Naħum 2:1-13

2  Telaʼ quddiem wiċċek dak li se jxerred lin-​nies tiegħek.*+ Ħa jiġi mħares il-​post fortifikat. Għasses it-​triq. Saħħaħ ġenbejk. Żid ħafna l-​qawwa.+  Għax Ġeħova se jiġbor il-​glorja taʼ Ġakobb,+ bħall-​glorja taʼ Israel, għaliex dawk li jħarbtu ħarbtuhom;+ u ż-​żraġen tagħhom irrovinawhom.+  It-tarka tas-​setgħanin tiegħu miżbugħa ħamra; l-​irġiel tiegħu mimlijin enerġija lebsin il-​krimżi.+ L-​armi tal-​ħadid fuq il-​karru tal-​gwerra jleqqu bħan-​nar fil-​jum li hu jlesti għall-​battalja, u l-​lanez magħmulin mis-​siġra tal-​ġnibru+ bdew jixxejru.  Il-karrijiet tal-​gwerra qed ilebbtu b’mod sfrenat fit-​toroq.+ Qed jiġru ’l fuq u ’l isfel fil-​pjazez. Jidhru qishom torċi mixgħulin. Jiġru bħall-​beraq.+  Hu jiftakar fil-​kbarat tiegħu.+ Se jitfixklu fil-​mixi tagħhom.+ Jgħaġġlu lejn is-​sur tagħha, u l-​barrikata trid tkun imwaqqfa fis-​sod.  Bwieb ix-​xmajjar jinfetħu, u l-​palazz se jinqered.  U dan ġie deċiż; hi ġiet mikxufa; se tinġarr lil hinn fil-​jasar,+ u l-​ilsiera nisa tagħha se jokorbu, bħall-​ħoss tal-​ħamiem,+ iħabbtu darba wara l-​oħra fuq sidirhom.+  U mindu ilha teżisti, Ninwe+ kienet bħal għadira taʼ l-​ilmijiet;+ imma huma qed jaħarbu. “Ieqfu! Ieqfu!” Imma ħadd ma jdur lura.+  Isirqu l-​fidda; isirqu d-​deheb;+ għax m’hemmx limitu għat-​teżor. Hemm ammont kbir taʼ kull xorta t’oġġetti mixtiqin.+ 10  Belt vojta, magħmula baħħ, u mħarbta!+ U l-​qalb iddub,+ u l-​irkopptejn jirtogħdu,+ u l-​uġigħ qawwi qiegħed fil-​ġenbejn kollha;+ u l-​uċuħ tagħhom kollha saru ħomor nar bl-​ansjetà.+ 11  Fejn hi l-​bejta taʼ l-​iljuni, u l-​għar taʼ l-​iljuni b’saħħithom, fejn l-​iljun mexa u daħal,+ fejn kien hemm il-​ferħ taʼ l-​iljun, u ma kienx hemm min ibeżżagħhom?+ 12  L-iljun kien qed iqattaʼ biċċiet biżżejjed għall-​frieħ tiegħu, u kien qed jifga l-​priża għall-​iljunessi tiegħu. U l-​ħofor tiegħu żammhom mimlijin bil-​priża u l-​moħbiet tiegħu b’annimali mqattgħin biċċiet.+ 13  “Ara! Jien kontrik,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati,+ “u naħraq il-​karru tal-​gwerra tiegħek u nagħmlu duħħan.+ U sejf għad jiblaʼ l-​iljuni b’saħħithom tiegħek stess.+ U neqred il-​priża tiegħek minn fuq l-​art, u qatt iktar ma jinstemaʼ leħen il-​messaġġiera tiegħek.”+

Noti taʼ taħt

“Tiegħek,” tirreferi għal Ninwe.