Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Imħallfin 19:1-30

19  Issa ġara f’dawk il-jiem li ma kienx hemm sultan f’Israel.+ U ċertu Levita kien qed jgħammar għal xi żmien fl-iktar partijiet imbegħdin tar-reġjun muntanjuż t’Efrajm.+ Maż-żmien, hu ħa b’martu konkubina+ minn Betlehem+ taʼ Ġuda.  U l-konkubina tiegħu bdiet tiżni+ kontrih. Fl-aħħar telqet mingħandu u marret lejn dar missierha f’Betlehem taʼ Ġuda u baqgħet hemmhekk erbaʼ xhur sħaħ.  Imbagħad żewġha qam u mar warajha biex jgħidilha kliem li jmissilha qalbha u jġibha lura; u miegħu kien hemm il-qaddej tiegħu+ u żewġt iħmir. Għalhekk, daħħlitu f’dar missierha. Meta missier il-mara żagħżugħa rah, hu minnufih laqgħu bil-ferħ.  Għaldaqstant, il-kunjatu tiegħu, missier il-mara żagħżugħa, żammu, u b’hekk hu kompla jgħammar miegħu tlett ijiem; u kienu jieklu u jixorbu, u hu kien iqattaʼ l-lejl hemmhekk.+  U ġara fir-rabaʼ jum, meta qamu kmieni fil-għodu bħas-soltu, li hu qam biex jitlaq, imma missier il-mara żagħżugħa qal lil ħatnu: “Ħalli qalbek titrejjaq bi ftit ħobż+ u wara tistgħu tmorru.”  Għalhekk, qagħdu bil-qiegħda, u t-tnejn li huma bdew jieklu u jixorbu flimkien; wara dan, missier il-mara żagħżugħa qal lir-raġel: “Ejja, jekk jogħġbok, u oqgħod il-lejl,+ u ħa tifraħ qalbek.”+  Meta r-raġel qam biex jitlaq, il-kunjatu tiegħu baqaʼ jitolbu bil-ħniena, u b’hekk hu reġaʼ qattaʼ l-lejl hemmhekk.+  Meta fil-ħames jum qam kmieni fil-għodu biex jitlaq, missier il-mara żagħżugħa qal: “Jekk jogħġbok, ħalli qalbek titrejjaq.”+ U qagħdu jitnikkru sakemm daħal il-jum sew. U t-tnejn li huma baqgħu jieklu.  Imbagħad ir-raġel+ qam biex jitlaq, hu u l-konkubina tiegħu+ u l-qaddej tiegħu;+ imma l-kunjatu, missier il-mara żagħżugħa, qallu: “Ħares, issa! Il-jum daħal sew u kważi sar fil-għaxija. Jekk jogħġbok, oqogħdu l-lejl.+ Ara, il-jum kważi spiċċa. Oqgħod hawnhekk dal-lejl, u ħa tifraħ qalbek.+ U għada qumu kmieni għall-vjaġġ tagħkom, u mur lejn it-tinda tiegħek.” 10  Madankollu, ir-raġel ma qabilx li joqgħod il-lejl, imma qam u telaq għal triqtu u wasal sa quddiem Ġebus,+ jiġifieri, Ġerusalemm;+ u miegħu kien hemm iż-żewġt iħmir mixdudin bis-sarġ, u l-konkubina tiegħu u l-qaddej tiegħu. 11  Waqt li kienu qrib Ġebus, meta d-dawl tal-jum kien naqas mhux ħażin,+ il-qaddej qal lil sidu: “Ejja, issa, ħa nilwu lejn din il-belt tal-Ġebusin+ u ngħaddu l-lejl fiha.” 12  Imma sidu qallu: “Ħa ma nilwux lejn belt taʼ barranin+ li m’humiex parti minn ulied Israel; u nibqgħu sejrin sa Gibegħa.”+ 13  U kompla jgħid lill-qaddej tiegħu: “Ejja nersqu lejn wieħed mill-postijiet, u ngħaddu l-lejl f’Gibegħa jew f’Rama.”+ 14  Għalhekk, baqgħu sejrin u komplew fi triqithom, u x-xemx bdiet nieżla fuqhom meta kienu qrib Gibegħa, li hi taʼ Benjamin. 