Imħallfin 5:1-31

5  U dakinhar Debora,+ flimkien maʼ Barak+ bin Abinogħam,+ bdiet tkanta din l-​għanja+ li tgħid:   “Talli f’Israel ħallew xagħarhom imniżżel b’wegħda għall-​gwerra,Talli n-​nies offrew ruħhom bħala volontieri,+Bierku lil Ġeħova.+   Isimgħu, slaten;+ agħtu widen, uffiċjali għoljin:Lil Ġeħova jien, iva, jien, se nkanta.Se ngħanni+ lil Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel.+   Ġeħova, mal-​ħruġ tiegħek mis-​Segħir,+Mal-​mixi tiegħek ’il barra mit-​territorju t’Edom,+L-​art triegħdet,+ u s-​smewwiet qattru,+Is-​sħab ukoll qattar l-​ilma.   Il-muntanji gelglu lil hinn minn quddiem wiċċ Ġeħova,+Din is-​Sinaj+ lil hinn minn quddiem wiċċ Ġeħova,+ l-​Alla taʼ Israel.+   F’jiem Samgar+ bin Għanat,F’jiem Ġagħel,+ ma kien hemm ħadd għaddej mill-​mogħdijiet,U dawk li kienu jivvjaġġaw mit-​toroq kienu jivvjaġġaw minn mogħdijiet bid-​dawra.+   Dawk li kienu jgħammru fil-​kampanja taʼ Israel għabu,+Sakemm jien, Debora,+ qomt,Sakemm qomt bħala omm f’Israel.+   Huma għażlu allat ġodda.+Imbagħad kien hemm il-​gwerra f’bibien il-​belt.+Ma dehritx tarka, lanqas lanza,Fost erbgħin elf ruħ f’Israel.+   Qalbi hi mal-​kmandanti taʼ Israel,+Li kienu volontieri fost il-​poplu.+Bierku lil Ġeħova.+ 10  Intom li rekbin fuq ħmir nisa taʼ lewn ċar,+Intom li toqogħdu bil-​qiegħda fuq tapiti lussużi,U intom li timxu fit-​triq,Ikkunsidraw dan:+ 11  Instemgħu l-​ilħna taʼ dawk li jqassmu l-​ilma fil-​postijiet minfejn jittellaʼ l-​ilma,+Hemmhekk bdew jirrakkontaw l-​atti ġusti taʼ Ġeħova,+L-​atti ġusti tan-​nies tiegħu li jgħammru fil-​kampanja taʼ Israel.Kien f’dan iż-​żmien li l-​poplu taʼ Ġeħova niżel lejn il-​bibien. 12  Stenbaħ, stenbaħ, O Debora;+Stenbaħ, stenbaħ, lissen għanja!+Qum, Barak,+ u mexxi lill-​ilsiera tiegħek lil hinn, bin Abinogħam!+ 13  Kien dak iż-​żmien li dawk li baqgħu ħajjin niżlu ħdejn il-​kbarat;Il-​poplu taʼ Ġeħova niżel ħdejja kontra s-​setgħanin. 14  Dawk li ġew minn Efrajm qegħdin fil-​pjanura l-​baxxa,+Miegħek, O Benjamin, fost il-​popli tiegħek.Minn Makir+ niżlu l-​kmandanti,U minn Żebulun dawk li jużaw it-​tagħmir taʼ skriba.+ 15  U l-​prinċpijiet f’Issakar+ kienu maʼ Debora,U bħal Issakar, hekk kien Barak.+Intbagħat bil-​mixi lejn il-​pjanura l-​baxxa.+Fost it-​taqsimiet taʼ Ruben il-​qalb ġiet eżaminata bil-​kbir.+ 16  Għala qgħadt bil-​qiegħda bejn iż-​żewġ xkejjer taʼ mas-​sarġ,Biex tismaʼ d-​daqq tal-​fifra għall-​imrieħel?