibien,+ grupp t’għassiesa ħdejn l-​imħażen tal-​bibien. 26  Dawn kienu jgħixu fi żmien Ġojakim,+ bin Ġeswa,+ bin Ġosadak,+ u fi żmien Neħemija+ l-​gvernatur u Esdra+ l-​qassis, il-​kopista.+ 27  U fl-​inawgurazzjoni+ tas-​sur taʼ Ġerusalemm fittxew lil-​Leviti, biex iġibuhom mill-​postijiet kollha tagħhom lejn Ġerusalemm ħalli jagħmlu inawgurazzjoni u jifirħu bir-​radd il-​ħajr+ u bil-​kant,+ b’ċimbali u strumenti tal-​korda+ u arpi.+ 28  U wlied l-​għannejja nġabru saħansitra mid-​Distrett,+ minn madwar Ġerusalemm kollha u mill-​irħula tan-​Netofatin,+ 29  u minn Bet-gilgal+ u mill-​kampanja taʼ Geba+ u Għażmawet,+ għax l-​għannejja kienu bnew irħula+ għalihom madwar Ġerusalemm kollha. 30  U l-​qassisin u l-​Leviti tnaddfu+ u naddfu lill-​poplu+ u l-​bibien+ u s-​sur.+ 31  Imbagħad jien tellajt lill-​prinċpijiet+ taʼ Ġuda fuq is-​sur. U ħtart żewġ korijiet kbar għar-​radd il-​ħajr+ u żewġ gruppi biex jimxu warajhom, u wieħed kien jimxi fuq il-​lemin fuq is-​sur lejn Bieb l-​Irmied.+ 32  U Ħosajja u nofs il-​prinċpijiet taʼ Ġuda bdew mexjin warajhom, 33  kif ukoll Għażarija, Esdra u Mesullam, 34  Ġuda u Benjamin u Semajja u Ġeremija; 35  ukoll minn ulied il-​qassisin bit-​trumbetti+ kien hemm Żakkarija, bin Ġonatan, bin Semajja, bin Mattanija, bin Mikaja, bin Żakkur,+ bin Asaf,+ 36  u ħutu Semajja u Għażarel, Milalaj, Gilalaj, Magħaj, Netanel u Ġuda, Ħanani, bl-​istrumenti+ taʼ David, il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru, li jakkumpanjaw il-​kant; u Esdra+ l-​kopista quddiemhom. 37  U f’Bieb l-​Għajn+ u dritt quddiemhom telgħu fuq it-​Taraġ+ tal-​Belt taʼ David+ permezz tat-​telgħa tas-​sur fuq id-​Dar taʼ David u dritt sa Bieb l-​Ilma+ lejn il-​lvant. 38  U l-​kor l-​ieħor tar-​radd il-​ħajr+ kien miexi fuq quddiem, u jien warajh, u hekk ukoll nofs il-​poplu, fuq is-​sur minn fuq it-​Torri taʼ l-​Ifran+ u lejn is-​Sur il-​Wiesaʼ,+ 39  u minn fuq Bieb Efrajm+ u lejn Bieb il-​Belt il-​Qadima+ u lejn Bieb il-​Ħut+ u t-​Torri taʼ Ħananel+ u t-​Torri tal-​Mija+ u lejn Bieb in-​Nagħaġ;+ u waqfu f’Bieb l-​Għassa. 40  Fl-aħħar, iż-​żewġ korijiet tar-​radd il-​ħajr+ waqfu fid-​dar+ taʼ l-​Alla l-​veru, kif ukoll jien u nofs il-​ħakkiema deputati miegħi,+ 41  u l-​qassisin Eljakim, Magħseja, Minjamin, Mikaja, Eljogħenaj, Żakkarija, Ħananija, ilkoll bit-​trumbetti,+ 42  u Magħseja u Semajja, u Elegħażar u Użżi u Ġeħoħanan u Malkija u Għelam u Għeżer. U l-​għannejja, maʼ l-​indokratur Iżraħija, baqgħu jsemmgħu leħinhom.+ 43  U dakinhar offrew sagrifiċċji kbar+ u ferħu,+ għax l-​Alla l-​veru nnifsu ġegħelhom jifirħu b’ferħ kbir.+ Anki n-​nisa+ u t-​tfal+ ferħu, u b’hekk il-​ferħ taʼ Ġerusalemm setaʼ jinstemaʼ mill-​bogħod.+ 44  Iktar minn hekk, dakinhar xi rġiel inħatru fuq is-​swali+ għall-​provvisti,+ għall-​kontribuzzjonijiet,+ għall-​ewwel frott+ u għall-​għexur,+ biex jiġbru fihom mill-​għelieqi tal-​bliet il-​porzjonijiet mitlubin bil-​liġi+ għall-​qassisin u l-​Leviti;+ għax il-​ferħ taʼ Ġuda kien minħabba l-​qassisin u l-​Leviti+ li kienu jaqdu. 45  U bdew jieħdu ħsieb l-​obbligu+ lejn Alla tagħhom u l-​obbligu tal-​purifikazzjoni,+ kif ukoll l-​għannejja+ u l-​għassiesa tal-​bibien,+ skond il-​kmand taʼ David u ibnu Salamun. 46  Għax fi żmien David u Asaf, fi żmien l-​imgħoddi, kien hemm kapijiet taʼ l-​għannejja+ u kien isir kant taʼ tifħir u radd il-​ħajr lil Alla.+ 47  U Israel kollu fi żmien Żerubbabel+ u fi żmien Neħemija+ kien jagħti l-​porzjonijiet taʼ l-​għannejja+ u taʼ l-​għassiesa tal-​bibien+ skond il-​bżonn taʼ kuljum u kienu jwarrbu l-​porzjonijiet imqaddsin għal-​Leviti;+ u l-​Leviti kienu jwarrbu l-​porzjonijiet imqaddsin għal ulied Aron.

Noti taʼ taħt

X’aktarx li dan u “Sallaj” f’vers 20 huma xorta.
Evidentement, it-​test Ebrajk iħalli isem barra hawnhekk.