Imħallfin 11:1-40

11  Issa Ġefta+ l-​Gilegħadi+ kien sar raġel setgħan u qalbieni,+ u kien bin prostituta,+ u Gilegħad kien missier Ġefta.  U mart Gilegħad baqgħet tilidlu wlied subien. Meta wlied il-​mara kibru, keċċew lil Ġefta u qalulu: “Ma jrid ikollok ebda wirt f’dar missierna,+ għax int bin mara oħra.”  Għalhekk, Ġefta ħarab minħabba ħutu u beda jgħammar fl-​art taʼ Tob.+ U xi rġiel li kienu bla xogħol bdew jingħaqdu maʼ Ġefta, u kienu joħorġu miegħu kontra l-​għadu.+  U ġara wara ftit li wlied Għammon bdew jiġġieldu kontra Israel.+  U meta wlied Għammon iġġieldu kontra Israel,+ ix-​xjuħ taʼ Gilegħad minnufih marru jġibu lil Ġefta mill-​art taʼ Tob.+  Imbagħad qalu lil Ġefta: “Ejja u aqdi bħala l-​kmandant tagħna, ħa niġġieldu kontra wlied Għammon.”  Imma Ġefta qal lix-​xjuħ+ taʼ Gilegħad: “Mhux intom kontu li bgħadtuni u keċċejtuni minn dar missieri?+ U issa għalfejn ġejtu għandi għax qegħdin fl-​inkwiet?”+  Għal dan, ix-​xjuħ qalu lil Ġefta: “Aħna għalhekk ġejna lura+ għandek, u int trid tiġi magħna u tiġġieled kontra wlied Għammon, u trid issir għalina l-​kap tan-​nies kollha taʼ Gilegħad.”+  Għalhekk, Ġefta qal lix-​xjuħ taʼ Gilegħad: “Jekk se tiħduni lura biex niġġieled kontra wlied Għammon, u Ġeħova jerħihom+ f’idejja, jien, min-​naħa tiegħi, insir il-​kap tagħkom!” 10  Min-naħa tagħhom, ix-​xjuħ taʼ Gilegħad qalu lil Ġefta: “Ħa jkun Ġeħova xhud bejnietna+ jekk ma nagħmlux skond kelmtek.”+ 11  Għaldaqstant, Ġefta mar max-​xjuħ taʼ Gilegħad u n-​nies qegħduh fuqhom bħala kap u kmandant.+ U Ġefta rripeta kliemu kollu quddiem Ġeħova+ f’Mispa.+ 12  Imbagħad Ġefta bagħat messaġġiera għand is-​sultan taʼ wlied Għammon,+ jgħidu: “X’għandi x’naqsam miegħek,+ biex ġejt tiġġieled kontrija f’arti?” 13  Għalhekk, is-​sultan taʼ wlied Għammon qal lill-​messaġġiera taʼ Ġefta: “Għax meta ħareġ mill-​Eġittu Israel ħadli l-​art,+ mill-​Arnon+ sal-​Ġabbok u sal-​Ġordan.+ U issa agħtiha lura bis-​sliem.”  14  Imma Ġefta bagħat għal darb’oħra messaġġiera għand is-​sultan taʼ wlied Għammon 15  u qallu: “Hekk qal Ġefta, ‘Israel ma ħax l-​art taʼ Mowab+ u l-​art taʼ wlied Għammon.+ 16  Għax meta ħareġ mill-​Eġittu Israel mexa fix-​xagħri sal-​Baħar l-​Aħmar+ u wasal Kades.+ 17  Imbagħad Israel bagħat messaġġiera għand is-​sultan t’Edom,+ jgħid: “Ħallini ngħaddi, jekk jogħġbok, minn artek,” u s-​sultan t’Edom ma semax. U wkoll bagħat jgħid lis-​sultan taʼ Mowab,+ u hu ma qabilx. U Israel baqaʼ jgħammar f’Kades.+ 18  Meta kompla miexi fix-​xagħri, baqaʼ għaddej minn madwar l-​art t’Edom+ u l-​art taʼ Mowab, u b’hekk għadda mil-​lvant* taʼ l-​art taʼ Mowab,+ u kkampja fir-​reġjun taʼ l-​Arnon; u ma daħalx ’il ġewwa mill-​fruntiera taʼ Mowab,+ għax l-​Arnon kien il-​fruntiera taʼ Mowab.+ 19  “‘Wara dan, Israel bagħat messaġġiera għand Siħon is-​sultan taʼ l-​Amurrin, is-​sultan taʼ Ħesbon,+ u Israel qallu: “Ħallina ngħaddu, jekk jogħġbok, minn artek biex immur lejn il-​post tiegħi.”+ 20  U Siħon ma fadax lil Israel jaqsam mit-​territorju tiegħu, u Siħon ġabar lin-​nies kollha tiegħu flimkien u kkampja f’Ġaħas+ u ġġieled kontra Israel.+ 21  Għal dan, Ġeħova l-​Alla taʼ Israel ta lil Siħon u lin-​nies kollha tiegħu f’idejn Israel, u b’hekk ħabat għalihom u Israel ħa f’idejh l-​art kollha taʼ l-​Amurrin li kienu joqogħdu f’dik l-​art.