Imħallfin 18:1-31

18  F’dawk il-​jiem ma kienx hemm sultan f’Israel.+ U f’dawk il-​jiem it-​tribù tad-​Danin+ kien qed ifittex wirt għalih fejn jgħammar; għax sa dak il-​jum ma kienx għadu messhom wirt f’nofs it-​tribujiet taʼ Israel.+  Fl-aħħar, ulied Dan bagħtu ħamest irġiel mill-​familja tagħhom, irġiel minn fosthom, irġiel qalbenin, minn Sorgħa+ u Estagħol,+ biex jitkixxfu+ l-​art u jaraw kif inhi. U qalulhom: “Morru u araw kif inhi l-​art.” U huma waslu fir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm+ sad-​dar taʼ Mikea+ u qattgħu l-​lejl hemmhekk.  Waqt li kienu qrib id-​dar taʼ Mikea, huma għarfu leħen iż-​żagħżugħ, il-​Levita, u b’hekk ilwew għal hemmhekk. U qalulu: “Min ġabek hawnhekk, u x’qed tagħmel f’dan il-​post, u x’interess għandek hawnhekk?”  U hu qalilhom: “Hekk u hekk għamel għalija Mikea biex jikrini+ u naqdi bħala qassis+ għalih.”  Imbagħad qalulu: “Stħarreġ,+ jekk jogħġbok, x’jgħid Alla+ biex inkunu nafu jekk triqitna li sejrin fiha hix se tirnexxi.”  Għalhekk, il-​qassis qalilhom: “Morru fil-​paċi. Triqitkom li sejrin fiha qiegħda quddiem Ġeħova.”  Fi qbil maʼ dan, il-​ħamest irġiel baqgħu sejrin u waslu Lajs+ u raw kif in-​nies taʼ ġo fiha kienu qed jgħammru billi jistrieħu fuqhom infushom skond id-​drawwa tas-​Sidonin, kwieti u bla suspett,+ u ma kien hemm ebda konkwistatur aħrax li kien qed jaħqarhom f’dik l-​art. Barra minn hekk, kienu ’l bogħod mis-​Sidonin+ u ma kellhom xejn x’jaqsmu maʼ nies oħrajn.  Fl-aħħar waslu għand ħuthom f’Sorgħa+ u Estagħol,+ u ħuthom bdew jgħidulhom: “Kif mortu?”  Għal dan, qalu: “Qumu, u ejjew nitilgħu kontrihom; għax rajna l-​art, u, ara, hi tajba ħafna.+ Imma intom qed iddumu taħsbuha. Toqogħdux titnikkru biex tidħlu u tieħdu l-​art f’idejkom.+ 10  Meta tidħlu, se tiġu għand poplu bla suspett,+ u l-​art wiesgħa mhux ħażin; għax Alla tahielkom f’idejkom,+ post li ma jonqsu xejn milli hawn fuq l-​art.”+ 11  Imbagħad sitt mitt raġel li kienu mħażżmin b’armi tal-​gwerra, mill-​familja tad-​Danin,+ telqu minn hemmhekk, jiġifieri, minn Sorgħa u Estagħol.+ 12  U telgħu u kkampjaw f’Kirjat-ġegħarim+ f’Ġuda. Huwa għalhekk li dan il-​post semmewh Maħane-dan*+ u għadu hekk sa llum. Ara! Dan hu lejn il-​punent taʼ Kirjat-ġegħarim. 13  Imbagħad, għaddew minn hemmhekk lejn ir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm u waslu sad-​dar taʼ Mikea.+ 14  Imbagħad il-​ħamest irġiel li kienu marru biex jitkixxfu+ l-​art taʼ Lajs+ wieġbu u qalu lil ħuthom: “Kontu tafu li f’dawn id-​djar hemm efod u terafim+ u xbieha skolpita+ u statwa magħmula minn metall imdewweb?+ U issa aħsbu x’għandkom tagħmlu.”+ 15  Għalhekk, ilwew għal hemmhekk u marru fid-​dar taż-​żagħżugħ, il-​Levita,+ fid-​dar taʼ Mikea, u bdew jistaqsu kif kien sejjer.