Imħallfin 21:1-25

21  Issa l-​irġiel taʼ Israel kienu għamlu ħalfa f’Mispa,+ u qalu: “Ħadd minna ma se jagħti lil bintu lil Benjamin b’martu.”+  Għaldaqstant, il-​poplu ġie Betel,+ u baqgħu bil-​qiegħda hemmhekk quddiem l-​Alla l-​veru+ sa fil-​għaxija u qagħdu jgħollu leħinhom u jibku biki kbir.+  U qalu: “Għala, O Ġeħova l-​Alla taʼ Israel, ġara dan f’Israel, li llum jonqos tribù minn Israel?”+  U ġara l-​għada li l-​poplu qam kmieni u bena artal hemmhekk u offra offerti tal-​ħruq+ u offerti taʼ sħubija.+  Imbagħad ulied Israel qalu: “Min mit-​tribujiet kollha taʼ Israel ma telax mal-​kongregazzjoni quddiem Ġeħova? Għax saret ħalfa kbira+ dwar il-​wieħed li ma telax quddiem Ġeħova f’Mispa, li tgħid, ‘Ħa jingħata l-​mewt żgur.’”+  U wlied Israel beda jiddispjaċihom għal ħuhom Benjamin. Għalhekk, qalu: “Illum tqaċċat tribù wieħed minn maʼ Israel.  X’se nagħmlulhom lil dawk li fadal biex ikollhom mara, issa li ħlifna+ b’Ġeħova li ma nagħtuhom lil ħadd mill-​bniet tagħna b’marthom?”+  U huma qalu: “Liema wieħed mit-​tribujiet taʼ Israel ma telax quddiem Ġeħova f’Mispa?”+ U, ara, ħadd minn Ġabes-gilegħad+ ma kien ġie fil-​kamp mal-​kongregazzjoni.  Meta l-​poplu kien magħdud, ara, ma kien hemm ħadd mill-​abitanti taʼ Ġabes-gilegħad. 10  Għalhekk, il-​ġemgħa bagħtet tnax-il elf mill-​iktar irġiel qalbenin li kien hemm u kkmandathom: “Morru, u aħbtu għall-​abitanti taʼ Ġabes-gilegħad b’xifer is-​sejf, għan-​nisa u t-​tfal ukoll.+ 11  U agħmlu hekk: Kulmin hu tas-​sess maskil u kull mara li mteddet maʼ xi ħadd tas-​sess maskil għandkom teqirduhom.”*+ 12  Madankollu, fost l-​abitanti taʼ Ġabes-gilegħad+ sabu erbaʼ mitt tfajla, verġni,+ li qatt ma mteddew maʼ raġel biex ikollhom x’jaqsmu miegħu. U ġabuhom lejn il-​kamp f’Silo,+ fl-​art taʼ Kangħan. 13  U l-​ġemgħa kollha bagħtet lil xi wħud ikellmu lil ulied Benjamin li kienu fuq il-​blata taʼ Rimmon+ u offrewlhom il-​paċi. 14  Għaldaqstant, f’dak iż-​żmien ulied Benjamin ġew lura. Imbagħad tawhom in-​nisa li kienu żammew ħajjin min-​nisa taʼ Ġabes-gilegħad;+ imma ma sabulhomx biżżejjed.+ 15  U l-​poplu ddispjaċieh għal Benjamin+ għax Ġeħova kien għamel tiċrita fit-​tribujiet taʼ Israel. 16  Għaldaqstant, ix-​xjuħ tal-​ġemgħa qalu: “X’se nagħmlulhom lill-​irġiel li fadal biex ikollhom mara, għax in-​nisa nqerdu għalkollox minn Benjamin?” 17  Imbagħad qalu: “Għandha tingħata proprjetà lil ulied Benjamin li ħarbu,+ biex ma jinqeridx tribù minn Israel. 18  Inkwantu għalina, ma nistgħux nagħtuhom nisa minn uliedna l-​bniet, għax ulied Israel ħalfu, u qalu, ‘Misħut dak li jagħti mara lil Benjamin.’”+ 19  Fl-aħħarnett qalu: “Ara! Minn sena għal sena jkun hemm festa taʼ Ġeħova f’Silo,+ li qiegħda lejn it-​tramuntana taʼ Betel, lejn il-​lvant tat-​triq ewlenija li titlaʼ minn Betel għal Sikem+ u lejn in-​nofsinhar taʼ Lebona.” 20  Għalhekk, huma kkmandaw lil ulied Benjamin, u qalulhom: “Morru u oqogħdu għal-​lest fl-​għelieqi tad-​dwieli. 21  U tridu tħarsu, u meta l-​ulied bniet taʼ Silo joħorġu jiżfnu,*+ oħorġu mill-​għelieqi tad-​dwieli u kull wieħed minnkom jaħtaf mara għalih bil-​forza mill-​bniet taʼ Silo, u morru lejn art Benjamin. 22  U jrid iseħħ li jekk missirijiethom jew ħuthom subien jiġu jippreżentaw kawża legali kontrina, aħna ngħidulhom, ‘Ħennu għalina minħabba fihom, għax fil-​gwerra aħna ma ħadniex mara għal kull wieħed minnhom.+ Barra minn hekk, ma kontux intom li tajtuhomlhom għax kieku kontu ssiru ħatjin.’”+ 23  Fi qbil maʼ dan, ulied Benjamin għamlu preċiż hekk, u ħadu nisa għalihom skond l-​għadd tagħhom+ min-​nisa li kienu qed jiżfnu+ dawramejt u ħatfuhom; u wara dan telqu u reġgħu lura lejn wirthom u bnew il-​bliet+ u bdew jgħammru fihom. 24  U f’dak iż-​żmien ulied Israel xterdu minn hemmhekk, kull wieħed lejn it-​tribù tiegħu u l-​familja tiegħu; u telqu minn hemmhekk, kull wieħed lejn wirtu.+ 25  F’dawk il-​jiem ma kienx hemm sultan f’Israel.+ Kulħadd kien imdorri jagħmel skond ma kien jidhirlu li hu sewwa f’għajnejh.+

Noti taʼ taħt

Jew, “tiddedikawhom għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “jiżfnu żfin dawra tond.”