Imħallfin 20:1-48

20  Għaldaqstant, ulied Israel kollha, minn Dan+ ’l isfel sa Bir-​xeba+ flimkien maʼ l-​art taʼ Gilegħad,+ ħarġu+ u l-​ġemgħa nġabret bħal bniedem wieħed+ quddiem Ġeħova f’Mispa.+  Għalhekk, l-​irġiel ewlenin tal-​poplu kollu, tat-​tribujiet kollha taʼ Israel, ħadu l-​pożizzjoni tagħhom fil-​kongregazzjoni tal-​poplu taʼ l-​Alla l-​veru,+ erbaʼ mitt elf raġel bil-​mixi li jisiltu s-​sejf.+  U wlied Benjamin semgħu li wlied Israel kienu telgħu Mispa.+ Imbagħad ulied Israel qalu: “Tkellmu. Kif ġrat din il-​ħaġa ħażina?”+  Għal dan, ir-​raġel, il-​Levita,+ ir-​raġel tal-​mara maqtula, wieġeb u qal: “Jien kont wasalt Gibegħa+ taʼ Benjamin, jien u l-​konkubina tiegħi,+ biex ngħaddu l-​lejl.  U sidien l-​art taʼ Gibegħa qamu kontrija u dawru d-​dar bil-​lejl għal kontrija. Kellhom il-​ħsieb li joqtlu lili, imma stupraw lill-​konkubina tiegħi,+ u fl-​aħħar mietet.+  Għalhekk, jien qbadt lill-​konkubina tiegħi u qattajtha biċċiet u bgħattha f’kull territorju taʼ wirt Israel,+ għax kienu ħadu sehem f’kondotta laxka+ u bluha t’għajb f’Israel.+  Ara! O intom ulied Israel kollha, tkellmu u agħtu l-​parir tagħkom+ hawnhekk.”  Għalhekk, il-​poplu kollu qam bħal bniedem wieħed,+ u qal: “Ħadd minna m’hu sejjer lejn it-​tinda tiegħu, u ħadd minna ma se jdur lejn daru.+  U issa hekk nagħmlu lil Gibegħa. Ejjew intellgħu x-​xorti+ u nitilgħu kontriha. 10  U rridu nieħdu għaxart irġiel minn mija mit-​tribujiet kollha taʼ Israel, u mija minn elf, u elf minn għaxart elef, biex iġibu l-​provvisti lill-​poplu, ħalli jieħdu azzjoni billi jmorru kontra l-​abitanti taʼ Gibegħa taʼ Benjamin, minħabba l-​bluha t’għajb+ kollha li għamlu f’Israel.” 11  B’hekk, l-​irġiel kollha taʼ Israel inġabru kontra l-​belt bħal bniedem wieħed, bħala alleati. 12  Għaldaqstant, it-​tribujiet taʼ Israel bagħtu xi rġiel lit-​tribù kollu taʼ Benjamin,+ jgħidu: “X’inhi din il-​ħaġa ħażina li seħħet fostkom?+ 13  U issa agħtuna f’idejna l-​irġiel,+ l-​irġiel li m’huma tajbin għal xejn,+ li hemm f’Gibegħa,+ sabiex nagħtuhom il-​mewt,+ u ejjew neqirdu l-​ħażen minn Israel.”+ U wlied Benjamin ma ridux jisimgħu minn leħen ħuthom, ulied Israel.+ 14  Imbagħad ulied Benjamin ħarġu mill-​bliet u nġabru flimkien f’Gibegħa biex joħorġu jitqabdu kontra wlied Israel. 15  F’dak il-​jum ulied Benjamin inġabru mill-​bliet, sitta u għoxrin elf raġel li jisiltu s-​sejf,+ apparti l-​abitanti taʼ Gibegħa, li minnhom inġabru sebaʼ mitt raġel magħżul. 16  Minn dawn in-​nies kollha kien hemm sebaʼ mitt raġel magħżul li kienu xellugin.+ Kull wieħed minn dawn kien iwaddab il-​ġebel bl-​iżbandola+ bi preċiżjoni taʼ ħxuna taʼ xagħra u ma kienx ifalli. 