Imħallfin 16:1-31

16  Darba Sansun mar Gaża+ u hemmhekk ra prostituta u daħal għandha.+  U lill-​Gażin ngħatatilhom l-​aħbar: “Sansun daħal hawnhekk.” Għalhekk, dawruh+ u qagħdu jistennewh il-​lejl kollu f’bieb il-​belt.+ U qagħdu kwieti l-​lejl kollu, u qalu: “Malli jisbaħ fil-​għodu, noqtluh.”+  Madankollu, Sansun imtedd sa nofs il-​lejl u mbagħad qam f’nofs il-​lejl u qabad il-​bibien taʼ bieb il-​belt+ u ż-​żewġ pilastri tal-​ġenb u qalagħhom flimkien maʼ l-​istanga u għabbiehom fuq spallejh u ġarrhom+ ’il fuq lejn il-​quċċata tal-​muntanja quddiem Ħebron.+  U ġara wara dan, li sar iħobb mara mill-​wied* taʼ Sorek, u kien jisimha Dalila.+  U s-​sidien alleati+ tal-​Filistin telgħu għandha u qalulha: “Qarraq+ bih u ara fiex qiegħda s-​saħħa kbira tiegħu u kif nistgħu negħlbuh u biex nistgħu nkunu ċerti li norbtuh ħalli rrażżnuh; u kull wieħed minna jagħtik elf u mitt biċċa tal-​fidda.”+  Iktar tard Dalila qalet lil Sansun: “Għidli, jekk jogħġbok, Fiex qiegħda s-​saħħa kbira tiegħek u biex jistaʼ jorbtok xi ħadd ħalli jrażżnek?”+  Imbagħad Sansun qalilha: “Jekk jorbtuni b’sebaʼ ħbula tan-​nerv+ friski u mhux imnixxfin, jien niddgħajjef u nsir bħal bniedem komuni.”  Għalhekk, is-​sidien alleati+ tal-​Filistin ġabulha sebaʼ ħbula tan-​nerv friski u mhux imnixxfin. U iktar tard rabtitu bihom.  Issa n-​nies kienu mistoħbijin fil-​kamra taʼ ġewwa tagħha,+ u hi qaltlu: “Il-​Filistin+ huma fuqek, Sansun!” Għal dan, qataʼ l-​ħbula fi tnejn, bħalma ħajta mibruma tal-​qanneb tinqataʼ fi tnejn malli xxomm in-​nar.+ U ma skoprewx minfejn kienet ġejja s-​saħħa tiegħu.+ 10  U Dalila+ qalet lil Sansun: “Ara! Int għaddejtni biż-​żmien u gdibtli.+ Issa għidli, jekk jogħġbok, biex tistaʼ tintrabat.” 11  Għalhekk, qalilha: “Jekk jorbtuni sew bi ħbula ġodda li ma sar ebda xogħol bihom, jien niddgħajjef u nsir bħal bniedem komuni.” 12  Allura Dalila ħadet ħbula ġodda u rabtitu bihom u qaltlu: “Il-​Filistin huma fuqek, Sansun!” Sadanittant, in-​nies kienu staħbew fil-​kamra taʼ ġewwa.+ Għal dan, hu qataʼ l-​ħbula fi tnejn minn maʼ dirgħajh bħal ħajta.+ 13  Imbagħad Dalila qalet lil Sansun: “S’issa għaddejtni biż-​żmien u gdibtli.+ Għidli biex tistaʼ tintrabat.”+ U qalilha: “Billi tinseġ is-​sebaʼ malji taʼ rasi mal-​ħjut mimdudin tan-​newl.”+ 14  Għaldaqstant issikkathom bil-​musmar, u qaltlu: “Il-​Filistin huma fuqek, Sansun!”+ Għalhekk, qam mill-​irqad u qalaʼ l-​musmar tan-​newl u l-​ħjut mimdudin. 15  Issa qaltlu: “Kif tażżarda tgħid, ‘Inħobbok,’+ meta qalbek m’hijiex miegħi? Dawn it-​tliet darbiet għaddejtni biż-​żmien u m’għedtlix fiex qiegħda s-​saħħa kbira tiegħek.”+ 16  U ġara li minħabba li l-​ħin kollu bdiet tagħmillu pressjoni+ bi kliemha u baqgħet tinsistilu, ruħu tilfet il-​paċenzja għall-​mewt.+ 17  Fl-aħħar, fetaħ qalbu magħha+ għalkollox u qalilha: “Il-​mus+ qatt m’għadda minn fuq rasi, għax jien ilni Nażirit t’Alla minn żaqq ommi.