+Għat-​taqsimiet taʼ Ruben kien hemm eżaminar kbir tal-​qalb.+ 17  Gilegħad baqaʼ fir-​residenza tiegħu fuq in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan;+U Dan, għala baqaʼ jgħammar fil-​bastimenti?+Aser qagħad bil-​qiegħda jitlajja f’xatt il-​baħar,U baqaʼ jgħammar ħdejn il-​portijiet tiegħu.+ 18  Żebulun kien poplu li ssogra ruħu sal-​mewt;+Naftali+ wkoll, fuq l-​għoljiet tal-​kampanja.+ 19  Is-slaten ġew, u huma ġġieldu;Imbagħad is-​slaten taʼ Kangħan iġġieldu+F’Tagħnak+ biswit l-​ilmijiet taʼ Megiddo.+Ebda qligħ taʼ fidda ma ħadu.+ 20  Mis-sema ġġieldu l-​kwiekeb,+Mill-​orbiti tagħhom iġġieldu kontra Sisera. 21  Il-wied taʼ Kison kaxkarhom,+Il-​wied antik, il-​wied taʼ Kison.+Int irfist is-​saħħa,+ O ruħi. 22  Imbagħad id-​dwiefer taż-​żwiemel ħabbtu maʼ l-​art+Għax iż-​żwiemel tiegħu lebbtu fuq li lebbtu. 23  ‘Isħtu+ lil Meroż,’ qal l-​anġlu taʼ Ġeħova,+‘Isħtu lill-​abitanti tiegħu bla waqfien,Għax ma ġewx jgħinu lil Ġeħova,Jgħinu lil Ġeħova mas-​setgħanin.’ 24  Ġagħel+ mart Ħeber il-​Keni+ se tkun l-​iktar imbierka fost in-​nisa,Fost in-​nisa fit-​tined hi se tkun l-​iktar imbierka.+ 25  Talab l-​ilma, u tatu l-​ħalib;Fl-​iskutella l-​kbira tal-​kbarat ippreżentat ħalib bil-​baqta.+ 26  Imbagħad meddet idha lejn il-​musmar tat-​tinda,U lemintha lejn il-​martell taʼ dawk li jaħdmu iebes.+U sammret lil Sisera, nifditlu rasu,+Fetħitlu ngħasu beraħ u qasmithulu. 27  Ħdejn saqajha niżel, waqaʼ, imtedd;Ħdejn saqajha niżel, waqaʼ;Fejn niżel, hemmhekk waqaʼ megħlub.+ 28  Waħda mara ħarset barra mit-​tieqa u baqgħet għassa għalih,Omm Sisera mit-​tieqa bil-​grada,*+‘Il-​karru tiegħu tal-​gwerra għala qed idum ma jiġi?+Il-​ħsejjes taʼ saqajn iż-​żwiemel tal-​karrijiet tiegħu għala qed jittardjaw daqshekk?’+ 29  L-għorrief fost in-​nisa nobbli tagħha+ wiġbuha,Iva, hi wieġbet lilha nfisha bi kliemha stess, 30  ‘Ma jridux isibu, ma jridux iqassmu l-​priża,+Ġuf—żewġt iġwief* għal kull raġel b’saħħtu,+Priża taʼ materjal kulurit għal Sisera, priża taʼ materjal kulurit,Libsa rrakkmata, materjal kulurit, żewġ ilbiesi rrakkmatiGħall-​għenuq taʼ l-​irġiel li jieħdu l-​priża?’ 31  B’hekk, ħa jgħibu l-​għedewwa kollha tiegħek,+ O Ġeħova,U ħa jkunu dawk li jħobbuk+ bħal meta x-​xemx toħroġ fl-​aqwa tagħha.”+U l-​art ma kellhiex iktar tfixkil għal erbgħin sena.+

Noti taʼ taħt

Din tirreferi għal tieqa li minflok ħġieġ kellha strixxi msallbin taʼ l-​injam.
Espressjoni tas-​suldati għall-​konkubini maqbudin.