Imħallfin 7:1-25

7  Imbagħad Ġerubbagħal,+ jiġifieri, Gidegħon,+ u n-​nies kollha li kienu miegħu, qamu kmieni u waqqfu l-​kamp ħdejn il-​bir taʼ Ħarod; u l-​kamp taʼ Midjan kien lejn it-​tramuntana tiegħu, ħdejn l-​għolja taʼ More, fil-​pjanura l-​baxxa.  Ġeħova issa qal lil Gidegħon: “In-​nies li hemm miegħek huma wisq għalija biex nagħti lil Midjan f’idejhom.+ Għandu mnejn Israel jiftaħar+ bih innifsu kontrija, billi jgħid, ‘Idi salvatni.’+  U issa għajjat, jekk jogħġbok, biex jisimgħuk in-​nies, u għid, ‘Min qed jibżaʼ u jitriegħed? Ħa jirtira.’”+ U b’hekk, Gidegħon ipprovahom. Għaldaqstant, tnejn u għoxrin elf min-​nies irtiraw, u baqgħu għaxart elef.  Xorta waħda, Ġeħova qal lil Gidegħon: “Għad baqaʼ wisq nies.+ Niżżilhom ħdejn l-​ilma biex inkun nistaʼ nipprovahom hemmhekk. U jrid iseħħ li dwar kulmin ngħidlek, ‘Dan jiġi miegħek,’ jiġi miegħek, imma kull wieħed li dwaru ngħidlek, ‘Dan ma jiġix miegħek,’ ma jiġix.”  Għalhekk, niżżel lin-​nies ħdejn l-​ilma.+ Imbagħad Ġeħova qal lil Gidegħon: “Kulmin jilgħaq ftit mill-​ilma bi lsienu bħalma jagħmel kelb, qiegħdu fuq naħa, imma kulmin jinżel jixrob għarkopptejh qiegħdu naħa oħra.” +  U l-​għadd taʼ dawk li lagħqu l-​ilma b’idhom maʼ ħalqhom kien taʼ tliet mitt raġel. Il-​bqija tan-​nies kollha niżlu jixorbu l-​ilma għarkopptejhom.  Ġeħova issa qal lil Gidegħon: “Permezz tat-​tliet mitt raġel li lagħqu l-​ilma minn idhom se neħliskom, u jien se nagħti lil Midjan f’idek.+ Inkwantu għan-​nies l-​oħrajn kollha, ħallihom imorru kull wieħed lejn daru.”  Għalhekk, ħadu l-​provvisti tan-​nies l-​oħrajn, u l-​qarn tagħhom,+ u lill-​irġiel kollha taʼ Israel bagħathom kull wieħed lejn daru; u żamm lit-​tliet mitt raġel. U l-​kamp taʼ Midjan kien taħtu fil-​pjanura l-​baxxa.+  U ġara dak il-​lejl+ li Ġeħova qallu: “Qum, inżel għall-​kamp, għax jien tajtu f’idejk.+ 10  Imma jekk qed tibżaʼ tinżel, inżel lejn il-​kamp maʼ Pura l-​qaddej tiegħek.+ 11  U ismaʼ xi jkunu qed jgħidu,+ u wara dan idejk se jissaħħu,+ u żgur tinżel għall-​kamp.” Għal dan, hu u Pura l-​qaddej tiegħu niżlu sat-​tarf taʼ dawk imqassmin għall-​battalja li kienu fil-​kamp. 12  Issa Midjan u Għamalek u n-​nies kollha tal-​lvant+ kienu mixħutin fil-​pjanura l-​baxxa kotrana daqs il-​ġurati;+ u l-​iġmla tagħhom+ kienu bla għadd, kotrana bħar-​ramel li hemm f’xatt il-​baħar. 13  Imbagħad Gidegħon wasal, u, ara, kien hemm raġel jirrakkonta ħolma lil sieħbu, u qallu: “Ħlomt ħolma.+ U, ara! Kien hemm ftira tax-​xgħir li daħlet titgerbeb għal ġol-​kamp taʼ Midjan. Imbagħad ġiet ħdejn tinda, laqtitha, waqqgħetha,+ u qalbitha taʼ taħt fuq, u t-​tinda waqgħet ċatta.” 