L-Għanja taʼ Salamun 8:1-14

8  “O li kieku kont bħal ħija,+ li rdajt sider ommi!+ Kieku, meta nsibek barra, inbusek+ u n-​nies ma jistmerrunix.  Immexxik u ndaħħlek f’dar ommi,+ li kienet tgħallimni. Nagħtik tixrob inbid imħawwar,+ il-​meraq frisk tar-​rummien.  Kieku, idu x-​xellugija kienet tkun taħt rasi; u idu l-​leminija tħaddanni.+  “Ġegħeltkom taħilfu, O bniet taʼ Ġerusalemm, li ma tipprovawx tqajmu jew tqanqlu fija l-​imħabba qabel ma titqanqal waħedha.”+  “Min hi din il-​mara+ li tielgħa mix-​xagħri+ u li qed isserraħ fuq l-​għażiż tagħha?”+ “Taħt is-​siġra tat-​tuffieħ qajjimtek. Hemmhekk ommok kienet bl-​uġigħ tal-​ħlas minħabba fik. Hemmhekk dik li kienet qed tildek ħasset l-​uġigħ tal-​ħlas.+  “Qegħedni bħala siġill fuq qalbek,+ bħala siġill fuq driegħek; għax l-​imħabba hi b’saħħitha daqs il-​mewt,+ tinsisti għal devozzjoni esklużiva+ b’sodizza daqs tal-​Qabar.* Tħeġġeġ bħal ħuġġieġa nar, il-​fjamma taʼ Jah.*+  Ħafna ilmijiet m’humiex kapaċi jitfu l-​imħabba,+ u lanqas ix-​xmajjar ma jistgħu jġorruha magħhom.+ Li kieku bniedem kellu jagħti l-​affarijiet kollha taʼ valur f’daru biex ikollu l-​imħabba, in-​nies żgur li jistmerruhom.”  “Għandna oħtna żgħira+ li m’għandhiex sider. X’se nagħmlu għal oħtna dakinhar li xi ħadd ikun iridha?”  “Jekk tkun bħal sur,+ nibnu fuqha ċint tal-​fidda; imma jekk tkun bieb,+ nagħlquha b’tavla taċ-​ċedru.” 10  “Jien sur, u sidri bħal torrijiet.+ Għalhekk, f’għajnejh sirt bħal waħda li sabet il-​paċi. 11  “Salamun kellu għalqa tad-​dwieli+ f’Bagħal-ħamon. Hu ħalla l-​għalqa tad-​dwieli f’idejn xi nies biex jieħdu ħsiebha.+ Kull wieħed minnhom kien jagħti elf biċċa tal-​fidda għal frottha. 12  “L-​għalqa tad-​dwieli, li hi tiegħi, tibqaʼ tiegħi. L-​elf hu tiegħek, O Salamun, u mitejn huma taʼ dawk li qed jieħdu ħsieb il-​frott.” 13  “O int li tgħammar fil-​ġonna,+ sħabi qegħdin attenti għal leħnek. Ħallini nisimgħu.”+ 14  “Aħrab, għażiż tiegħi, u kun bħal għażżiela jew bħal ferħ taʼ ċerv fuq il-​muntanji tal-​ħwawar.”+

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.
Din hi l-​unika darba fl-​Għanja taʼ Salamun fejn jidher l-​isem divin, hawnhekk fil-​forma mqassra “Jah.” Qabbel Eżo 15:2, in-​nota taʼ taħt.