Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Imħallfin 8:1-35

8  Imbagħad l-irġiel t’Efrajm qalulu: “X’inhu dan li għamiltilna, li ma sejjaħtilniex meta mort tiġġieled kontra Midjan?”+ U riedu bilfors jaqbdu tilwima miegħu.+  Fl-aħħar qalilhom: “Issa x’għamilt jien ħdejkom?+ M’huwiex it-tilqit taʼ l-għeneb li ġabar Efrajm+ aħjar mill-ġbir taʼ l-għeneb t’Abi-għeżer?+  Mhux f’idkom tahom Alla lill-prinċpijiet Għoreb u Żeb+ taʼ Midjan, u xi rnexxieli nagħmel jien ħdejkom?” Kien meta qalilhom din il-kelma li l-ispirtu tagħhom ikkalma.+  Fl-aħħar, Gidegħon wasal ħdejn il-Ġordan, u qasam, hu u t-tliet mitt raġel li kienu miegħu, li għalkemm kienu għajjenin baqgħu jiġru wara l-għadu.  Iktar tard hu qal lill-irġiel taʼ Sukkot:+ “Jekk jogħġobkom, agħtu l-ftajjar lin-nies li mexjin warajja,+ għax huma għajjenin u jien qed niġri wara Żebaħ+ u Salmunna,+ is-slaten taʼ Midjan.”  Imma l-prinċpijiet taʼ Sukkot qalu: “Huma idejn Żebaħ u Salmunna diġà f’idejk sabiex jingħata l-ħobż lill-armata tiegħek?”+  Għal dan, Gidegħon qal: “Huwa għalhekk li meta Ġeħova jagħti lil Żebaħ u Salmunna f’idejja, jien inċarrat laħamkom bix-xewk tax-xagħri u bl-għollieq.”+  U hu kompla tielaʼ fi triqtu minn hemmhekk għal Penwel+ u kellimhom bl-istess mod, imma l-irġiel taʼ Penwel wiġbuh bħalma kienu wieġbu l-irġiel taʼ Sukkot.  Għaldaqstant qal ukoll lill-irġiel taʼ Penwel: “Meta niġi lura fis-sliem, inġarraf dan it-torri.”+ 10  Issa Żebaħ u Salmunna+ kienu f’Karkor, u l-kampijiet tagħhom magħhom, u mill-kamp kollu tan-nies tal-lvant+ kien baqaʼ madwar ħmistax-il elf; u diġà kienu waqgħu mija u għoxrin elf raġel li jisiltu s-sejf.+ 11  U Gidegħon kompla tielaʼ mit-triq taʼ dawk li jgħammru fit-tined lejn il-lvant taʼ Noba u Ġogbegħa+ u beda jidrob lill-kamp waqt li l-kamp ma kienx għassa.+ 12  Meta Żebaħ u Salmunna ħarbu, hu minnufih telaq jiġri warajhom u rnexxielu jaqbad liż-żewġ slaten taʼ Midjan, Żebaħ u Salmunna;+ u riegħed lill-kamp kollu bil-biżaʼ. 13  U Gidegħon bin Ġowas reġaʼ lura mill-gwerra mill-mogħdija li titlaʼ għal Ħeres. 14  Hu u sejjer ħataf lil żagħżugħ mill-irġiel taʼ Sukkot+ u għamillu xi mistoqsijiet.+ Għalhekk, dan kitiblu l-ismijiet tal-prinċpijiet+ taʼ Sukkot u x-xjuħ tagħha, sebgħa u sebgħin raġel. 15  Għaldaqstant, hu mar għand l-irġiel taʼ Sukkot u qal: “Hawn huma Żebaħ u Salmunna li intom għajjartuni bihom, billi għedtu, ‘Huma idejn Żebaħ u Salmunna diġà f’idejk sabiex jingħata l-ħobż lill-irġiel għajjenin tiegħek?’”+ 16  Imbagħad ħa lix-xjuħ tal-belt u xi xewk tax-xagħri u għollieq, u ta lezzjoni bihom lill-irġiel taʼ Sukkot.+ 17  U ġarraf+ it-torri taʼ Penwel,+ u qatel lill-irġiel tal-belt. 18  Hu issa qal lil Żebaħ u Salmunna:+ “X’tip taʼ rġiel kienu dawk li qtiltu f’Tabor?”