Imħallfin 2:1-23

2  Imbagħad l-​anġlu taʼ Ġeħova+ telaʼ minn Gilgal+ lejn Bokim+ u qal: “Jien ħriġtkom mill-​Eġittu u daħħaltkom fl-​art li dwarha ħlift lil missirijietkom.+ Iktar minn hekk, jien għedt, ‘Qatt ma se nikser il-​patt tiegħi magħkom.+  U min-​naħa tagħkom, tagħmlux patt maʼ l-​abitanti taʼ din l-​art.+ L-​artali tagħhom għandkom iġġarrfuhom.’+ Imma intom ma smajtux minn leħni.+ Għala għamiltuh dan?+  Għalhekk jien, min-​naħa tiegħi, għedt, ‘M’iniex se nkeċċihom minn quddiemkom, u huma jridu jsiru nases għalikom,+ u l-​allat tagħhom se jservu taʼ lixka għalikom.’”+  U ġara li malli l-​anġlu taʼ Ġeħova qal dan il-​kliem lil ulied Israel kollha, in-​nies bdew jgħollu leħinhom u jibku.+  Għalhekk, semmew dak il-​post Bokim.* U hemmhekk offrew sagrifiċċji lil Ġeħova.  Meta Ġożwè bagħat lill-​poplu, ulied Israel marru fi triqithom, kulħadd lejn wirtu, biex jieħdu l-​art f’idejhom.+  U l-​poplu kompla jaqdi lil Ġeħova l-​jiem kollha taʼ Ġożwè u l-​jiem kollha tax-​xjuħ li baqgħu ħajjin wara Ġożwè u li kienu raw l-​għemejjel kbar kollha li Ġeħova għamel għal Israel.+  Imbagħad Ġożwè bin Nun, il-​qaddej taʼ Ġeħova, miet fl-​età taʼ mija u għaxar snin.+  Għalhekk, difnuh fit-​territorju taʼ wirtu f’Timnat-ħeres*+ fir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm, fit-​tramuntana tal-​Muntanja Gagħas.+ 10  U dik il-​ġenerazzjoni kollha wkoll inġabret maʼ missirijietha,+ u warajha bdiet tielgħa ġenerazzjoni oħra li ma kinitx taf lil Ġeħova jew dak li kien għamel għal Israel.+ 11  U wlied Israel intefgħu jagħmlu dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova+ u jaqdu lill-​Bagħalim.+ 12  Għalhekk, huma abbandunaw lil Ġeħova l-​Alla taʼ missirijiethom li kien ħariġhom mill-​art taʼ l-​Eġittu+ u mxew wara allat oħrajn minn fost l-​allat tal-​popli li kienu madwarhom+ u bdew imilu quddiemhom, biex b’hekk offendew lil Ġeħova.+ 13  B’dan, huma abbandunaw lil Ġeħova u bdew jaqdu lil Bagħal u lix-​xbihat t’Għastoret.+ 14  Għaldaqstant, ir-​rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra Israel,+ u b’hekk tahom f’idejn dawk li jaħtfuhom, u huma ħatfuhom;+ u hu biegħhom lill-​għedewwa tagħhom taʼ madwarhom,+ u ma kellhomx iktar il-​ħila jieqfu quddiem l-​għedewwa tagħhom.+ 15  Kulfejn ħarġu, id Ġeħova kienet kontrihom għall-​gwaj,+ bħalma Ġeħova kien qal u bħalma Ġeħova kien ħalfilhom;+ u ġew f’sitwazzjoni mwiegħra ferm.+ 16  Għalhekk, Ġeħova kien iqajjem imħallfin,+ u huma kienu jsalvawhom minn id dawk li jaħtfuhom.+ 17  U lanqas mill-​imħallfin tagħhom ma semgħu, imma kellhom relazzjonijiet immorali+ m’allat oħrajn+ u mielu quddiemhom. Huma malajr żvijaw mit-​triq li kienu mxew fiha missirijiethom. Dawn kienu obdew il-​kmandamenti taʼ Ġeħova+ imma huma m’għamlux hekk. 18  U meta Ġeħova qajmilhom l-​imħallfin,+ Ġeħova kien maʼ l-​imħallef, u salvahom minn id l-​għedewwa tagħhom il-​jiem kollha taʼ l-​imħallef; għax Ġeħova kien jiddispjaċih+ għat-​tnehid tagħhom minħabba dawk li kienu qed jaħqruhom+ u dawk li kienu qed jitfgħuhom ’l hemm u ’l hawn. 19  U ġara li meta l-​imħallef kien imut huma kienu jduru lura u jaġixxu b’mod mill-​agħar iktar minn missirijiethom billi jimxu wara allat oħrajn biex jaqduhom u jmilu quddiemhom.+ Ma waqfux mill-​għemejjel tagħhom u mill-​imġiba stinata tagħhom.+ 20  Fl-aħħarnett, ir-​rabja taʼ Ġeħova xegħlet+ kontra Israel u qal: “Talli dan il-​ġens kiser il-​patt tiegħi+ li jien ikkmandajt lil missirijiethom u ma semgħux minn leħni,+ 21  jien ukoll, min-​naħa tiegħi, ma nerġaʼ nkeċċi minn quddiemhom lill-​ebda wieħed mill-​ġnus li Ġożwè ħalla warajh meta miet,+ 22  sabiex bihom ngħaddi minn prova+ lil Israel, jekk humiex se jħarsu t-​triq taʼ Ġeħova billi jimxu fiha bħalma ħarsuha missirijiethom, jew le.” 23  Għaldaqstant, Ġeħova ħalla lil dawn il-​ġnus jibqgħu billi ma keċċihomx mill-​ewwel,+ u ma tahomx f’idejn Ġożwè.

Noti taʼ taħt

Ifisser  “Bekkejja.”
“Timnat-sera” f’Ġoż 19:50 u 24:30.