Neħemija 1:1-11

1  Kliem Neħemija+ bin Ħakalija: Issa ġara li fix-​xahar taʼ Kislew,+ fis-​sena għoxrin,+ jien kont fil-​kastell taʼ Susan.+  Imbagħad daħal Ħanani,+ wieħed minn ħuti, hu u xi rġiel oħrajn minn Ġuda, u jien staqsejthom+ dwar il-​Lhud,+ dawk li kienu ħarbu,+ li kien fadal mill-​jasar,+ u wkoll dwar Ġerusalemm.  Għaldaqstant, huma qaluli: “Dawk li fadal, li fadal mill-​jasar, hemmhekk fil-​provinċja,+ qegħdin fi stat imwiegħer ferm+ u qed jiġu mżebilħin;+ u s-​sur+ taʼ Ġerusalemm imġarraf, u l-​bibien tagħha+ nħarqu bin-​nar.”  U ġara li, malli smajt dan il-​kliem, qgħadt bil-​qiegħda u bdejt nibki, u bqajt imnikket għal jiem sħaħ u nsum+ u nitlob quddiem l-​Alla tas-​smewwiet.+  U għedt: “Ah! Ġeħova l-​Alla tas-​smewwiet, l-​Alla kbir li jqanqal il-​biżaʼ,+ li jħares il-​patt+ u l-​qalb tajba bl-​imħabba maʼ dawk li jħobbuh+ u li jħarsu l-​kmandamenti tiegħu,+  jekk jogħġbok, ħa jkunu widnejk attenti+ u għajnejk miftuħin, biex tismaʼ t-​talba tal-​qaddej tiegħek,+ li qed nitlob quddiemek illum, bi nhar u bil-​lejl,+ dwar ulied Israel il-​qaddejja tiegħek, waqt li l-​ħin kollu nistqarr+ id-​dnubiet+ taʼ wlied Israel li bihom dnibna kontrik. Aħna dnibna, kemm jien u kemm dar missieri.+  Aħna bla dubju aġixxejna b’mod korrott kontrik+ u ma ħarisniex il-​kmandamenti+ u r-​regolamenti+ u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji+ li int tajt bi kmand lil Mosè l-​qaddej tiegħek.+  “Ftakar,+ jekk jogħġbok, il-​kelma li kkmandajt lil Mosè l-​qaddej tiegħek, billi għedt, ‘Jekk intom, min-​naħa tagħkom, taġixxu b’nuqqas taʼ fedeltà, jien, min-​naħa tiegħi, inxerridkom fost il-​popli.+  Meta tkunu rġajtu lura lejja+ u ħaristu l-​kmandamenti tiegħi+ u għamiltuhom,+ għalkemm nieskom ikunu mxerrdin f’tarf is-​smewwiet, minn hemmhekk niġmagħhom+ u nġibhom+ lejn il-​post li jien għażilt biex ikolli ismi jgħammar hemmhekk.’+ 10  U huma l-​qaddejja tiegħek+ u l-​poplu tiegħek,+ li int fdejthom bil-​qawwa kbira tiegħek+ u bl-​id b’saħħitha tiegħek.+ 11  Ah! Ġeħova, jekk jogħġbok, ħa jkunu widnejk attenti għat-​talba tal-​qaddej tiegħek u għat-​talba+ tal-​qaddejja tiegħek li jitgħaxxqu jibżgħu minn ismek;+ u, jekk jogħġbok, għin lill-​qaddej tiegħek jirnexxi llum+ u agħmel li dan ir-​raġel jitħassru.”+ Issa jien kont il-​kuppier+ tas-​sultan.

Noti taʼ taħt