L-Għanja taʼ Salamun 1:1-17

1  L-isbaħ għanja,+ taʼ Salamun:+  “Ħa jbusni bil-​bews taʼ fommu.+ Għax l-​espressjonijiet tiegħek taʼ mħabba huma aħjar mill-​inbid.+  Iż-żejt tiegħek+ jarmi riħa tfuħ. Ismek bħal żejt li jitferraʼ.+ Għalhekk ħabbewk it-​tfajliet.  Iġbidni miegħek;+ ejja niġru. Is-​sultan daħħalni fil-​kmamar tiegħu!+ Ejja nifirħu u nithennew flimkien. Ejja nsemmu l-​espressjonijiet tiegħek taʼ mħabba iktar mill-​inbid.+ Mhux taʼ b’xejn ħabbewk.+  “Sewda jien, imma sabiħa, O bniet taʼ Ġerusalemm,+ bħat-​tined taʼ Kedar,+ imma bħad-​drappijiet tat-​tinda+ taʼ Salamun.  Tħarsux lejja għax jien samra, minħabba li ratni x-​xemx. Ulied ommi rrabjaw miegħi; qabbduni nieħu ħsieb l-​għelieqi tad-​dwieli, għalkemm l-​għalqa tad-​dwieli tiegħi,+ dik li kelli jien, ma ħadtx ħsiebha.  “O int li ruħi tħobb,+ għidli fejn tmur tirgħa l-​merħla,+ fejn tiħodha tistrieħ f’nofsinhar. Għalfejn għandi nsir bħal mara mgeżwra fl-​ilbies tal-​vistu fost l-​imrieħel taʼ sħabek?”  “Jekk ma tafx, O l-​isbaħ waħda fost in-​nisa,+ mur wara l-​passi tal-​merħla u irgħa l-​gidjien tiegħek maġenb it-​tined tar-​rgħajja.”  “ Maʼ debba minn tiegħi fost il-​karrijiet tal-​Fargħun xebbahtek,+ O maħbuba tiegħi.+ 10  Sbieħ ħaddejk bejn il-​malji taʼ xagħrek, għonqok imdawwar b’kullana taż-​żibeġ.+ 11  Nagħmlulek ċrieki tad-​deheb+ u żibeġ tal-​fidda.” 12  “Waqt li s-​sultan kien mal-​mejda tonda tiegħu, l-​ispikonardu*+ tiegħi reħa l-​fwieħa tiegħu.+ 13  Bħal borża bil-​mirra+ hu għalija l-​għażiż tiegħi; se jqattaʼ l-​lejl bejn sidri.+ 14  Bħal għanqud ħenna*+ hu għalija l-​għażiż tiegħi, qalb l-​għelieqi tad-​dwieli t’Għajn-geddi.”+ 15  “Ara! Int sabiħa, O maħbuba tiegħi.+ Ara! Int sabiħa. Għajnejk bħal tal-​ħamiem.”+ 16  “Ara! Int sabiħ,+ għażiż tiegħi, u ħelu wkoll. Is-​sodda tagħna+ tal-​weraq. 17  It-travi tad-​dar mill-​isbaħ tagħna huma ċ-​ċedri,+ u s-​saqaf tagħna huwa s-​siġar tal-​ġnibru.

Noti taʼ taħt

Ħaxixa tfuħ.
Pjanta li minnha tittieħed żebgħa kannella fl-​aħmar.