L-Għanja taʼ Salamun 7:1-13

7  “Kemm huma sbieħ saqajk fis-​sandli tiegħek,+ O bint ħerqana!+ It-​tondjatura taʼ ġenbejk bħal ornament,+ xogħol idejn bniedem tas-​sengħa.  Id-dawra taʼ żokortok tazza tonda. Ħa ma jonqosx minnha l-​inbid imħallat.+ Żaqqek munzell qamħ, imdawwar bil-​ġilji.+  Sidrek qisu żewġt ifrieħ, tewmin t’għażżiela.+  Għonqok+ bħal torri taʼ l-​avorju. Għajnejk+ bħall-​għadajjar taʼ Ħesbon,+ ħdejn il-​bieb taʼ Bat-rabbim. Imnieħrek bħat-​torri tal-​Libanu, li jħares lejn Damasku.  Rasek hi bħall-​Karmel,+ u t-​trofof+ taʼ xagħrek huma bħal suf miżbugħ vjola ħamrani.+ Is-​sultan mitluf wara xagħrek imdendel.+  Kemm int sabiħa, u kemm int ħelwa, O tfajla maħbuba, fik għaxqa li ma bħalha!+  Din l-​istatura tiegħek tixbah lil siġra tal-​palm,+ u sidrek+ lil għenieqed tat-​tamal.  Jien għedt, ‘Ħa nitlaʼ fuq is-​siġra tal-​palm, biex naqbad il-​friegħi tagħha bit-​tamal.’+ U, jekk jogħġbok, ħa jkun sidrek bħall-​għenieqed tad-​dielja, u r-​riħa tfuħ taʼ mnifsejk bħat-​tuffieħ,  u t-​togħma taʼ fommok bħall-​aqwa nbid,”+ “inbid li jinżel ħelu ħelu+ għall-​għażiż tiegħi, u jċarċar bil-​mod fuq xofftejn dawk li jkunu reqdin. 10  “Jien taʼ l-​għażiż tiegħi,+ u hu mxennaq għalija.+ 11  Ejja, O għażiż tiegħi, ħa mmorru fir-​rabaʼ;+ ejja noqogħdu qalb il-​pjanti tal-​ħenna.+ 12  Ejja nqumu kmieni u mmorru fl-​għelieqi tad-​dwieli, ħa naraw jekk id-​dielja rmietx,+ iż-​żahar fetaħx,+ is-​siġar tar-​rummien warrdux.+ Hemmhekk nesprimi mħabbti lejk.+ 13  Il-mandragori*+ rħew ir-​riħa tfuħ tagħhom, u ħdejn il-​bibien tagħna hemm minn kull xorta taʼ frott mill-​aqwa.+ Il-​ġdid u l-​qadim, O għażiż tiegħi, erfajtu għalik.

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 30:14, in-​nota taʼ taħt.