17  U l-​irġiel taʼ Israel inġabru għalihom, barra minn Benjamin, erbaʼ mitt elf raġel li jisiltu s-​sejf.+ Kull wieħed minn dawn kien gwerrier. 18  U huma qamu u telgħu Betel u stħarrġu x’jgħid Alla.+ Imbagħad ulied Israel qalu: “Min minna għandu jitlaʼ fuq quddiem għall-​battalja kontra wlied Benjamin?”+ Għal dan, Ġeħova qal: “Ġuda jkun fuq quddiem.”+ 19  Wara dan, ulied Israel qamu fil-​għodu u kkampjaw kontra Gibegħa. 20  L-irġiel taʼ Israel issa ħarġu biex jitqabdu kontra Benjamin; u l-​irġiel taʼ Israel qagħdu mqassmin għall-​battalja kontrihom f’Gibegħa. 21  Għalhekk, ulied Benjamin ħarġu minn Gibegħa+ u dakinhar qatlu tnejn u għoxrin elf raġel f’Israel u ħallewhom maʼ l-​art.+ 22  Madankollu, il-​poplu, l-​irġiel taʼ Israel, kienu kuraġġużi u mill-​ġdid qagħdu mqassmin għall-​battalja fil-​post fejn kienu tqassmu fl-​ewwel jum. 23  Imbagħad ulied Israel telgħu Betel u bkew+ quddiem Ġeħova sa fil-​għaxija u stħarrġu x’jgħid Ġeħova, u qalu: “Nersaq mill-​ġdid għall-​battalja kontra wlied ħija Benjamin?”+ U Ġeħova qal: “Itlaʼ kontrih.” 24  Fi qbil maʼ dan, ulied Israel marru għal ulied Benjamin fit-​tieni jum.+ 25  Min-naħa tiegħu, Benjamin ħareġ minn Gibegħa jiltaqaʼ magħhom fit-​tieni jum u qatel tmintax-il elf raġel ieħor minn fost ulied Israel u ħalliehom maʼ l-​art,+ ilkoll uħud li jisiltu s-​sejf.+ 26  Għal dan, ulied Israel kollha,+ iva, il-​poplu kollu, telgħu u waslu Betel u bkew+ u qagħdu bil-​qiegħda hemmhekk quddiem Ġeħova u samu+ dakinhar sa fil-​għaxija u offrew offerti tal-​ħruq+ u offerti taʼ sħubija*+ quddiem Ġeħova. 27  Wara dan, ulied Israel stħarrġu x’jgħid Ġeħova,+ għax f’dawk il-​jiem hemmhekk kienet l-​arka tal-​patt+ taʼ l-​Alla l-​veru. 28  Issa Fineħas+ bin Elgħażar, bin Aron, kien wieqaf quddiemha f’dawk il-​jiem,+ jgħid: “Nerġaʼ noħroġ nitqabad kontra wlied ħija Benjamin jew nieqaf nagħmel dan?”+ Għal dan, Ġeħova qal: “Itlaʼ, għax għada se nagħtih f’idek.”+ 29  Imbagħad, Israel qiegħed irġiel mistoħbijin+ kontra Gibegħa dawramejt. 30  U wlied Israel telgħu kontra wlied Benjamin fit-​tielet jum, u qagħdu mqassmin għall-​battalja kontra Gibegħa bħalma għamlu d-​drabi l-​oħrajn.+ 31  Meta wlied Benjamin ħarġu għal kontra l-​poplu, ġew imbegħdin mill-​belt.+ Imbagħad, bħal fid-​drabi l-​oħrajn, bdew jidorbu għall-​mewt lil xi wħud mill-​poplu, madwar tletin raġel taʼ Israel,+ fit-​toroq ewlenin, li waħda minnhom titlaʼ Betel+ u l-​oħra Gibegħa,+ fil-​kampanja. 32  Għalhekk, ulied Benjamin bdew jgħidu: “Qed nirbħulhom bħalma ġara fil-​bidu.”+ U wlied Israel qalu: “Ejjew naħarbu,+ u nbegħduhom mill-​belt lejn it-​toroq ewlenin.” 33  U l-​irġiel kollha taʼ Israel qamu minn posthom u qagħdu mqassmin għall-​battalja f’Bagħal-tamar, waqt li dawk taʼ Israel li kienu mistoħbijin+ ħarġu jattakkaw minn posthom fl-​inħawi qrib Gibegħa.