Imħallfin 1:1-36

1  U wara l-​mewt+ taʼ Ġożwè, ulied Israel stħarrġu+ x’jgħid Ġeħova u qalu: “Min minna se jitlaʼ l-​ewwel għall-​Kangħanin biex jiġġieled kontrihom?”  Għal dan, Ġeħova qal: “Jitlaʼ Ġuda.+ Ara! Jien se nagħtih l-​art f’idejh.”  Imbagħad Ġuda qal lil ħuh Simegħon: “Itlaʼ miegħi fit-​territorju taʼ sehmi+ u niġġieldu kontra l-​Kangħanin, u jien mill-​banda l-​oħra niġi miegħek fit-​territorju taʼ sehmek.”+ Għaldaqstant, Simegħon mar miegħu.+  Għal dan, ulied Ġuda telgħu u Ġeħova tahom f’idejhom+ lill-​Kangħanin u lill-​Pereżin, u b’hekk għelbuhom f’Beżek, għaxart elef raġel.  Meta sabu lil Adoni-beżek f’Beżek, iġġildulu u għelbu lill-​Kangħanin+ u lill-​Pereżin.+  Meta Adoni-beżek ħarab, huma marru jiġru warajh u qabduh u qatgħulu s-​swabaʼ l-​kbar taʼ idejh u taʼ saqajh.  Għal dan, Adoni-beżek qal: “Kien hemm sebgħin sultan bis-​swabaʼ l-​kbar taʼ idejhom u taʼ saqajhom maqtugħin jiġbru l-​ikel taħt il-​mejda tiegħi. Kif għamilt jien, hekk Alla ħallasni lura.”+ Wara dan, ġabuh Ġerusalemm+ u miet hemmhekk.  Iktar minn hekk, ulied Ġuda ggwerraw kontra Ġerusalemm+ u rebħuha, u ħabtu għaliha b’xifer is-​sejf, u l-​belt tawha n-​nar.  U wara dan, ulied Ġuda niżlu jiġġieldu kontra l-​Kangħanin li kienu joqogħdu fir-​reġjun muntanjuż u fin-​Negeb+ u fis-​Sefela.+ 10  Għalhekk, ulied Ġuda marru għall-​Kangħanin li kienu jgħammru f’Ħebron+ (li qabel kien jisimha Kirjat-arba),+ u qatlu lil Sesaj u lil Aħiman u lil Talmaj.+ 11  U marru minn hemmhekk għall-​abitanti taʼ Debir+ (li qabel kien jisimha Kirjat-sefer).+ 12  Imbagħad Kaleb+ qal: “Min jaħbat għal Kirjat-sefer u jirbaħha, ara, jien nagħtih lil binti Għaksa+ b’martu.”+ 13  U rebaħha Għotnijel+ bin Kenaż,+ ħu Kaleb, iżgħar minnu.+ Għalhekk, hu tah lil bintu Għaksa b’martu.+ 14  U ġara li waqt li kienet sejra d-​dar, hi baqgħet tipprova ġġiegħlu jitlob għalqa mingħand missierha. Imbagħad waqt li kienet fuq il-​ħmar ċapċpet idejha.*+ Għal dan, Kaleb qalilha: “Xi trid?” 15  Għalhekk, hi qaltlu: “Agħtini barka,+ għax tajtni biċċa art fin-​nofsinhar, imma trid tagħtini lil Gullot-majm.” Għaldaqstant, Kaleb taha Gullot taʼ Fuq+ u Gullot t’Isfel. 16  U wlied il-​Keni,+ il-​kunjatu taʼ Mosè,+ telgħu mill-​belt tas-​siġar tal-​palm+ maʼ wlied Ġuda lejn ix-​xagħri taʼ Ġuda, li qiegħed lejn in-​nofsinhar t’Għarad.+ Imbagħad telqu u bdew jgħammru man-​nies.+ 17  Imma wlied Ġuda komplew sejrin maʼ wlied Simegħon ħuthom, u darbu lill-​Kangħanin li kienu joqogħdu f’Sefat u ddedikawha għall-​qerda.*+ B’hekk, il-​belt semmewha Ħorma.*+ 18  Wara dan, Ġuda ħataf lil Gaża+ u t-​territorju tagħha u lil Askelon+ u t-​territorju tagħha u lil Għekron+ u t-​territorju tagħha. 19  U Ġeħova baqaʼ maʼ Ġuda, u b’hekk dan ħa f’idejh ir-​reġjun muntanjuż, imma ma rnexxilux jieħu l-​proprjetà taʼ l-​abitanti tal-​pjanura l-​baxxa, għax kellhom karrijiet tal-​gwerra+ armati bi xfafar tal-​ħadid.