Imħallfin 12:1-15

12  Imbagħad l-​irġiel t’Efrajm issejħu flimkien u qasmu lejn it-​tramuntana u qalu lil Ġefta: “Għalfejn qsamt tiġġieled kontra wlied Għammon, u lilna ma sejjaħtilniex biex niġu miegħek?+ Darek se naħarquha fuqek bin-​nar.”+  Imma Ġefta qalilhom: “Jien kelli ġlieda kbira, jien u n-​nies tiegħi, maʼ wlied Għammon.+ U sejjaħtilkom għall-​għajnuna, u ma salvajtunix minn idejhom.  Meta rajt li ma ġejtux issalvawni, iddeċidejt li nissogra ħajti*+ u mmur kontra wlied Għammon.+ Għal dan, Ġeħova tahomli f’idi. Għalhekk, għala tlajtu kontrija llum biex tiġġilduli?”  Minnufih Ġefta ġabar l-​irġiel kollha taʼ Gilegħad flimkien+ u ġġieled maʼ l-​Efrajmin; u l-​irġiel taʼ Gilegħad qatlu lill-​Efrajmin, għax kienu qalu: “Intom irġiel maħrubin minn Efrajm, O Gilegħad, f’nofs Efrajm, f’nofs Manasse.”  U l-​Gilegħadin irnexxielhom jieħdu f’idejhom l-​ilmijiet baxxi tal-​Ġordan+ quddiem l-​Efrajmin; u ġara li meta dawk li kienu jaħarbu minn Efrajm kienu jgħidu: “Ħallini naqsam,” l-​irġiel taʼ Gilegħad kienu jgħidu lil kull wieħed minnhom: “Int Efrajmi?” Meta kien jgħid: “Le!”  kienu jgħidulu: “Jekk jogħġbok, għid Xibbolet.”+ U kien jgħid: “Sibbolet,”* għax ma kienx ikun jistaʼ jgħid il-​kelma tajjeb. U kienu jaqbduh u joqtluh ħdejn l-​ilmijiet baxxi tal-​Ġordan. Għalhekk, f’dak iż-​żmien inqatlu tnejn u erbgħin elf minn Efrajm.+  U Ġefta dam jiġġudika lil Israel sitt snin, u mbagħad Ġefta l-​Gilegħadi miet u ndifen f’beltu f’Gilegħad.  U Ibsan minn Betlehem+ beda jiġġudika lil Israel warajh.+  U kellu tletin tifel u tletin tifla. Hu bagħat għal tletin tfajla* u ġabhom għal uliedu subien minn barra l-​familja tiegħu. U dam jiġġudika lil Israel sebaʼ snin. 10  U Ibsan miet u ndifen f’Betlehem. 11  U warajh beda jiġġudika lil Israel Elon iż-​Żebuluni.+ U dam jiġġudika lil Israel għaxar snin. 12  U Elon iż-​Żebuluni miet u ndifen f’Ajjalon fl-​art taʼ Żebulun. 13  U warajh beda jiġġudika lil Israel Għabdon bin Ħillel il-​Piratoni.+ 14  U kellu erbgħin tifel u tletin ulied uliedu. Dawn kienu jirkbu fuq sebgħin ħmar.+ U hu dam jiġġudika lil Israel tmien snin. 15  Imbagħad Għabdon bin Ħillel il-​Piratoni miet u ndifen f’Piraton fl-​art t’Efrajm fil-​muntanja taʼ l-​Għamaleki.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “inqiegħed ruħi fil-​pala taʼ idi.”
Din hi l-​pronunzja bl-​Efrajmi tal-​kelma Ebrajka “Xibbolet,” li tfisser jew “Sbula” jew “Nixxiegħa Għaddejja.”
Jew, “ulied bniet.”