14  Għal dan, sieħbu wieġeb+ u qal: “Dan m’hu xejn ħlief is-​sejf taʼ Gidegħon+ bin Ġowas, raġel minn Israel. L-​Alla l-​veru+ ta lil Midjan u lill-​kamp kollu f’idejh.”+ 15  U ġara li malli Gidegħon semaʼ l-​ħolma tiġi rakkontata u spjegata,+ hu beda jagħti qima.+ Imbagħad reġaʼ lura lejn il-​kamp taʼ Israel u qal: “Qumu,+ għax Ġeħova reħa f’idejkom il-​kamp taʼ Midjan.” 16  Imbagħad hu qassam lit-​tliet mitt raġel fi tliet qtajjaʼ u tahom ilkoll qarn+ f’idejhom u ġarar kbar vojta u torċi ġewwa l-​ġarar kbar. 17  U qalilhom: “Tgħallmu minn dak li tarawni nagħmel, u agħmlu hekk intom ukoll. U meta nasal f’tarf il-​kamp, irid iseħħ ukoll li bħalma nagħmel jien, hekk tagħmlu intom. 18  Meta nkun daqqejt il-​qarn, jien u kulmin ikun miegħi, intom ukoll tridu ddoqqu l-​qarn madwar il-​kamp kollu,+ u tridu tgħidu, ‘Taʼ Ġeħova+ u taʼ Gidegħon!’” 19  Imbagħad Gidegħon wasal mal-​mitt raġel li kienu miegħu f’tarf il-​kamp malli bdiet l-​għassa tan-​nofs taʼ matul il-​lejl.*+ Kienu għadhom kif inbidlu s-​suldati taʼ l-​għassa. U huma daqqew il-​qarn,+ u farrku l-​ġarar kbar taʼ l-​ilma li kellhom f’idejhom.+ 20  Għal dan, it-​tliet qtajjaʼ daqqew il-​qarn+ u kissru l-​ġarar kbar u qabdu mill-​ġdid it-​torċi b’idhom ix-​xellugija u b’idhom il-​leminija l-​qarn biex idoqquh, u bdew jgħajtu: “Is-​sejf taʼ Ġeħova+ u taʼ Gidegħon!” 21  Sadanittant, huma baqgħu weqfin kull wieħed f’postu madwar il-​kamp kollu, u dawk kollha fil-​kamp telqu jiġru u qabdu jgħajtu u ħarbu.+ 22  U t-​tliet mija+ komplew idoqqu l-​qarn,+ u Ġeħova dawwar is-​sejf taʼ kull wieħed kontra l-​ieħor fil-​kamp kollu;+ u dawk fil-​kamp baqgħu jaħarbu sa Bet-sitta, lejn Serera, sa tarf Abel-meħola+ ħdejn Tabbat. 23  Sadanittant, l-​irġiel taʼ Israel kienu ssejħu flimkien minn Naftali+ u Aser+ u Manasse kollu,+ u marru jiġru+ wara Midjan. 24  U Gidegħon bagħat messaġġiera fir-​reġjun muntanjuż kollu t’Efrajm,+ jgħidu: “Inżlu biex tiltaqgħu maʼ Midjan u tieħdu f’idejkom l-​ilmijiet sa Bet-bara u l-​Ġordan qabilhom.” Għalhekk, l-​irġiel kollha t’Efrajm issejħu flimkien, u huma marru jieħdu f’idejhom l-​ilmijiet+ sa Bet-bara u l-​Ġordan. 25  Huma wkoll ħadu taħt idejhom liż-​żewġ prinċpijiet taʼ Midjan, jiġifieri, Għoreb u Żeb;+ u huma qatlu lil Għoreb fuq il-​blata t’Għoreb,+ u qatlu lil Żeb ħdejn il-​magħsar taʼ l-​inbid taʼ Żeb. U baqgħu jiġru wara Midjan,+ u ġabu ras Għoreb u dik taʼ Żeb għand Gidegħon fir-​reġjun tal-​Ġordan.+

Noti taʼ taħt

L-għassa tan-​nofs taʼ matul il-​lejl kienet tibda madwar l-​10:00 p.m. u kienet tibqaʼ sejra sas-​2:00 a.m.