+ 34  B’hekk, għaxart elef raġel magħżul minn Israel kollu ġew quddiem Gibegħa, u l-​ġlied kien aħrax; u l-​Benjamini ma kinux jafu li l-​gwaj+ kien imdendel fuqhom. 35  U Ġeħova għeleb lil Benjamin+ quddiem Israel, u b’hekk dakinhar ulied Israel qatlu f’Benjamin ħamsa u għoxrin elf u mitt raġel, ilkoll uħud li jisiltu s-​sejf.+ 36  Madankollu, ulied Benjamin immaġinaw li l-​irġiel taʼ Israel kienu tilfu meta bdew jagħtu l-​wisaʼ+ lil Benjamin għax kienu qed jafdaw f’dawk li kienu qegħduhom jistaħbew kontra Gibegħa. 37  U dawk mistoħbijin aġixxew b’ħeffa u telqu jiġru lejn Gibegħa.+ Imbagħad dawk li kienu mistoħbijin+ infirxu u ħabtu għall-​belt kollha b’xifer is-​sejf.+ 38  Issa l-​irġiel taʼ Israel kienu ftiehmu maʼ dawk mistoħbijin biex jagħmlulhom sinjal billi jtellgħu d-​duħħan mill-​belt.+ 39  Meta wlied Israel daru lura fil-​battalja, Benjamin beda jidrob għall-​mewt madwar tletin raġel minn fost l-​irġiel taʼ Israel,+ għax qal: “Żgur qed nirbħulhom bħalma ġara fl-​ewwel battalja.”+ 40  U s-​sinjal+ beda tielaʼ mill-​belt bħala kolonna tad-​duħħan.+ Għalhekk, meta Benjamin dawwar wiċċu, ara, il-​fjammi mill-​belt kollha kienu telgħin lejn is-​sema.+ 41  U l-​irġiel taʼ Israel daru bil-​kontra,+ u l-​irġiel taʼ Benjamin tfixklu,+ għax raw li l-​gwaj kien laħaqhom.+ 42  Għalhekk, dawn daru quddiem l-​irġiel taʼ Israel fid-​direzzjoni tax-​xagħri, u l-​battalja segwiethom mill-​qrib, waqt li l-​irġiel li ħarġu mill-​belt kienu qed joqtluhom f’nofshom. 43  Huma dawru lil Benjamin.+ Ġrew warajh mingħajr ma ħallewlu fejn jistrieħ.+ Għaffġuh taħt saqajhom eżatt quddiem Gibegħa+ lejn tlugħ ix-​xemx. 44  Fl-aħħar waqgħu tmintax-il elf raġel minn Benjamin, ilkoll irġiel qalbenin.+ 45  B’hekk, daru u ħarbu lejn ix-​xagħri lejn il-​blata taʼ Rimmon.+ U iktar minn hekk, l-​irġiel taʼ Israel laqqtu ħamest elef raġel minnhom fit-​toroq ewlenin,+ u baqgħu jiġru warajhom sa Gidgħom, u qatlu elfejn raġel ieħor minnhom. 46  U fl-​aħħar dawk kollha minn Benjamin li waqgħu f’dak il-​jum kienu ħamsa u għoxrin elf raġel li jisiltu s-​sejf,+ ilkoll irġiel qalbenin. 47  Imma sitt mitt raġel daru u ħarbu lejn ix-​xagħri lejn il-​blata taʼ Rimmon, u baqgħu jgħammru fuq il-​blata taʼ Rimmon+ erbaʼ xhur. 48  U l-​irġiel taʼ Israel ġew lura kontra wlied Benjamin u ħabtu b’xifer is-​sejf għal dawk fil-​belt, minn nies s’annimali domestiċi u dawk kollha li nstabu.+ Barra minn hekk, il-​bliet kollha li nstabu tawhom in-​nar.+

Noti taʼ taħt

Jew, “offerti taʼ sliem.” Offerti li fihom il-​qassis, l-​aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.