L-Għanja taʼ Salamun 4:1-16

4  “Ara! Int sabiħa,+ O maħbuba tiegħi. Ara! Int sabiħa. Għajnejk bħal tal-​ħamiem,+ taħt il-​velu tiegħek.+ Xagħrek bħal merħla mogħoż+ li niżlu joqomsu mill-​muntanji taʼ Gilegħad.+  Snienek bħal merħla nagħaġ li għadhom kemm ġew imġiżżin+ u li telgħu mill-​ħasil, ilkoll għandhom tewmin, u l-​ebda waħda minnhom ma tilfet iż-​żgħar tagħha.  Xofftejk huma bħal ħajta lewn l-​iskarlat, u kliemek pjaċevoli.+ Ngħasek bħal flieli taʼ rummiena taħt il-​velu tiegħek.+  Għonqok+ bħat-​torri+ taʼ David, mibni b’filati tal-​ġebel, li miegħu hemm imdendlin elf tarka, it-​tarki tondi kollha+ taʼ l-​irġiel setgħanin.  Sidrek qisu żewġt ifrieħ,+ tewmin t’għażżiela, li qed jirgħu fost il-​ġilji.”+  “Qabel tonfoħ iż-​żiffa+ u jgħibu d-​dellijiet, jien nitlaq lejn il-​muntanja tal-​mirra u l-​għolja taʼ l-​inċens abjad.”+  “Int kollok kemm int sabiħa,+ O maħbuba tiegħi, u m’hemm l-​ebda difett fik.+  Ejja miegħi mil-​Libanu, O għarusa,+ ejja miegħi mil-​Libanu.+ Inżel minn fuq il-​quċċata taʼ l-​Anti-Libanu,* mill-​quċċata tas-​Senir+ u tal-​Ħermon,+ mill-​bejtiet taʼ l-​iljuni, mill-​muntanji tal-​leopardi.  Ġegħeltha tħabbat lil qalbi, O oħti,+ għarusa tiegħi,+ ġegħeltha tħabbat lil qalbi b’waħda minn għajnejk,+ b’pendent wieħed tal-​ġiżirana tiegħek. 10  Kemm huma sbieħ l-​espressjonijiet tiegħek taʼ mħabba,+ O oħti, għarusa tiegħi! Kemm huma aħjar l-​espressjonijiet tiegħek taʼ mħabba mill-​inbid, u r-​riħa tfuħ taż-​żjut tiegħek minn kull xorta taʼ fwieħa!+ 11  Xofftejk dejjem iqattru l-​għasel tax-​xehda,+ O għarusa tiegħi. Għasel+ u ħalib għandek taħt ilsienek, u r-​riħa tfuħ taʼ ħwejġek+ hi bħar-​riħa tfuħ tal-​Libanu. 12  Ġnien imsakkar hi oħti,+ l-​għarusa tiegħi, ġnien imsakkar, għajn taʼ l-​ilma siġillata. 13  Il-ġilda tiegħek ġenna tar-​rummien, bl-​aqwa frott,+ pjanti tal-​ħenna flimkien maʼ pjanti taʼ l-​ispikonardu;+ 14  l-ispikonardu+ u ż-​żagħfran,+ il-​qasab aromatiku+ u l-​kannella,+ kif ukoll kull xorta taʼ siġra taʼ l-​inċens abjad, mirra u sabbara,+ flimkien maʼ l-​aqwa fwejjaħ;+ 15  u għajn taʼ l-​ilma fil-​ġonna, bir taʼ ilma ġieri,+ u nixxigħat żgħar neżlin mil-​Libanu.+ 16  Qum, O riħ mit-​tramuntana, u idħol ġewwa, O riħ min-​nofsinhar.+ Onfoħ fuq il-​ġnien tiegħi.+ Ħa jinfirxu l-​fwejjaħ tiegħu.” “Ħa jidħol l-​għażiż tiegħi fil-​ġnien tiegħu u jiekol mill-​aqwa frott li fih.”

Noti taʼ taħt

Letteralment, “Amana.”