L-Għanja taʼ Salamun 2:1-17

2  “Jien sempliċi fjur taż-​żagħfran+ mill-​pjanura tax-​xatt,*+ ġilju tal-​widien.”+  “Bħal ġilju qalb ix-​xewk, hekk hi l-​maħbuba tiegħi fost il-​bniet.”+  “Bħal siġra tat-​tuffieħ+ qalb is-​siġar tal-​foresta, hekk hu l-​għażiż tiegħi fost il-​ġuvintur.+ Ixxennaqt bil-​ħrara għad-​dell tiegħu, u hemmhekk qgħadt bil-​qiegħda, u frottu togħomtu ħelu.  Hu daħħalni fid-​dar taʼ l-​inbid,+ u l-​bandiera+ li firex fuqi kienet l-​imħabba.+  Agħtuni ċ-​ċapep taż-​żbib biex nerġaʼ nieħu saħħti,+ itimgħuni t-​tuffieħ; għax jien marida bl-​imħabba.+  Idu x-​xellugija taħt rasi; u idu l-​leminija tħaddanni.+  Ġegħeltkom taħilfu,+ O bniet taʼ Ġerusalemm, bl-​għażżiela*+ jew biċ-​ċerva+ tar-​rabaʼ, li ma tipprovawx tqajmu jew tqanqlu fija l-​imħabba qabel ma titqanqal waħedha.+  “Il-​ħoss taʼ l-​għażiż tiegħi!+ Ara! Ġej,+ tielaʼ fuq il-​muntanji, jaqbeż fuq l-​għoljiet.  L-għażiż tiegħi qisu għażżiela+ jew ferħ taʼ ċerv. Ara! Hu qiegħed wara l-​ħajt tagħna, iħares fit-​twieqi, jittawwal+ mill-​gradi tat-​twieqi.* 10  L-għażiż tiegħi wiġibni u qalli, ‘Qum, maħbuba tiegħi, sabiħa tiegħi,+ u ejja.+ 11  Għax ara! L-​istaġun tax-​xita+ għadda, ix-​xita waqfet u telqet. 12  Deher iż-​żahar fil-​pajjiż,+ żmien iż-​żbir tad-​dwieli+ wasal, u f’pajjiżna nstemaʼ leħen il-​gamiema.+ 13  U s-​siġra tat-​tin+ sajret it-​tin bikri tagħha;+ u d-​dwieli għandhom iż-​żahar, u qed jarmu riħa tfuħ. Qum, O maħbuba tiegħi,+ sabiħa tiegħi, u ejja. 14  O ħamiema tiegħi+ li qiegħda fil-​kenn taʼ l-​irdum, f’post mistur ħdejn trejqa wieqfa fil-​muntanji, ħallini narak,+ ħallini nismaʼ leħnek, għax leħnek pjaċevoli u s-​sura tiegħek sabiħa.’”+ 15  “Aqbdulna l-​volpijiet,+ il-​volpijiet iż-​żgħar li qed iħarbtulna l-​għelieqi tad-​dwieli, għax l-​għelieqi tad-​dwieli tagħna għandhom iż-​żahar.”+ 16  “L-​għażiż taʼ qalbi hu tiegħi u jien tiegħu.+ Qed jirgħa l-​merħla+ qalb il-​ġilji.+ 17  Dur lejja, O għażiż tiegħi, qabel tonfoħ iż-​żiffa u jgħibu d-​dellijiet; kun bħall-​għażżiela+ jew bħall-​ferħ taċ-​ċerv fuq il-​muntanji tal-​firda.

Noti taʼ taħt

Jew, “mis-​Saron.”
Jew, “ċerva ħafifa.”
Ara Mħ 5:28, in-​nota taʼ taħt.