+ Għal dan, qalulu: “Bħalek kienu huma, kull wieħed minnhom, bħall-ulied taʼ sultan f’surithom.” 19  Għal dan, hu qal: “Kienu ħuti, ulied ommi. Daqskemm hu ħaj Ġeħova, kieku ħallejtuhom ħajjin, ma kienx ikolli għalfejn noqtolkom.”+ 20  Imbagħad qal lil Ġeter, l-ewwel imwieled tiegħu: “Qum, oqtolhom.” U ż-żagħżugħ ma silitx sejfu, għax beda jibżaʼ, peress li kien għadu żgħir.+ 21  Għalhekk, Żebaħ u Salmunna qalulu: “Qum int u attakkana, għax is-setgħa taʼ raġel turi x’raġel hu.”+ Għaldaqstant, Gidegħon qam u qatel+ lil Żebaħ u Salmunna u ħa l-ornamenti għamla taʼ qamar li kienu m’għonq l-iġmla tagħhom. 22  Iktar tard, l-irġiel taʼ Israel qalu lil Gidegħon: “Aħkem fuqna,+ int u ibnek u bin ibnek ukoll, għax int salvajtna minn id Midjan.”+ 23  Imma Gidegħon qalilhom: “La jien ma se naħkem fuqkom, u lanqas ibni ma jaħkem fuqkom.+ Ġeħova se jaħkem fuqkom.”+ 24  U Gidegħon kompla jgħidilhom: “Ħa nitlobkom xi ħaġa: Agħtuni, kull wieħed minnkom, il-ħolqa taʼ l-imnieħer li ħadtu bħala priża.” (Għax dawk mirbuħin kellhom ħoloq taʼ l-imnieħer tad-deheb,+ peress li kienu Ismagħelin.)+ 25  Imbagħad qalu: “Dażgur li nagħtuhomlok.” Għal dan, huma firxu mantell u kull wieħed minnhom tefaʼ fih il-ħolqa taʼ l-imnieħer li kien ħa bħala priża. 26  U b’kollox il-ħoloq taʼ l-imnieħer tad-deheb li talabhom kienu jiżnu elf u sebaʼ mitt xekel deheb, minbarra l-ornamenti għamla taʼ qamar+ u l-imsielet u l-ilbiesi tas-suf miżbugħ vjola ħamrani+ li kellhom fuqhom is-slaten taʼ Midjan u minbarra l-ġiżirani li kienu m’għonq l-iġmla.+ 27  U Gidegħon għamel dan f’efod+ u esponieh f’beltu Għofra;+ u hemmhekk Israel kollu beda jkollu relazzjonijiet immorali maʼ l-efod,+ u b’hekk serva bħala nassa għal Gidegħon u għan-nies taʼ daru.+ 28  B’hekk, Midjan+ ġie mrażżan quddiem ulied Israel, u ma refax rasu iktar; u l-art ma kellhiex iktar tfixkil għal erbgħin sena fi żmien Gidegħon.+ 29  U Ġerubbagħal*+ bin Ġowas mar għal triqtu u baqaʼ jgħammar f’daru. 30  U Gidegħon kellu sebgħin tifel+ li tnisslu minnu,* għax kien iżżewweġ ħafna nisa. 31  U l-konkubina tiegħu li kienet f’Sikem ukoll wilditlu iben. U semmieh Abimelek.+ 32  Maż-żmien, Gidegħon bin Ġowas miet meta kien xjaħ sew u ndifen fejn kien indifen missieru Ġowas f’Għofra taʼ l-Abi-għeżrin.+ 33  U ġara li malli miet Gidegħon, ulied Israel reġaʼ beda jkollhom relazzjonijiet immorali mal-Bagħalim,+ u b’hekk ħatru lil Bagħal-berit bħala l-alla tagħhom.+ 34  U wlied Israel ma ftakrux f’Ġeħova Alla tagħhom,+ li kien ħelishom minn id l-għedewwa kollha tagħhom taʼ madwarhom;+ 35  u ma wrewx qalb tajba bl-imħabba+ lejn in-nies taʼ dar Ġerubbagħal, Gidegħon, bi tpattija għat-tjubija kollha li hu kien wera maʼ Israel.+

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, Gidegħon. Ara Mħ 6:32.
Letteralment, “li ħarġu min-naħa taʼ fuq taʼ koxxtu.”