Naħum 3:1-19

3  Gwaj għall-​belt li xxerred id-​demm.+ Mimlija qerq u serq. Il-​priża ma taqtaʼ qatt!  Hemm il-​ħoss tal-​frosta+ u l-​ħoss tat-​tkarwit tar-​roti, u ż-​żiemel ilebbet u l-​karru jaqbeż.+  Ir-rikkieb fuq iż-​żiemel, u l-​fjamma tas-​sejf, u d-​dija tal-​lanza,+ u l-​kotra tal-​maqtulin, u l-​gozz kbir taʼ katavri; u l-​iġsma mejtin ma jispiċċaw qatt. Jibqgħu jitfixklu fl-​iġsma mejtin tagħhom;  minħabba l-​ħafna atti taʼ prostituzzjoni mill-​prostituta,+ li tiġbdek bi ġmielha, li hi saħħara, u li qed taqbad fin-​nassa ġnus sħaħ bl-​atti taʼ prostituzzjoni tagħha u familji sħaħ bis-​sħarijiet tagħha.+  “Ara! Jien kontrik,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, “u ngħollilek djulek fuq wiċċek, u nġiegħel lill-​ġnus jaraw l-​għera tiegħek,+ u lis-​saltniet id-​diżunur tiegħek.  U nitfaʼ l-​qżiżijiet fuqek,+ u nagħmlek taʼ min jiddisprezzak; u nagħmel wirja bik.+  U jrid iseħħ li kulmin jarak jaħrab ’il bogħod minnek+ u jgħid, ‘Ninwe saret ħerba! Min se jħoss għaliha?’ Minfejn infittex lil min ifarrġek?  Jaqaw int aħjar minn No-amon,+ li kienet bil-​qiegħda ħdejn il-​kanali tan-​Nil?+ L-​ilmijiet kienu dawramejt magħha, il-​baħar kien l-​għana tagħha, u l-​baħar kien is-​sur tagħha.  L-Etjopja u l-​Eġittu+ kienu s-​setgħa sħiħa tagħha; u din kienet bla limitu. Put u l-​Libjani kienu t’għajnuna għalik.+ 10  Hi, ukoll, kellha tmur fl-​eżilju;+ marret fil-​jasar. Uliedha wkoll tfarrku f’ras it-​toroq kollha;+ u għall-​irġiel glorifikati tagħha tefgħu x-​xorti,+ u l-​kbarat tagħha ġew marbutin kollha bil-​ktajjen.+ 11  “Int stess se tisker ukoll;+ issir xi ħaġa moħbija.+ Int stess ukoll se tfittex post taʼ sigurtà mill-​għadu.+ 12  Il-postijiet fortifikati kollha tiegħek huma bħal siġar tat-​tin bl-​ewwel frott misjur li jekk iċaqalquh jaqaʼ f’ħalq min jieklu.+ 13  “Ara! In-​nies tiegħek qishom nisa f’nofsok.+ Bwieb artek żgur li jinfetħu għall-​għedewwa tiegħek. In-​nar se jiblaʼ l-​istaneg tiegħek.+ 14  Imla l-​ilma għalik għall-​assedju.+ Saħħaħ il-​postijiet fortifikati tiegħek.+ Idħol fit-​tajn, u għaffeġ fit-​tafal; aqbad il-​forma tal-​madum.* 15  Hemmhekk ukoll se jibilgħek in-​nar. Sejf se jeqirdek.+ Jibilgħek bħalma l-​ġurat jiblaʼ l-​ħaxix.+ Oktor ħafna fl-​għadd bħal dan il-​ġurat; oktor ħafna fl-​għadd bħall-​ġurat. 16  Int kattart in-​negozjanti tiegħek iktar mill-​kwiekeb tas-​smewwiet.+ “Inkwantu għall-​ġurat, dan ibiddel il-​ġilda tiegħu; imbagħad itir lil hinn. 17  Il-gwardji tiegħek huma bħall-​ġurati, u l-​fizzjali tiegħek li jingaġġaw is-​suldati huma bħal qatgħa ġurati. Qed jikkampjaw fi mqawel tal-​ġebel f’jum kiesaħ. Lanqas tilħaq tiddi x-​xemx li ma jaħarbux lil hinn; u ħadd ma jkun jaf fejn ikunu.+ 18  “Ir-​rgħajja tiegħek qabadhom in-​ngħas,+ O sultan taʼ l-​Assirja; il-​kbarat tiegħek jibqgħu fi djarhom.+ In-​nies tiegħek xterdu fuq il-​muntanji, u m’hemm ħadd li jiġborhom flimkien.+ 19  M’hemmx serħan mill-​katastrofi tiegħek. Il-​ġerħa tiegħek ma titfejjaqx.+ Kulmin jismaʼ l-​aħbar dwarek iċapċap idejh minħabba fik;+ għaliex fuq min m’għaddiex kontinwament il-​ħażen tiegħek?”+

Noti taʼ taħt

Dan ġeneralment jirreferi għal briks magħmulin minn tiben u tajn jew tafal.