Imħallfin 15:1-20

15  U ġara wara ftit taż-​żmien, fi żmien il-​ħsad tal-​qamħ, li Sansun mar iżur lil martu b’gidi.+ U qal: “Se nidħol għand marti fil-​kamra taʼ ġewwa.”+ U missierha ma ħalliehx jidħol.  Imma missierha qallu: “Jien tabilħaqq għedt f’qalbi, ‘Int bilfors li tobgħodha.’+ Għalhekk, tajtha lil wieħed minn dawk li kienu ssieħbu miegħek bħala l-​għarus.+ Oħtha ż-​żgħira mhix aħjar minnha? Jekk jogħġbok, ħa ssir tiegħek hi minflok l-​oħra.”  Madankollu, Sansun qalilhom: “Did-darba nkun ħieles mill-​ħtija kontra l-​Filistin jekk nagħmlilhom il-​ħsara.”+  U Sansun mar u qabad tliet mitt volpi+ u dawwarhom denb maʼ denb u qabad xi torċi u qiegħed torċa bejn żewġt idnieb, eżatt fin-​nofs.  Imbagħad hu ta n-​nar lit-​torċi u bagħat lill-​volpijiet fl-​għelieqi tal-​Filistin fejn kien hemm iż-​żaraʼ wieqaf. B’hekk, qabbad kollox bin-​nar, mill-​qatta saż-​żaraʼ wieqaf u l-​għelieqi tad-​dwieli u l-​imsaġar taż-​żebbuġ.+  U l-​Filistin bdew jgħidu: “Min għamel dan?” Imbagħad qalu: “Sansun, ir-​raġel taʼ bint it-​Timni, għax ħadlu lil martu u taha lil wieħed minn dawk li kienu ssieħbu miegħu bħala l-​għarus.”+ Għal dan, il-​Filistin telgħu u ħarqu lilha u lil missierha bin-​nar.+  Mill-banda l-​oħra, Sansun qalilhom: “Jekk qed tagħmlu hekk, m’hemm xejn x’nagħmel ħlief li nivvendika ruħi minnkom,+ u mbagħad nieqaf.”  U ħabat għalihom wieħed wara l-​ieħor u l-​qatla kienet kbira, u mbagħad niżel u beda jgħammar f’għar tal-​blata t’Għetam.+  Iktar tard il-​Filistin+ telgħu u kkampjaw f’Ġuda+ u qagħdu jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn f’Leħi biex jisirqu.+ 10  Imbagħad l-​irġiel taʼ Ġuda qalu: “Għala tlajtu kontrina?” u dawk qalulhom: “Tlajna norbtu lil Sansun, biex nagħmlulu kif għamlilna.” 11  Għalhekk, niżlu tlett elef raġel taʼ Ġuda lejn l-​għar tal-​blata t’Għetam+ u qalu lil Sansun: “Ma tafx li l-​Filistin qed jaħkmu fuqna?+ Allura, xi jfisser dan li għamiltilna?” Imbagħad hu qalilhom: “Kif għamluli għamiltilhom.”+ 12  Imma qalulu: “Inżilna biex norbtuk, ħalli nagħtuk f’idejn il-​Filistin.” Għal dan, Sansun qalilhom: “Aħilfuli li m’intomx se tmiddu idejkom fuqi.” 13  U huma qalulu: “Le, imma aħna sempliċement se norbtuk, u nerħuk f’idejhom; żgur m’aħniex se nagħtuk il-​mewt.” Fi qbil maʼ dan, rabtuh b’żewġ ħbula ġodda+ u tellgħuh mill-​blata. 14  Hu wasal Leħi, u l-​Filistin, min-​naħa tagħhom, għajtu bil-​ferħ malli rawh.+ U l-​ispirtu taʼ Ġeħova+ beda jaħdem fuqu, u l-​ħbula li kienu maʼ dirgħajh saru bħal ħjut taʼ l-​għażel maħruqin bin-​nar,+ u b’hekk l-​irbit tiegħu dab minn maʼ idejh. 15  Imbagħad sab għadma tarija taʼ xedaq taʼ ħmar u medd idu u ħadha u biha qatel elf raġel.+ 16  Imbagħad Sansun qal: “Bl-​għadma tax-​xedaq taʼ ħmar—gozz, żewġt igzuz! Bl-għadma tax-​xedaq taʼ ħmar qtilt elf raġel.”+ 17  U ġara li meta spiċċa jitkellem, hu minnufih rema l-​għadma tax-​xedaq minn idu u sejjaħ dak il-​post Ramat-leħi.*+ 18  U qabdu għatx kbir, u beda jsejjaħ lil Ġeħova u jgħid: “Kont int li tajt din is-​salvazzjoni kbira f’id il-​qaddej tiegħek;+ u issa sejjer jien immut bl-​għatx u naqaʼ f’idejn dawk li m’humiex ċirkonċiżi?”+ 19  Għaldaqstant, Alla fetaħ il-​ħofra forma taʼ mehrież li kien hemm f’Leħi, u beda ħiereġ l-​ilma+ minnha, u hu xorob, u reġaʼ ħa r-​ruħ+ u stejqer.+ Huwa għalhekk li semmieha Għajn-ħakkore,* li għadha f’Leħi sa llum. 20  U dam jiġġudika lil Israel fi żmien il-​Filistin għoxrin sena.+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Il-​Post Għoli taʼ l-​Għadma tax-​Xedaq.”
Ifisser “L-​Għajn (Nixxiegħa) tar-​Raġel li Sejjaħ.”