Imħallfin 14:1-20

14  U Sansun niżel Timna+ u ra mara f’Timna mill-​ulied bniet tal-​Filistin.  Għalhekk, telaʼ u qal b’dan lil missieru u lil ommu u qalilhom: “Rajt mara f’Timna mill-​ulied bniet tal-​Filistin, u issa ħuduhieli b’marti.”+  Imma missieru u ommu qalulu: “M’hemmx mara fost l-​ulied bniet taʼ ħutek u fost il-​poplu kollu tiegħi,+ biex se tieħu mara mill-​Filistin li m’humiex ċirkonċiżi?”+ Xorta waħda Sansun qal lil missieru: “Lilha ħudli, għax f’għajnejja hi l-​waħda adattata għalija.”  Min-naħa tagħhom, missieru u ommu ma kinux jafu li dan kien minn Ġeħova,+ li kien qed ifittex opportunità kontra l-​Filistin, billi f’dak iż-​żmien partikulari l-​Filistin kienu jaħkmu fuq Israel.+  Fi qbil maʼ dan, Sansun niżel Timna+ maʼ missieru u ommu. Meta wasal ħdejn l-​għelieqi tad-​dwieli taʼ Timna, ara, kien hemm iljun b’saħħtu li malli ltaqaʼ miegħu beda jgħajjat.  Imbagħad l-​ispirtu taʼ Ġeħova beda jaħdem fuqu,+ u b’hekk hu ċarrtu fi tnejn, qisu meta xi ħadd iċarrat gidi fi tnejn, u ma kellu xejn f’idu. U lil missieru u lil ommu ma qalilhomx x’kien għamel.  U hu kompla nieżel u kellem lill-​mara; u f’għajnejn Sansun hi kienet għadha l-​mara adattata għalih.+  Issa wara ftit taż-​żmien mar lura biex jiħodha d-​dar.+ U lewa biex jara l-​iljun mejjet, u fil-​ġisem mejjet taʼ l-​iljun kien hemm qatgħa kbira naħal u għasel.+  Għalhekk, laqqtu fil-​pali taʼ idejh u kompla miexi, jimxi u jiekol.+ Meta reġaʼ ngħaqad maʼ missieru u ommu, minnufih tahom ftit, u bdew jieklu. U ma qalilhomx li kien laqqat l-​għasel mill-​ġisem mejjet taʼ l-​iljun. 10  U missieru kompla nieżel għal għand il-​mara, u Sansun għamel ikla kbira hemmhekk;+ għax hekk kienu jagħmlu ż-​żgħażagħ. 11  U ġara li, malli rawh, tawh tletin raġel biex jissieħbu miegħu bħala l-​għarus u jibqgħu miegħu. 12  Imbagħad Sansun qalilhom: “Jekk jogħġobkom, ħa nippreżentalkom ħaġa moħġaġa.+ Jekk tassew tkunu kapaċi tgħiduhieli matul is-​sebat ijiem+ taʼ l-​ikla u ssolvuha, f’dak il-​każ jien ikolli nagħtikom tletin libsa li jintlibsu minn taħt u tletin tibdila ħwejjeġ.+ 13  Imma jekk ma tkunux kapaċi tgħiduhieli, intom tridu tagħtuni tletin libsa li jintlibsu minn taħt u tletin tibdila ħwejjeġ.” Għal dan, qalulu: “Ippreżenta l-​ħaġa moħġaġa tiegħek ħa nisimgħuha.” 14  Għalhekk, qalilhom:“Mill-​wikkiel+ ħarġet xi ħaġa li tittiekel,U mill-​wieħed b’saħħtu ħarġet xi ħaġa ħelwa.”+ U ma rnexxilhomx jgħidu x’inhi l-​ħaġa moħġaġa għal tlett ijiem. 15  U ġara fir-​rabaʼ jum li bdew jgħidu lil mart Sansun: “Qarraq b’żewġek ħa jgħidilna l-​ħaġa moħġaġa.+ Inkella naħarqu lilek u lil dar missierek bin-​nar.+ Jaqaw biex tiħdulna ġidna+ stidintuna hawnhekk?” 16  Għaldaqstant, mart Sansun bdiet tibkilu+ u tgħid: “Int tobgħodni, iva, u ma tħobbnix.+ Ippreżentajt ħaġa moħġaġa lil ulied il-​poplu tiegħi,+ imma lili m’għedtlix x’inhi.” Għal dan, qalilha: “Iva, lanqas ’il missieri u ’l ommi stess m’għedt x’inhi,+ u sejjer ngħidha lilek?” 17  Imma hi baqgħet tibkilu tul is-​sebat ijiem li damet l-​ikla kbira tagħhom, u ġara fis-​sebaʼ jum li fl-​aħħar qalilha x’kienet, għax kienet għamlitlu pressjoni.+ Imbagħad hi qalet il-​ħaġa moħġaġa lil ulied il-​poplu tagħha.+ 18  Għalhekk, l-​irġiel tal-​belt qalulu fis-​sebaʼ jum qabel laħaq daħal fil-​kamra taʼ ġewwa:+“X’inhu iktar ħelu mill-​għasel,U x’inhu iktar b’saħħtu minn iljun?”+U hu qalilhom:“Kieku ma ħrattux bil-​baqra żgħira tiegħi,+Ma kontux issolvu l-​ħaġa moħġaġa tiegħi.”+ 19  U l-​ispirtu taʼ Ġeħova beda jaħdem fuqu,+ u b’hekk hu niżel Askelon+ u qatel tletin raġel minn hemmhekk u ħa dak li neżżgħalhom u ta t-​tibdiliet tal-​ħwejjeġ lil dawk li qalu x’kienet il-​ħaġa moħġaġa.+ U r-​rabja tiegħu kompliet tisħon, u telaʼ lejn dar missieru. 20  U mart+ Sansun saret taʼ wieħed minn dawk li kienu ssieħbu miegħu bħala l-​għarus.+

Noti taʼ taħt