+ 22  Għaldaqstant, huma ħadu f’idejhom it-​territorju kollu taʼ l-​Amurrin mill-​Arnon sal-​Ġabbok u mix-​xagħri sal-​Ġordan.+ 23  “‘U kien Ġeħova l-​Alla taʼ Israel li ħa l-​proprjetà taʼ l-​Amurrin quddiem il-​poplu tiegħu Israel,+ u issa int, min-​naħa tiegħek, trid il-​proprjetà taʼ dan il-​poplu. 24  Jaqaw il-​proprjetà li Kemos+ l-​alla tiegħek iġiegħlek tieħu mingħand ħaddieħor mhux int tiritha? U aħna se nirtu l-​proprjetà taʼ kulmin Ġeħova Alla tagħna jiħodhielu quddiemna.+ 25  U jaqaw int aħjar minn Balak bin Siffur, is-​sultan taʼ Mowab?+ Qatt tqabad hu maʼ Israel, jew qatt iġġieled kontrih? 26  Allura, waqt li Israel kien jgħammar f’Ħesbon u l-​bliet+ li jiddependu minnha u f’Għarogħer+ u l-​bliet li jiddependu minnha u fil-​bliet kollha ħdejn ix-​xtut taʼ l-​Arnon għal tliet mitt sena, għalfejn qatt ma ħtafthomlu f’dak iż-​żmien?+ 27  Min-naħa tiegħi, jien ma dnibtx kontrik, imma int qed tittrattani ħażin billi tiġġieled kontrija. Ħa jiġġudika llum Ġeħova l-​Imħallef+ bejn ulied Israel u wlied Għammon.’” 28  U s-​sultan taʼ wlied Għammon ma tax widen għall-​kliem li kien bagħat jgħidlu Ġefta.+ 29  L-ispirtu taʼ Ġeħova issa ġie fuq Ġefta,+ u hu għadda minn Gilegħad u Manasse u minn Mispe taʼ Gilegħad,+ u minn Mispe taʼ Gilegħad baqaʼ għaddej lejn ulied Għammon. 30  Imbagħad Ġefta għamel wegħda+ lil Ġeħova u qal: “Jekk int tassew tagħti lil ulied Għammon f’idejja, 31  irid iseħħ ukoll li min joħroġ, min joħroġ mill-​bieb taʼ dari biex jiltaqaʼ miegħi meta nerġaʼ lura minn ulied Għammon fis-​sliem,+ irid ukoll isir taʼ Ġeħova,+ u jien irrid noffri lil min ikun bħala offerta tal-​ħruq.”+ 32  Għalhekk, Ġefta baqaʼ għaddej lejn ulied Għammon biex jiġġieled kontrihom, u Ġeħova tahomlu f’idejh. 33  U ħabat għalihom minn Għarogħer sa Minnit+—għoxrin belt—u s’Abel-keramim u l-​qatla kienet kbira ferm. B’hekk, ulied Għammon ġew imrażżnin quddiem ulied Israel. 34  Fl-aħħar, Ġefta ġie Mispa+ lejn daru, u, ara, bintu kienet ħierġa tiltaqaʼ miegħu bit-​tanburlin iddoqq u tiżfen!+ Issa hi kienet assolutament l-​unika tifla. Ma kellux iben jew bint ħliefha. 35  U ġara li meta lemaħha, ċarrat ilbiesu+ u qal: “Jaħasra, binti! Int tassew ġegħeltni mmil, u jien ġegħeltek tkun imwarrba. U jien—jien ftaħt fommi lil Ġeħova, u ma nistax nerġaʼ lura.”+ 36  Imma hi qaltlu: “Missieri, jekk ftaħt fommok lil Ġeħova, agħmel miegħi skond kif ħareġ minn fommok,+ ladarba Ġeħova wettaq atti taʼ vendetta għalik fuq l-​għedewwa tiegħek, ulied Għammon.” 37  U kompliet tgħid lil missierha: “Ħa ssirli din il-​ħaġa: Ħallini waħdi għal xahrejn, ħa mmur u ninżel fil-​muntanji, sabiex nibki l-​verġinità tiegħi,+ jien u sħabi bniet.” 38  Għal dan, qalilha: “Mur!” Għalhekk, bagħatha għal xahrejn; u hi marret, flimkien maʼ sħabha bniet, u bkiet il-​verġinità tagħha fuq il-​muntanji. 39  U wara xahrejn hi reġgħet lura għand missierha, u hu wettaq il-​wegħda tiegħu li kien għamel dwarha.+ Inkwantu għaliha, hi qatt ma kellha x’taqsam maʼ raġel. U dan sar regola f’Israel: 40  Minn sena għal sena l-​bniet taʼ Israel kienu jmorru jfaħħru lil bint Ġefta l-​Gilegħadi, erbat ijiem fis-​sena.+

Noti taʼ taħt

Jew, “lejn tlugħ ix-​xemx.”