+ 20  Meta lil Kaleb tawh Ħebron, sewwasew bħalma kien wiegħed Mosè,+ hu keċċa lit-​tliet ulied t’Għanak minn hemmhekk.+ 21  U wlied Benjamin ma keċċewx lill-​Ġebusin li kienu joqogħdu Ġerusalemm;+ imma l-​Ġebusin għadhom jgħammru maʼ wlied Benjamin f’Ġerusalemm sa llum.+ 22  Sadanittant, dar Ġużeppi+ wkoll telgħet kontra Betel,+ u Ġeħova kien magħhom.+ 23  U dar Ġużeppi marret titkixxef+ lil Betel (li qabel kien jisimha Luż),+ 24  u l-​ispiji raw raġel ħiereġ mill-​belt. Għalhekk, qalulu: “Urina, jekk jogħġbok, minfejn nidħlu fil-​belt, u aħna żgur nuruk qalb tajba.”+ 25  Għaldaqstant, ir-​raġel uriehom minfejn jidħlu fil-​belt; u huma ħabtu għall-​belt b’xifer is-​sejf,+ imma lir-​raġel u lill-​familja kollha tiegħu ħallewhom jitilqu.+ 26  Wara dan, ir-​raġel mar lejn l-​art tal-​Ħittin+ u bena belt u semmieha Luż. Hekk għadu jisimha sa llum. 27  U Manasse+ ma ħax f’idejh lil Bet-segħan+ u l-​bliet li jiddependu minnha u lil Tagħnak+ u l-​bliet li jiddependu minnha u lill-​abitanti taʼ Dor+ u l-​bliet li jiddependu minnha u lill-​abitanti taʼ Iblegħam+ u l-​bliet li jiddependu minnha u lill-​abitanti taʼ Megiddo+ u l-​bliet li jiddependu minnha, imma l-​Kangħanin riedu bilfors jibqgħu jgħammru f’din l-​art.+ 28  U ġara li Israel sar b’saħħtu+ u għabba lill-​Kangħanin b’xogħol forzat,+ iżda ma keċċihomx ’il barra għalkollox.+ 29  Lanqas Efrajm ma keċċa lill-​Kangħanin li kienu jgħammru f’Geżer, imma l-​Kangħanin baqgħu jgħammru fosthom f’Geżer.+ 30  Żebulun+ ma keċċiex lill-​abitanti taʼ Kitron u lill-​abitanti taʼ Naħalol,+ imma l-​Kangħanin baqgħu jgħammru fosthom+ u ġew imġegħlin jagħmlu xogħol forzat.+ 31  Aser+ ma keċċiex lill-​abitanti t’Għakko* u lill-​abitanti taʼ Sidon+ u Aħlab u Akżib+ u Ħelba u Afik+ u Reħob.+ 32  U l-​Aserin baqgħu jgħammru fost il-​Kangħanin li kienu joqogħdu f’din l-​art, għax ma keċċewhomx ’il barra.+ 33  Naftali+ ma keċċiex lill-​abitanti taʼ Bet-xemex u lill-​abitanti taʼ Bet-għanat,+ imma baqgħu jgħammru fost il-​Kangħanin li kienu joqogħdu f’din l-​art;+ u l-​abitanti taʼ Bet-xemex u taʼ Bet-għanat saru tagħhom biex jagħmlu xogħol forzat.+ 34  U l-​Amurrin baqgħu jrossu lil ulied Dan+ għal ġor-​reġjun muntanjuż, għax ma ħallewhomx jinżlu fil-​pjanura l-​baxxa.+ 35  Għalhekk, l-​Amurrin riedu bilfors jibqgħu jgħammru fuq il-​Muntanja Heres u f’Ajjalon+ u Sagħlbim.+ Imma id id-​dar taʼ Ġużeppi tant tqalet li ġew sforzati jagħmlu xogħol iebes.+ 36  U t-​territorju taʼ l-​Amurrin kien mit-​telgħa t’Għakrabbim,+ minn Sela ’l fuq.

Noti taʼ taħt

Ara Ġoż 15:18, in-​nota taʼ taħt.
Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.
Ifisser “Post Dedikat għall-​Qerda.”
Iktar tard imsejħa Ptolemajs. Ara At 21:7.