Neħemija 10:1-39

10  Issa dawn kienu li affermawh bis-​siġill tagħhom:+ Neħemija+ t-​Tirsata,*+ bin Ħakalija,+U Sedekija,  Seraja,+ Għażarija, Ġeremija,  Pasħur, Amarija, Malkija,  Ħattus, Sebanija, Malluk,  Ħarim,+ Meremot, Għobadija,  Danjel,+ Ginneton, Baruk,  Mesullam, Abija, Mijamin,  Magħżija, Bilgaj, u Semajja; dawn kienu l-​qassisin.  Ukoll il-​Leviti: Ġeswa+ bin Ażanija, Binnuwi minn ulied Ħenadad,+ Kadmijel 10  u ħuthom Sebanija,+ Ħodija, Kelita, Pelaja, Ħanan, 11  Mika, Reħob, Ħasabija, 12  Żakkur, Serebija,+ Sebanija, 13  Ħodija, Bani, u Beninu. 14  Il-kapijiet tal-​poplu: Pargħos, Paħat-mowab,+ Għelam, Żattu, Bani, 15  Bunni, Għażgad, Bebaj, 16  Adonija,* Bigwaj, Għadin, 17  Ater, Ħeżekija, Għażżur, 18  Ħodija, Ħasum, Bezaj, 19  Ħarif,* Għanatot, Nebaj, 20  Magfigħas, Mesullam, Ħeżir, 21  Meseżabel, Sadok, Ġaddugħa, 22  Pelatija, Ħanan, Għanaja, 23  Ħosegħa, Ħananija, Ħassub, 24  Ħalloħes, Pilħa, Sobek, 25  Reħum, Ħasabna, Magħseja, 26  u Aħija, Ħanan, Għanan, 27  Malluk, Ħarim, u Bagħnah. 28  U l-​bqija tal-​poplu, il-​qassisin,+ il-​Leviti,+ l-​għassiesa tal-​bibien,+ l-​għannejja,+ in-​Netinin+ u kulmin infired minn man-​nies tal-​pajjiżi+ biex iħares il-​liġi+ taʼ l-​Alla l-​veru, in-​nisa tagħhom, uliedhom subien u bniet, kulmin kien jaf u jifhem,+ 29  dawn kienu qed iżommu maʼ ħuthom,+ il-​kbarat tagħhom,+ u ħalfu ħalfa,+ li l-​piena tagħha kienet is-​saħta,+ li se jimxu mal-​liġi taʼ l-​Alla l-​veru li kienet ngħatat permezz taʼ id Mosè l-​qaddej taʼ l-​Alla l-​veru,+ u li se jħarsu+ u jwettqu l-​kmandamenti kollha taʼ Ġeħova l-​Mulej tagħna+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji u r-​regolamenti tiegħu;+ 30  u li ma nagħtux lil uliedna bniet lin-​nies tal-​pajjiż, u wliedhom bniet ma niħduhomx għal uliedna subien.+ 31  U mingħand in-​nies tal-​pajjiż+ li kienu qed iġibu affarijiet għall-​bejgħ u kull xorta taʼ ċereali f’jum is-​Sabat biex ibigħuhom, m’għandna nieħdu xejn fis-​Sabat+ jew f’jum qaddis,+ u fis-​sebaʼ sena+ għandna nħallu l-​art tistrieħ u naħfru kull dejn.+ 32  Barra minn hekk, qed nagħmlu kmandamenti għalina biex kull wieħed minna jagħti terz taʼ xekel kull sena għas-​servizz tad-​dar t’Alla tagħna,+ 33  għall-ħobż preżentat f’saffi+ u għall-​offerta tal-​qmuħ offruta regolarment+ u għall-​offerta tal-​ħruq offruta regolarment f’kull Sabat,+ f’kull qamar ġdid,+ għall-​festi stabbiliti+ u għall-​affarijiet imqaddsin+ u għall-​offerti għad-​dnub+ biex issir tpattija għal Israel, u għax-​xogħol kollu tad-​dar t’Alla tagħna.+ 34  Iktar minn hekk, tfajna x-​xorti+ għall-​provvista taʼ l-​injam+ li għandhom iġibu l-​qassisin, il-​Leviti, u l-​poplu lejn id-​dar t’Alla tagħna, skond dar missirijietna, fiż-​żminijiet stabbiliti, sena wara l-​oħra, biex jinħaraq fuq l-​artal taʼ Ġeħova Alla tagħna,+ skond kif hemm miktub fil-​liġi;+ 35  u ddeċidejna li nġibu l-​ewwel frott misjur taʼ l-​art tagħna+ u l-​ewwel frott misjur tal-​frott kollu minn kull xorta taʼ siġra,+ sena wara l-​oħra, lejn id-​dar taʼ Ġeħova; 36  u l-​ewwel imwieled+ minn uliedna u mill-​annimali domestiċi tagħna,+ skond kif hemm miktub fil-​liġi,+ u l-​ewwel imwieled mill-​baqar tagħna u min-​nagħaġ tagħna,+ li nġibuhom lejn id-​dar t’Alla tagħna, lill-​qassisin li kienu qed jaqdu fid-​dar t’Alla tagħna.+ 37  Barra minn hekk, l-​ewwel frott tad-​dqiq mhux irfinut tagħna+ u l-​kontribuzzjonijiet tagħna+ u l-​frott taʼ kull xorta taʼ siġra,+ l-​inbid ġdid+ u ż-​żejt+ għandna nġibuhom lill-​qassisin fis-​swali taʼ l-​ikel+ tad-​dar t’Alla tagħna, kif ukoll il-​wieħed minn kull għaxra minn dak li joħroġ mill-​ħamrija tagħna lil-​Leviti,+ billi huma, il-​Leviti, jirċievu wieħed minn kull għaxra fil-​bliet agrikoli kollha tagħna. 38  U l-​qassis, bin Aron, għandu jkun mal-​Leviti meta l-​Leviti jirċievu wieħed minn kull għaxra; u l-​Leviti għandhom joffru wieħed minn kull għaxra tal-​wieħed minn kull għaxra lid-​dar t’Alla tagħna+ għas-​swali taʼ l-​ikel+ fil-​bini fejn jinżammu l-​provvisti. 39  Għax ulied Israel u wlied il-​Leviti għandhom iġibu l-​kontribuzzjoni+ tal-​qmuħ, taʼ l-​inbid ġdid+ u taż-​żejt fis-​swali taʼ l-​ikel. Hemmhekk jinsabu l-​għodod tas-​santwarju u l-​qassisin li jaqdu,+ u l-​għassiesa tal-​bibien+ u l-​għannejja;+ u m’għandniex nittraskuraw id-​dar t’Alla tagħna.+

Noti taʼ taħt

Ara Esd 2:63, in-​nota taʼ taħt.
“Adonikam” f’Esd 2:13.
“Ġoraħ” f’Esd 2:18.