Imħallfin 10:1-18

10  Issa wara Abimelek qam Tola bin Puwa, bin Dodo, raġel minn Issakar, biex isalva+ lil Israel, u kien jgħammar f’Samir fir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm.+  U dam jiġġudika lil Israel tlieta u għoxrin sena, u wara dan miet u ndifen f’Samir.  Imbagħad warajh qam Ġajir il-​Gilegħadi,+ u hu dam jiġġudika lil Israel tnejn u għoxrin sena.  U kellu tletin tifel, u kienu jirkbu fuq tletin ħmar+ u kellhom tletin belt li għadhom isejħulhom Ħawwot-ġajir*+ sa llum, u qegħdin fl-​art taʼ Gilegħad.  Wara dan, Ġajir miet u ndifen f’Kamon.  U wlied Israel reġgħu għamlu dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ u bdew jaqdu lill-​Bagħalim+ u x-​xbihat t’Għastoret+ u l-​allat tas-​Sirja+ u l-​allat taʼ Sidon+ u l-​allat taʼ Mowab+ u l-​allat taʼ wlied Għammon+ u l-​allat tal-​Filistin.+ Għalhekk, telqu lil Ġeħova u ma qdewx lilu.+  Għal dan, ir-​rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra Israel,+ u biegħhom+ f’idejn il-​Filistin+ u f’idejn ulied Għammon.+  Għalhekk, dawn kissru u ħaqru bil-​kbir lil ulied Israel f’dik is-​sena—għal tmintax-il sena għamlu dan lil ulied Israel kollha li kienu fuq in-​naħa tal-​Ġordan fl-​art taʼ l-​Amurrin li kienet f’Gilegħad.  U wlied Għammon kienu jaqsmu għan-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan biex jiġġieldu kontra Ġuda u Benjamin u dar Efrajm; u Israel kien imnikket ħafna.+ 10  U wlied Israel bdew isejħu lil Ġeħova għall-​għajnuna,+ billi jgħidu: “Dnibna+ kontrik, għax tlaqna lil Alla tagħna u qed naqdu lill-​Bagħalim.”+ 11  Imbagħad Ġeħova qal lil ulied Israel: “Ma kienx mill-​Eġittu+ u mill-​Amurrin+ u minn ulied Għammon+ u mill-​Filistin+ 12  u mis-​Sidonin+ u minn Għamalek+ u minn Midjan,+ minn idejhom li salvajtkom, meta ħaqrukom+ u intom sejjaħtuli? 13  Intom abbandunajtuni+ u bdejtu taqdu allat oħrajn.+ Huwa għalhekk li m’iniex se nerġaʼ nsalvakom.+ 14  Morru u sejħu għall-​għajnuna lill-​allat+ li għażiltu.+ Ħa jsalvawkom huma fi żmien in-​niket tagħkom.” 15  Imma wlied Israel qalu lil Ġeħova: “Aħna dnibna.+ Agħmlilna skond ma jidhirlek li hu tajjeb f’għajnejk.+ Biss eħlisna, jekk jogħġbok, illum.”+ 16  U bdew ineħħu l-​allat barranin minn ġo nofshom+ u jaqdu lil Ġeħova,+ u minħabba f’hekk ruħu+ ma felħitx iktar tara n-​niket taʼ Israel.+ 17  Maż-żmien, ulied Għammon+ issejħu flimkien u waqqfu kamp f’Gilegħad.+ U wlied Israel inġabru flimkien u waqqfu kamp f’Mispa.+ 18  U n-​nies u l-​prinċpijiet taʼ Gilegħad bdew jgħidu lil xulxin: “Min se jieħu t-​tmexxija biex jiġġieled kontra wlied Għammon?+ Ħa jsir hu l-​kap taʼ l-​abitanti kollha taʼ Gilegħad.”+

Noti taʼ taħt

Ifisser “Irħula tat-​Tined taʼ Ġajir.”