+ 16  Sadanittant, is-​sitt mitt raġel minn ulied Dan,+ li kienu mħażżmin bl-​armi tal-​gwerra tagħhom,+ kienu weqfin fid-​daħla. 17  Il-ħamest irġiel li kienu marru jitkixxfu l-​art+ issa telgħu, sabiex jidħlu ġewwa u jieħdu x-​xbieha skolpita+ u l-​efod+ u t-​terafim+ u x-​xbieha magħmula minn metall imdewweb.+ (U l-​qassis+ kien wieqaf fid-​daħla mas-​sitt mitt raġel li kienu mħażżmin b’armi tal-​gwerra.) 18  U daħlu fid-​dar taʼ Mikea u ħadu x-​xbieha skolpita, l-​efod u t-​terafim u x-​xbieha magħmula minn metall imdewweb.+ Għal dan, il-​qassis+ qalilhom: “X’qed tagħmlu?” 19  Imma qalulu: “Oqgħod kwiet. Qiegħed idek fuq fommok, u ejja magħna u sir missier+ u qassis+ għalina. X’inhu l-​aħjar, li tibqaʼ qassis għad-​dar taʼ raġel wieħed+ jew li ssir qassis għal tribù u familja f’Israel?”+ 20  Dan ferraħ+ lil qalb il-​qassis, u ħa l-​efod u t-​terafim u x-​xbieha skolpita+ u mar f’nofs dawn in-​nies. 21  Imbagħad huma daru u telqu fi triqithom u poġġew lit-​tfal u l-​bhejjem u l-​affarijiet taʼ valur quddiemhom.+ 22  U kienu tbiegħdu mid-​dar taʼ Mikea meta l-​irġiel li kienu fid-​djar qrib id-​dar taʼ Mikea+ ssejħu flimkien u pprovaw jilħqu lil ulied Dan. 23  Meta baqgħu jgħajtu lil ulied Dan, dawn dawru wiċċhom u qalu lil Mikea: “Xi ġralek+ biex sejjaħt lil din il-​folla flimkien?” 24  Għalhekk, qal: “Ħadtuli l-​allat+ li għamilt,+ u l-​qassis+ ukoll, u sejrin ’l hemm; u x’baqagħli iktar?+ Allura, kif tistgħu tgħiduli, ‘Xi ġralek?’” 25  U wlied Dan qalulu: “Tħallix leħnek jinstemaʼ fostna, li ma jmorrux jattakkawkom xi rġiel b’ruħhom mimlija mrar,+ u jkollok titlef ħajtek u l-​ħajja* tan-​nies taʼ darek.” 26  U wlied Dan baqgħu sejrin fi triqithom; u Mikea ra li huma kienu iktar b’saħħithom minnu,+ u għalhekk dar u mar lura lejn daru. 27  U huma ħadu dak li kien għamel Mikea u lill-​qassis+ tiegħu, u baqgħu sejrin lejn Lajs,+ kontra poplu kwiet u bla suspett.+ U ħabtu għalihom b’xifer is-​sejf,+ u l-​belt ħarquha bin-​nar.+ 28  U ma kienx hemm ħellies, għax kienet ’il bogħod minn Sidon,+ u ma kellhom xejn x’jaqsmu maʼ nies oħrajn; u kienet fil-​pjanura l-​baxxa taʼ Bet-reħob.+ Imbagħad bnew il-​belt u bdew jgħammru fiha.+ 29  Iktar minn hekk, sejħu l-​isem tal-​belt Dan b’isem missierhom, Dan,+ li kien twieled lil Israel.+ Madankollu, il-​belt qabel kien jisimha Lajs.+ 30  Wara dan, ulied Dan waqqfu x-​xbieha skolpita;+ u Ġonatan+ bin Gersom,+ bin Mosè, hu u wliedu saru qassisin għat-​tribù tad-​Danin sal-​jum li fih l-​art ittieħdet fl-​eżilju.+ 31  U żammew ix-​xbieha skolpita li kien għamel Mikea mwaqqfa l-​jiem kollha li d-​dar+ taʼ l-​Alla l-​veru baqgħet f’Silo.+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Kamp taʼ Dan.”
Letteralment, “titlef ruħek u r-​ruħ.”