Naħum 1:1-15

1  Id-dikjarazzjoni kontra Ninwe:+ Il-​ktieb tal-​viżjoni taʼ Naħum l-​Elkosi:  Ġeħova hu Alla li jesiġi devozzjoni esklużiva+ u jagħmel vendetta; Ġeħova jagħmel vendetta+ u jinkorla.+ Ġeħova jagħmel vendetta mill-​avversarji tiegħu,+ u jerfaʼ l-​għadab għall-​għedewwa tiegħu.+  Ġeħova bil-​mod biex jirrabja+ u kbir fil-​qawwa,+ imma Ġeħova bl-​ebda mod ma jżomm lura milli jikkastiga.+ Triqtu hi fir-​riefnu u fil-​maltempata, u s-​sħab hu t-​trab taʼ saqajh.+  Hu jċanfar il-​baħar,+ u jnixxfu; u x-​xmajjar kollha jqaxqaxhom.+ Il-Basan u l-​Karmel dbielu,+ u ż-​żahar tal-​Libanu dbiel.  Il-muntanji triegħdu minħabba fih, u l-​għoljiet dabu.+ U l-​art tintrefaʼ quddiem wiċċu; l-​art produttiva wkoll, u kulmin jgħammar fiha.+  Min jistaʼ jieqaf quddiem il-​kundanna tiegħu?+ U min jistaʼ jqum kontra s-​saħna tar-​rabja tiegħu?+ Il-korla tiegħu titferraʼ bħan-​nar,+ u l-​blat jiġġarraf minħabba fih.  Ġeħova hu tajjeb,+ post taʼ sigurtà+ f’jum l-​hemm.+ U jaf b’dawk li jfittxu l-​kenn fih.+  U permezz taʼ l-​għargħar li għaddej se jeqred għalkollox il-​post tagħha,*+ u d-​dlam jiġri wara l-​għedewwa tiegħu.+  X’intom tfasslu f’moħħkom kontra Ġeħova?+ Hu qed jikkaġuna qerda sħiħa. L-inkwiet ma jerġax iqum it-​tieni darba.+ 10  Għalkemm huma minsuġin bħax-​xewk+ u fis-​sakra bil-​birra tal-​qamħ,+ se jinbelgħu bħat-​tiben* niexef għalkollox.+ 11  Minnek joħroġ wieħed li f’moħħu jfassal dak li hu ħażin kontra Ġeħova,+ iħeġġeġ dak li ma jiswa xejn.+ 12  Hekk qal Ġeħova: “Għalkemm ma kien jonqoshom xejn u kien hemm ħafna f’dan l-​istat, saħansitra f’dan l-​istat iridu jinqerdu;+ u wieħed irid jgħaddi minn ġo nofshom. U jien ngħakksek sakemm ma jkunx hemm għalfejn ngħakksek iktar.+ 13  U issa se nkisser il-​madmad tiegħu minn fuqek,+ u naqsam fi tnejn l-​irbit taʼ fuqek.+ 14  U dwarek Ġeħova kkmanda, ‘Xejn minn ismek ma jinżeraʼ iktar.+ Minn dar allatek neqred ix-​xbieha skolpita u l-​istatwa magħmula minn metall imdewweb.+ Nagħmillek post għad-​dfin,+ għaliex ma tiswa xejn.’ 15  “Ara! Fuq il-​muntanji hemm is-​saqajn taʼ dak li qed iġib aħbar tajba, dak li qed ixandar il-​paċi.+ O Ġuda, iċċelebra l-​festi tiegħek.+ Rodd il-​wegħdi tiegħek;+ għaliex qatt iktar ma se jerġaʼ jgħaddi minn ġo fik xi ħadd li m’hu tajjeb għal xejn.+ Żgur li jinqered kollu kemm hu.”+

Noti taʼ taħt

“Tagħha,” tirreferi għal Ninwe.
Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.