Neħemija 11:1-36

11  Issa l-​prinċpijiet+ tal-​poplu kienu jgħammru f’Ġerusalemm,+ imma għall-​bqija tal-​poplu tefgħu x-​xorti+ biex wieħed minn kull għaxra jġibuh jgħammar f’Ġerusalemm il-​belt qaddisa,+ u d-​disgħa l-​oħra jgħammru fil-​bliet l-​oħra.  Iżjed minn hekk, il-​poplu bierek+ lill-​irġiel kollha li offrew ruħhom b’mod volontarju+ biex jgħammru f’Ġerusalemm.  U dawn huma l-​kapijiet tal-​provinċja+ taʼ Ġuda li kienu jgħammru f’Ġerusalemm;+ imma fil-​bliet taʼ Ġuda kienu jgħammru, kull wieħed fil-​proprjetà tiegħu, fi bliethom,+ Israel,+ il-​qassisin+ u l-​Leviti,+ u n-​Netinin+ u wlied il-​qaddejja taʼ Salamun.+  Barra minn hekk, f’Ġerusalemm kienu jgħammru ftit minn ulied Ġuda u ftit minn ulied Benjamin.+ Minn ulied Ġuda kien hemm Għataja, bin Użżija, bin Żakkarija, bin Amarija, bin Sefatija, bin Maħalalel, minn ulied Pereż;+  u Magħseja, bin Baruk, bin Kolħoże, bin Ħażaja, bin Għadaja, bin Ġojarib, bin Żakkarija, mill-​familja tas-​Selanin.  Ulied Pereż kollha li kienu jgħammru f’Ġerusalemm kienu erbaʼ mija u tmienja u sittin, irġiel kapaċi.  U dawn kienu wlied Benjamin:+ Sallu, bin Mesullam,+ bin Ġogħed, bin Pedaja, bin Kolaja, bin Magħseja, bin Itijel, bin Ġesagħija;  u warajh Gabbaj u Sallaj, disaʼ mija u tmienja u għoxrin;  u Ġoel bin Żikri, indokratur fuqhom, u Ġuda bin Ħassenugħa fuq il-​belt bħala t-​tieni wieħed. 10  Mill-qassisin: Ġedaja bin Ġojarib,+ Ġakin,+ 11  Seraja, bin Ħilkija, bin Mesullam,+ bin Sadok,+ bin Merajot, bin Aħitub,+ mexxej tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru; 12  u ħuthom dawk li jieħdu ħsieb ix-​xogħol tad-​dar,+ tmien mija u tnejn u għoxrin; u Għadaja, bin Ġeroħam,+ bin Pelalija, bin Amsi, bin Żakkarija, bin Pasħur,+ bin Malkija,+ 13  u ħutu, kapijiet tal-​familji min-​naħa tal-​missier,+ mitejn u tnejn u erbgħin, u Għamassaj, bin Għażarel, bin Aħżaj, bin Mesillemot, bin Immer, 14  u ħuthom, irġiel setgħanin taʼ ħila,+ mija u tmienja u għoxrin, u kien hemm indokratur+ fuqhom, Żabdijel mill-​familja tal-​kbarat. 15  U mil-​Leviti:+ Semajja, bin Ħassub, bin Għażrikam, bin Ħasabija,+ bin Bunni, 16  u Sabbetaj+ u Ġożabad,+ mill-​kapijiet tal-​Leviti, li kienu fuq ix-​xogħol taʼ barra tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru; 17  u Mattanija,+ bin Mikea, bin Żabdi, bin Asaf,+ id-​direttur tal-​kant taʼ tifħir,+ u kien joffri t-​tifħir f’ħin it-​talb,+ u Bakbukija kien it-​tieni fost ħutu, u Għabda, bin Sammugħa, bin Galal,+ bin Ġedutun.+ 18  Il-Leviti kollha fil-​belt qaddisa+ kienu mitejn u erbgħa u tmenin. 19  U l-​għassiesa tal-​bibien+ kienu Għakkub, Talmon+ u ħuthom li kienu jgħassu l-​bibien,+ mija u tnejn u sebgħin. 20  U l-​bqija taʼ Israel, u l-​bqija tal-​qassisin u l-​Leviti, kienu fil-​bliet l-​oħra kollha taʼ Ġuda, kull wieħed f’wirtu.+ 21  U n-​Netinin+ kienu jgħammru f’Għofel;+ u Siħa u Gisfa kienu fuq in-​Netinin. 22  U l-​indokratur+ tal-​Leviti f’Ġerusalemm, b’konnessjoni max-​xogħol tad-​dar taʼ l-​Alla l-​veru, kien Użżi, bin Bani, bin Ħasabija, bin Mattanija,+ bin Mika,+ minn ulied Asaf,+ l-​għannejja.+ 23  Għax kien hemm kmand tas-​sultan għan-​nom tagħhom,+ u kien hemm provvediment fiss għall-​għannejja skond il-​bżonn taʼ kuljum.+ 24  U Petaħija bin Meseżabel minn ulied Żeraħ bin Ġuda kien maġenb is-​sultan għal kull kwistjoni tal-​poplu. 25  U dawn huma l-​irħula+ bir-​rabaʼ tagħhom: Xi wħud minn ulied Ġuda kienu jgħammru f’Kirjat-arba+ u l-​bliet li jiddependu minnha u f’Dibon* u l-​bliet li jiddependu minnha u f’Ġekabsel+ u l-​irħula tagħha, 26  u f’Ġeswa u f’Molada+ u f’Bet-pelet+ 27  u f’Ħasar-sugħal+ u f’Bir-xeba+ u l-​bliet li jiddependu minnha 28  u f’Siklag+ u f’Mekona u l-​bliet li jiddependu minnha 29  u f’Għajn-rimmon+ u f’Sorgħa+ u f’Ġarmut,+ 30  Żanogħa,+ Għadullam+ u l-​irħula tagħhom, Lakis+ u r-​rabaʼ tagħha, Għażeka+ u l-​bliet li jiddependu minnha. U kienu joqogħdu minn Bir-​xeba sa wied Ħinnom.+ 31  U wlied Benjamin kienu minn Geba,+ Mikmax+ u Għajja+ u Betel+ u l-​bliet li jiddependu minnha, 32  Għanatot,+ Nob,+ Għananija, 33  Ħasor, Rama,+ Gittajm,+ 34  Ħadid, Sebogħim, Neballat, 35  Lod+ u Ono,+ u l-​wied tan-​nies tas-​sengħa. 36  U mil-​Leviti kien hemm taqsimiet minn Ġuda li marru f’Benjamin.

Noti taʼ taħt

X’aktarx li din u “Dimona” f’Ġoż 15:22 huma xorta.