L-Għanja taʼ Salamun 3:1-11

3  “Matul l-​iljieli fuq soddti fittixt lil dak li ruħi tħobb.+ Fittixtu, imma ma sibtux.  Ħa nqum u mmur indur fil-​belt;+ ħa mmur infittex fit-​toroq u fil-​pjazez+ lil dak li ruħi tħobb. Fittixtu, imma ma sibtux.  Sabuni l-​għassiesa+ li kienu qed iduru mal-​belt, ‘Rajtuh lil dak li ruħi tħobb?’  Bilkemm ilħaqt għaddejthom li ma sibtx lil dak li ruħi tħobb. Qbadtu, u ma ridtx nitilqu qabel ma ndaħħlu f’dar ommi u fil-​kamra taʼ dik li darba kienet tqila bija.  Ġegħeltkom taħilfu,+ O bniet taʼ Ġerusalemm, bl-​għażżiela jew biċ-​ċerva tar-​rabaʼ,+ li ma tipprovawx tqajmu jew tqanqlu fija l-​imħabba qabel ma titqanqal waħedha.”+  “Dik x’inhi li tielgħa mix-​xagħri bħal kolonni tad-​duħħan, imfewħa bil-​mirra u bl-​inċens abjad,+ u b’kull tip taʼ terra tfuħ tan-​negozjanti?”+  “Ara! Dik is-​sodda tiegħu, taʼ Salamun. Madwarha hemm sittin raġel setgħan mill-​irġiel setgħanin taʼ Israel.+  Ilkoll kemm huma għandhom sejf u mħarrġin għat-​taqbid tal-​gwerra; kull wieħed b’sejfu fuq ġenbu minħabba dak li jistaʼ jikkaġuna l-​biżaʼ bil-​lejl.”+  “Dik il-​lettiga* tas-​Sultan Salamun, li għamel għalih innifsu mis-​siġar tal-​Libanu.+ 10  Il-kolonni tagħha għamilhom tal-​fidda, u maʼ xiex iserraħ għamlu tad-​deheb. Fejn joqgħod bil-​qiegħda magħmul minn suf miżbugħ vjola ħamrani, u ġewwa tħejja bi mħabba mill-​bniet taʼ Ġerusalemm.” 11  “Oħorġu, O bniet taʼ Sijon, u ħarsu lejn is-​Sultan Salamun bil-​girlanda+ li nisġitlu ommu+ f’jum iż-​żwieġ tiegħu u f’jum il-​ferħ taʼ qalbu.”+

Noti taʼ taħt

Divan jew sodda magħmula biex wieħed jinġarr b’mod irjali.