Imħallfin 17:1-13

17  Issa kien hemm raġel mir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm+ li kien jismu Mikea.  Maż-żmien qal lil ommu: “L-​elf u mitt biċċa tal-​fidda li ttieħdu mingħandek u li fuqhom lissint saħta+ u għedtha fejn stajt nisimgħek jien—ara, il-​fidda qiegħda għandi. Jien kont li ħadtha.”+ Għal dan, ommu qalet: “Ħa jkun imbierek ibni minn Ġeħova.”+  Għaldaqstant, hu ta lura l-​elf u mitt biċċa tal-​fidda lil ommu;+ u ommu qalet: “Bla dubju jien irrid inqaddes il-​fidda lil Ġeħova minn idi għall-​ġid taʼ ibni, sabiex tintgħamel xbieha skolpita+ u statwa minn metall imdewweb;+ u mbagħad nagħtihielek lura.”  Għalhekk, hu ta lura l-​fidda lil ommu, u ommu ħadet mitejn biċċa tal-​fidda u tathom lill-​arġentier.+ U dan għamel xbieha skolpita+ u statwa minn metall imdewweb;+ u tqiegħdet f’dar Mikea.  U r-​raġel Mikea kellu dar taʼ l-​allat,+ u għamel efod+ u terafim*+ u lil wieħed minn uliedu tah is-​setgħa f’idu,+ biex jaqdi bħala qassis għalih.+  F’dawk il-​jiem ma kienx hemm sultan f’Israel.+ U kulħadd kien imdorri jagħmel skond ma kien jidhirlu li hu sewwa f’għajnejh.+  Issa kien hemm żagħżugħ minn Betlehem+ taʼ Ġuda mill-​familja taʼ Ġuda, u kien Levita.+ U għammar hemmhekk għal xi żmien.  U r-​raġel telaq mill-​belt taʼ Betlehem taʼ Ġuda biex jgħammar għal xi żmien fejn setaʼ jsib post. Fl-​aħħar, waqt li kien sejjer fi triqtu, wasal fir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm u baqaʼ sejjer sad-​dar taʼ Mikea.+  Imbagħad Mikea qallu: “Minfejn ġej?” Għal dan, qallu: “Jien Levita minn Betlehem taʼ Ġuda, u sejjer ngħammar għal xi żmien fejn nistaʼ nsib post.” 10  Għalhekk, Mikea qallu: “Oqgħod miegħi u aqdi bħala missier+ u qassis+ għalija, u jien, min-​naħa tiegħi, nagħtik għaxar biċċiet tal-​fidda fis-​sena u tibdila ħwejjeġ xierqa u l-​ikel tiegħek.” Għaldaqstant, il-​Levita daħal. 11  B’hekk, il-​Levita ddeċieda li joqgħod mar-​raġel, u ż-​żagħżugħ sar għalih qisu wieħed minn uliedu. 12  Iktar minn hekk, Mikea ta s-​setgħa f’id il-​Levita,+ biex iż-​żagħżugħ ikun jistaʼ jaqdi bħala qassis+ għalih u jibqaʼ fid-​dar taʼ Mikea. 13  Għalhekk, Mikea qal: “Issa tassew naf li Ġeħova se jittrattani tajjeb, għax il-​Levita sar qassis għalija.”+

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 31:19, in-​nota taʼ taħt.