15  Għaldaqstant, huma lwew għal hemmhekk biex jidħlu u jgħaddu l-lejl f’Gibegħa. U daħlu u qagħdu bil-qiegħda fil-pjazza tal-belt, u ħadd ma daħħalhom id-dar biex jgħaddu l-lejl għandu.+ 16  Fl-aħħar, ara, kien hemm xiħ dieħel mix-xogħol tiegħu fl-għalqa fil-għaxija,+ u r-raġel kien mir-reġjun muntanjuż t’Efrajm,+ u kien qed jgħammar għal xi żmien f’Gibegħa; imma n-nies tal-post kienu Benjamini.+ 17  Meta refaʼ għajnejh ra lir-raġel, il-vjaġġatur, fil-pjazza tal-belt. U x-xiħ qal: “Fejn sejjer, u minfejn ġej?”+ 18  Għal dan, hu qallu: “Aħna għaddejna minn Betlehem taʼ Ġuda u sejrin lejn l-iktar partijiet imbegħdin tar-reġjun muntanjuż t’Efrajm.+ Jien minn hemmhekk, imma mort Betlehem taʼ Ġuda;+ u issa sejjer lejn dari, u ħadd ma daħħalni d-dar.+ 19  U għandna kemm tiben kif ukoll għalf niexef+ għall-ħmir tagħna, u għandna kemm ħobż+ u kemm inbid għalija u għall-ilsira tiegħek+ u għall-qaddej+ li hemm mal-qaddej tiegħek. Ma jonqosna xejn.” 20  Madankollu, ix-xiħ qal: “Ħa jkollok is-sliem!+ Ħalli f’idejja għal dak li jonqsok.+ Biss tgħaddix il-lejl fil-pjazza.” 21  Imbagħad, hu daħħlu f’daru+ u tefaʼ lill-ħmir taħlita t’għalf.+ Imbagħad ħaslu saqajhom+ u bdew jieklu u jixorbu. 22  Waqt li kienu qed iferrħu lil qalbhom,+ ara, l-irġiel tal-belt, qabda rġiel m’huma tajbin għal xejn,+ dawru d-dar,+ jimbottaw lil xulxin mal-bieb; u bdew jgħidu lix-xiħ, sid id-dar: “Oħroġ lir-raġel li ġie f’darek, biex ikollna x’naqsmu miegħu.”+ 23  Għal dan, sid id-dar ħareġ barra ħdejhom u qalilhom:+ “Le, ħuti,+ tagħmlu xejn ħażin, jekk jogħġobkom, ladarba dan ir-raġel ġie f’dari. Tagħmlux din il-bluha t’għajb.+ 24  Hawn huma t-tifla verġni tiegħi u l-konkubina tiegħu. Ħa noħroġhom, jekk jogħġobkom, u stuprawhom+ u agħmlulhom dak li jidhrilkom li hu tajjeb f’għajnejkom. Imma lil dan ir-raġel tagħmlulux din il-bluha t’għajb.” 25  U l-irġiel ma ridux jisimgħuh. Għalhekk, ir-raġel qabad il-konkubina tiegħu+ u ħariġhielhom barra; u kellhom x’jaqsmu magħha,+ u baqgħu jabbużawha+ l-lejl kollu sa fil-għodu, u wara dan bagħtuha meta beda jżernaq. 26  Imbagħad il-mara ġiet hekk kif kien qed jisbaħ, u waqgħet fid-daħla tad-dar tar-raġel fejn kien hemm sidha,+ u baqgħet hemmhekk sad-dawl taʼ bi nhar. 27  Iktar tard sidha qam fil-għodu u fetaħ il-bieb tad-dar u ħareġ biex jitlaq għal triqtu, u, ara, il-mara, il-konkubina tiegħu,+ kienet mixħuta fid-daħla tad-dar b’idejha fuq l-għatba! 28  U qalilha: “Qum, ejja mmorru.” Imma ma kienx hemm tweġiba.+ Għal dan, ir-raġel ħadha fuq il-ħmar u qam u mar lejn daru.+ 29  Imbagħad daħal f’daru u ħa s-sikkina tal-biċċiera u qabad il-konkubina tiegħu u qattagħha skond għadamha fi tnax-il biċċa+ u bagħatha f’kull territorju taʼ Israel.+ 30  U ġara li kulmin ra dan qal: “Ħaġa bħal din qatt ma seħħet jew dehret minn dakinhar li wlied Israel ħarġu mill-art taʼ l-Eġittu sa llum. Ikkunsidraw dan bir-reqqa, ħudu parir+ u tkellmu.”

Noti taʼ taħt