Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Imħallfin 13:1-25

13  U wlied Israel reġgħu bdew jagħmlu dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ u b’hekk Ġeħova tahom f’idejn il-Filistin+ għal erbgħin sena.  Sadanittant, kien hemm wieħed raġel minn Sorgħa+ mill-familja tad-Danin,+ li kien jismu Manogħa.+ U martu kienet ħawlija u ma kinitx wildet tfal.+  Maż-żmien, l-anġlu taʼ Ġeħova deher lill-mara+ u qalilha: “Ara, issa, int ħawlija u ma wlidtx tfal. U se toħroġ tqila u tiled iben.+  U issa oqgħod attenta, jekk jogħġbok, u tixrobx inbid jew xorb li jsakkar,+ u tiekol xejn mhux nadif.+  Għax, ara, se toħroġ tqila u tiled iben, u ebda mus m’għandu jgħaddi minn fuq rasu,+ għax malli joħroġ miż-żaqq+ it-tifel isir Nażirit+ t’Alla; u hu se jieħu t-tmexxija f’li jsalva lil Israel minn id il-Filistin.”+  Imbagħad il-mara marret tgħid lil żewġha: “Ġie ħdejja raġel taʼ l-Alla l-veru, u d-dehra tiegħu kienet tqanqal ħafna biżaʼ+ bħad-dehra taʼ l-anġlu taʼ l-Alla l-veru.+ U ma staqsejtux minfejn kien, u hu ma qallix x’jismu.+  Imma qalli, ‘Ara! Int se toħroġ tqila u tiled iben.+ U issa tixrobx inbid jew xorb li jsakkar, u tiekol xejn mhux nadif, għax malli joħroġ miż-żaqq it-tifel isir Nażirit t’Alla sa jum mewtu.’”+  U Manogħa beda jitlob bil-ħrara lil Ġeħova u jgħid: “Skużani, Ġeħova.+ Jekk jogħġbok, ħalli lir-raġel taʼ l-Alla l-veru li għadek kif bgħatt jerġaʼ jiġi għandna u jagħtina istruzzjonijiet+ dwar x’għandna nagħmlu bit-tifel li se jitwieled.”+  U l-Alla l-veru semaʼ minn leħen Manogħa,+ u l-anġlu taʼ l-Alla l-veru reġaʼ ġie ħdejn il-mara waqt li kienet bil-qiegħda fl-għalqa, u żewġha Manogħa ma kienx magħha. 10  Minnufih il-mara ħaffet u ġriet u rrakkontat lil żewġha+ u qaltlu: “Ara! Deherli r-raġel li ġie ħdejja dakinhar.”+ 11  Għal dan, Manogħa qam u mar wara martu u wasal ħdejn ir-raġel u qallu: “Int ir-raġel li kellem lil marti?”+ u dak qal: “Jien hu.” 12  Imbagħad Manogħa qal: “Ħa jseħħ kliemek. Kif għandu jitrabba t-tifel, u x’se jkun xogħlu?”+ 13  Għalhekk, l-anġlu taʼ Ġeħova qal lil Manogħa: “Il-mara għandha toqgħod lura minn kull ħaġa li semmejtilha.+ 14  M’għandha tiekol assolutament xejn minn dak li joħroġ mid-dielja taʼ l-inbid, u ħa ma tixrob ebda nbid jew xorb li jsakkar+ u lanqas tiekol xi ħaġa mhix nadifa taʼ kwalunkwe tip.+ Ħa tħares kulma kkmandajtha.”+ 15  Manogħa issa qal lill-anġlu taʼ Ġeħova: “Jekk jogħġbok, ħa nżommuk u nsajrulek gidi.”+ 16  Imma l-anġlu taʼ Ġeħova qal lil Manogħa: “Jekk iżżommni, ma nikolx ħobżok; imma jekk trid tagħti offerta tal-ħruq lil Ġeħova,+ tistaʼ toffriha.” Għax Manogħa ma kienx jaf li dan kien l-anġlu taʼ Ġeħova. 17  Imbagħad Manogħa qal lill-anġlu taʼ Ġeħova: “X’jismek,+ sabiex meta sseħħ kelmtek aħna nagħtuk unur?” 18  Madankollu, l-anġlu taʼ Ġeħova qallu: “Għalfejn għandek tistaqsi għal ismi, meta dan huwa wieħed taʼ l-għaġeb?” 19  U Manogħa ħa l-gidi u l-offerta tal-qmuħ u offrieha fuq il-blata lil Ġeħova.+ U Hu kien qed jagħmel xi ħaġa taʼ l-għaġeb waqt li Manogħa u martu kienu qed iħarsu. 20  U ġara li hekk kif il-fjamma telgħet mill-artal lejn is-sema, l-anġlu taʼ Ġeħova telaʼ fil-fjamma taʼ l-artal waqt li Manogħa u martu kienu qed iħarsu.+ Fil-pront inxteħtu wiċċhom fl-art.+ 21  U l-anġlu taʼ Ġeħova ma reġax deher lil Manogħa u lil martu. Kien imbagħad li Manogħa għaraf li dan kien l-anġlu taʼ Ġeħova.+ 22  Għaldaqstant, Manogħa qal lil martu: “Aħna żgur se mmutu,+ għax rajna lil Alla.”+ 23  Imma martu qaltlu: “Kieku Ġeħova għoġbu biss li jagħtina l-mewt, ma kienx jaċċetta offerta tal-ħruq u offerta tal-qmuħ minn idejna,+ u ma kienx jurina dawn l-affarijiet kollha, u ma kienx iħallina nisimgħu xi ħaġa bħal din li smajna issa.”+ 24  Iktar ’il quddiem, il-mara wildet iben u semmietu Sansun;+ u t-tifel baqaʼ jikber, u Ġeħova baqaʼ jbierku.+ 25  Maż-żmien, l-ispirtu taʼ Ġeħova+ beda jqanqlu f’Maħane-dan+ bejn Sorgħa+ u Estagħol.+

Noti taʼ taħt