+ Kieku kelli nitqarweż, is-​saħħa tiegħi titlaqni, u niddgħajjef u nsir bħall-​bnedmin l-​oħrajn kollha.”+ 18  Meta Dalila rat li kien fetaħ qalbu magħha għalkollox, minnufih bagħtet issejjaħ lis-​sidien alleati+ tal-​Filistin, u qaltilhom: “Itilgħu din id-​darba, għax hu fetaħ qalbu miegħi għalkollox.”+ U s-​sidien alleati tal-​Filistin telgħu għandha u ġabu l-​flus magħhom.+ 19  U hi raqqditu fuq irkopptejha. Imbagħad sejħet raġel u ġegħlitu jqarwiżlu s-​sebaʼ malji taʼ rasu, u mbagħad bdiet turi li kienet rażżnitu, u s-​saħħa tiegħu bdiet titilqu. 20  Issa qalet: “Il-​Filistin huma fuqek, Sansun!” Għal dan, qam mill-​irqad u qal: “Se noħroġ bħal drabi oħrajn+ u ninħeles.” U hu ma kienx jaf li Ġeħova kien telqu.+ 21  Għalhekk, il-​Filistin qabduh u qalgħulu għajnejh+ u niżżluh Gaża+ u rabtuh b’żewġ ktajjen tar-​ram aħmar;+ u qabbduh jitħan+ fil-​ħabs.+ 22  Sadanittant, wara li tqarweż,+ ix-​xagħar taʼ rasu reġaʼ beda jikber folt. 23  U s-​sidien alleati tal-​Filistin inġabru flimkien biex joffru sagrifiċċju kbir lill-​alla tagħhom Dagon+ u biex jifirħu, u bdew jgħidu: “L-​alla tagħna ta f’idejna lil Sansun, l-​għadu tagħna!”+ 24  Meta rawh in-​nies, minnufih bdew ifaħħru lill-​alla tagħhom,+ “għax,” qalu huma, “l-​alla tagħna ta f’idejna l-​għadu tagħna+ u dak li ħarbtilna artna+ u li qatel ħafna minna.”+ 25  U ġara li minħabba li qalbhom kienet ferħana,+ qalu: “Sejħu lil Sansun biex joqgħod idaħħaqna.”+ Għalhekk, sejħu lil Sansun mill-​ħabs biex jgħaddu ż-​żmien bih;+ u qegħduh bil-​wieqfa bejn il-​kolonni. 26  Imbagħad Sansun qal lit-​tifel li kien qed iżommlu idu: “Ħallini nħoss il-​kolonni li d-​dar hi mwaqqfa fis-​sod fuqhom ħa nserraħ magħhom.” 27  (Issa d-​dar kienet mimlija rġiel u nisa, u s-​sidien alleati kollha tal-​Filistin kienu hemmhekk;+ u fuq il-​bejt kien hemm madwar tlett elef raġel u mara li kienu qed iħarsu waqt li Sansun kien qed idaħħaqhom.)+ 28  Imbagħad Sansun+ sejjaħ lil Ġeħova+ u qal: “Mulej Sovran Ġeħova, jekk jogħġbok ftakar fija,+ u saħħaħni,+ jekk jogħġbok, għal din id-​darba biss, O int l-​Alla l-​veru, u ħallini nivvendika ruħi mill-​Filistin għal waħda minn għajnejja t-​tnejn.”+ 29  Għal dan, Sansun ipprepara ruħu maż-​żewġ kolonni tan-​nofs li d-​dar kienet imwaqqfa fis-​sod fuqhom, u qabad magħhom, waħda b’idu l-​leminija u l-​oħra bix-​xellugija. 30  U Sansun qal: “Ħa tmut ruħi+ mal-​Filistin.” Imbagħad intlewa bis-​saħħa, u d-​dar waqgħet fuq is-​sidien alleati u fuq in-​nies kollha li kienu fiha,+ u b’hekk il-​mejtin li qatel f’mewtu kienu iktar milli qatel f’ħajtu.+ 31  Iktar tard niżlu ħutu u n-​nies kollha taʼ dar missieru u refgħuh u tellgħuh u difnuh bejn Sorgħa+ u Estagħol+ fejn indifen missieru Manogħa.+ U kien iġġudika lil Israel għal għoxrin sena.+

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.